Navigation path

Left navigation

Additional tools

Tbassir tax-xitwa tal-2014: L-irkupru qed jagħmel progress

European Commission - IP/14/188   25/02/2014

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO HR

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell/Strasburgu, il-25 ta' Frar 2014

Tbassir tax-xitwa tal-2014: L-irkupru qed jagħmel progress

It-tbassir tax-xitwa tal-Unjoni Ewropea jipprevedi li l-irkupru ekonomiku qed jissokta f'bosta mill-Istati Membri u fl-UE inġenerali. Wara l-ħruġ mir-reċessjoni fir-rebbiegħa tal-2013 u disa' xhur konsekuttivi ta' progress fl-irkupru, l-aspettattiva hija ta' żieda moderata tat-tkabbir ekonomiku. Wara tkabbir reali tal-PDG ta' 1.5% fl-UE u ta' 1.2% fiż-Żona tal-Ewro fl-2014, jidher li l-attività qed taċċellera fl-2015 għal 2.0% fl-UE u ta' 1.8% fiż-Żona tal-Ewro. Kull waħda minn dawn iċ-ċifri tirrappreżenta reviżjoni 'l fuq ta' 0.1 punti perċentwali meta mqabbla mat-tbassir tal-ħarifa tal-2013. It-tbassir jibqa' bbażat fuq il-preżunzjoni li l-implimentazzjoni tal-miżuri ta' politika miftehma fil-livell tal-UE u tal-Istat Membru ssostni t-titjib fil-fiduċja kif ukoll kundizzjonijiet finanzjarji u tgħin fl-iffaċilitar tal-adattament ekonomiku meħtieġ fl-Istati Membri, billi żżid il-potenzjal tagħhom tat-tkabbir.

Għandu jkun innutat li t-tbassir għall-Portugall huwa bbażat fuq il-projezzjonijiet imħejjija fil-kuntest tal-għaxar reviżjoni tal-Programm ta' Aġġustament Ekonomiku f'nofs Diċembru, u li se jkun aġġornat waqt ir-reviżjoni li għaddejja tal-ħdax-il programm. It-tbassir għal Ċipru kien finalizzat fil-bidu ta' Frar, wara t-tielet reviżjoni tal-Programm u qabel kienet disponibbli r-raba' stima ta' malajr tal-PDG.

Olli Rehn, il-Viċi President tal-Kummissjoni għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-Ewro, qal: "L-irkupru qed jagħmel progress, wara li reġa' beda t-tkabbir f'nofs l-aħħar sena. It-tisħiħ tad-domanda domestika din is-sena għandha tgħin lilna biex niksbu tkabbir sostenibbli aktar ibbilanċjat. L-ibbilanċjar mill-ġdid tal-ekonomija Ewropea kellu progress tajjeb u l-kompetittività esterna qed titjieb, b'mod partikolari fil-pajjiżi l-aktar vulnerabbli. L-agħar tal-kriżi jista' jkun li issa għadda, iżda xorta ma nistgħux noħduha bil-kalma, billi l-irkupru għadu għaddej bil-mod. Biex l-irkupru jkun aktar b'saħħtu u jinħolqu aktar impjiegi, irridu nżommu r-riforma ekonomika ta' bħalissa."

Tkabbir ekonomiku aktar wiesa'

L-attività bdiet tissaħħaħ ukoll fil-pajjiżi vulnerabbli, u din ix-xejra hija mistennija li se tkompli. Indikaturi ta' frekwenza għoljin juru sinjali b'saħħithom ta' titjib f'bosta pajjiżi. Madankollu, l-istess bħalma ġara f'irkupri ta' qabel wara kriżijiet finanzjarji kbar, ix-xejra pożittiva attwali b'mod ġenerali pjuttost qed titmewwet. Dan jirrifletti l-impatt dewwiemi u li huwa diffiċli li jitneħħa tal-kriżi ekonomika fit-termini tal-pressjonijiet tat-tnaqqis fl-ingranaġġ, restrizzjonijiet ta' finanzjament kif ukoll ħtiġijiet għal adattament interni u esterni. Minkejja li l-kundizzjonijiet finanzjarji huma favorevoli fuq medja, xorta fadal differenzi sostanzjali bejn l-Istati Membri u bejn l-impriżi ta' daqs differenti. Madankollu, wara li naqas bil-kbir wara bosta semestri, l-investiment reġa' 'l fuq u huwa mistenni li jikseb momentum fuq il-limitu mbassar, anki sa ċertu punt fil-bini. It-tnaqqis tal-inċertezza għandha ssaħħaħ id-domanda aktar b'saħħitha li hija mistennija li tkun l-għodda ewlenija tat-tkabbir hekk kif il-fatturi msemmija hawn fuq jonqsu b'mod gradwali.

Is-suq tax-xogħol huwa kkaratterizzat billi jiġi stabbilizzat bil-mod l-impjieg, filwaqt li l-qgħad jibqa' għoli, hekk kif l-iżviluppi tas-suq tax-xogħol tipikament jaqgħu wara dawk fil-PDG b'sitt xhur jew aktar. Biex ikun hemm konformità ma' din ix-xejra, l-aspettattiva hija għal żieda modesta fl-impjiegi minn din is-sena 'l quddiem u tnaqqis fir-rata tal-qgħad għal 10.4% fl-UE u 11.7% fiż-Żona tal-Ewro sal-2015, fejn id-differenzi ta' transfruntiera jibqgħu kbar ħafna.

L-inflazzjoni tal-prezz tal-konsumatur hija mistennija li tibqa' għaddejja fl-UE u fiż-Żona tal-Ewro fl-2014 b'rati ta' 1.2% u 1.0% rispettivament, qabel ma togħla bi ftit b'madwar ¼pp. fl-2015 meta t-tkabbir ekonomiku jikseb momentum.

Il-bilanċi tal-kont ta' bħalissa fi Stati Membri vulnerabbli ttejbu fl-aħħar snin wara gwadanji kontinwi fil-kompetittività tal-prezz u tisħiħ tas-setturi tagħhom tal-esportazzjoni. Għadd ta' dawn l-ekonomiji huma mistennija li jirreġistraw kontijiet kurrenti bilanċjati fl-2014 u fl-2015.

Il-konsolidazzjoni fiskali qed tħalli l-frott

It-tnaqqis fid-defiċits ġenerali tal-gvern huwa mistenni li jissokta. Fl-2014, id-defiċits fiskali nominali huma mistennija li jonqsu għal 2.7% tal-PDG fl-UE u 2.6% fiż-Żona tal-Ewro, filwaqt li proporzjon tad-dejn għall-PDG kważi jilħaq id-90% fl-UE u 96% fiż-Żona tal-Ewro. Il-pass ta' konsolidazzjoni fit-termini tal-bilanċi tal-baġit strutturali jindikaw pożizzjoni fiskali newtrali wiesgħa ħafna.

Ir-riskji qed isiru aktar ibbilanċjati

Issa r-riskji huma aktar ibbilanċjati meta mqabbla mal-ħarifa L-akbar riskju negattiv għall-prospettiva tat-tkabbir huwa telf ġdid fil-fiduċja li tista' tinħoloq f'waqfa fir-riformi fil-livell nazzjonali u Ewropew. Dan iżid il-probabbiltà ta' perjodu estiż ta' tkabbir dgħajjef fl-Ewropa b'impatt negattiv fuq l-attività ekonomika fuq il-limitu previst. Filwaqt li l-iżviluppi tal-prezz attwali jirriflettu kemm fatturi esterni u kemm il-proċess tal-aġġustament li għadu għaddej, l-inflazzjoni sostnuta baxxa ħafna fiż-Żona tal-Ewro tinvolvi riskji għall-ibbilanċjar mill-ġdid tal-ekonomija. Madankollu, minħabba t-tisħiħ gradwali tal-irkupru u ż-żieda fil-fiduċja, hemm biss probabbiltà marġinali ta' xokkijiet kbar biżżejjed iqajmu l-aspettattivi tal-inflazzjoni u jibdew diflazzjoni fl-UE kollha.

Min-naħa l-oħra hemm ir-riskju li l-irkupru jista' jkun aktar b'saħħtu milli mbassar, li jista' jiġri jekk jiġu implimentati aktar riformi strutturali qawwija. Dan isaħħaħ iċ-ċrieki ta' reazzjoni pożittivi bejn il-fiduċja, it-tkabbir ekonomiku - b'mod partikolari tal-investiment - u l-abbiltà tas-settur bankarju li jestendi s-self.

Għal aktar informazzjoni ara:

http://ec.europa.eu/economy_finance/eu/forecasts/2014_winter_forecast_en.htm

Kuntatti:

Simon O'Connor (+32 2 296 73 59)

Audrey Augier (+32 2 297 16 07)

Vandna Kalia (+32 2 299 58 24)

Għall-pubbliku: Europe Direct bit-telefown 00 800 6 7 8 9 10 11 jew bl-e­mail


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website