Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrijiet għall-istampa

Brussel, il-5 ta’ Frar 2014

Detenzjoni: Il-Kummissjoni titlob lill-Istati Membri biex jimplimentaw ir-regoli miftehma b'mod komuni għan-nies ikkundannati jew li qed jistennew is-smigħ tal-kawża f'pajjiż ieħor tal-UE.

Skont rapport ġdid tal-Kummissjoni Ewropea li nħareġ illum, ir-regoli komuni dwar kwistjonijiet relatati mad-detenzjoni, adottati mill-Istati Membri b'mod unanimu, ġew implimentati biss f'madwar nofs it-28 pajjiż tal-UE. Ir-rapport jeżamina l-implimentazzjoni ta' tliet Deċiżjonijiet Qafas separati tal-UE li jkopru (1) it-trasferiment tal-ħabsin, (2) il-perjodu ta' prova u sanzjonijiet alternattivi, u (3) l-Ordni ta' Superviżjoni Ġudizzjarja. It-tliet liġijiet tal-UE jippermettu s-sentenzi ta' ħabs, id-deċiżjonijiet għal perjodu ta' prova jew s-sanzjonijiet alternattivi u l-miżuri ta' superviżjoni ta' qabel is-smigħ tal-kawża biex jiġu eżegwiti f'pajjiż ieħor tal-UE barra dak li fih il-persuna ġiet ikkundannata jew qed tistenna li jsir is-smigħ tal-kawża. Dan jista' jkun il-pajjiż tan-nazzjonalità, tar-residenza abitwali jew pajjiż ieħor tal-UE li miegħu l-persuna għandha konnessjoni mill-qrib.

Ir-regoli, miftehma mill-Istati Membri b'mod unanimu bejn l-2008 u l-2009, kellhom jiġu implimentati (1) sal-5 ta' Diċemrbu 2011, (2) sas-6 ta' Diċembru 2011 u (3) sal-1 ta' Diċembru 2012 rispettivament. Madankollu, illum 18-il Stat Membru biss implimentaw id-deċiżjoni għat-trasferiment tal-ħabsin, 14 implimentaw id-deċiżjoni dwar il-perjodu ta' prova u sanzjonijiet alternattivi u 12 implimentaw l-Ordni ta' Superviżjoni Ġudizzjarja (ara l-Anness għal liema pajjiż għamel x'hiex).

Ir-regoli għandhom l-għan li jtejbu l-fiduċja reċiproka bejn is-sistemi ġudizzjarji fl-Ewropa – element essenzjali ta' żona ta' ġustizzja komuni Ewropea. It-tliet Deċiżjonijiet Qafas huma għodda importanti wkoll għal aktar riabilitazzjoni soċjali tal-ħabsin u biex jitnaqqas l-użu tal-perjodu ta' detenzjoni ta' qabel is-smigħ tal-kawża. L-implimentazzjoni xierqa tagħhom hija kruċjali.

L-implimentazzjoni li ssir tard jew mhux sħiħa minn bosta Stati Membri hija ta’ dispjaċir għaliex id-Deċiżjonijiet Qafas għandhom il-potenzjal li jwasslu għal tnaqqis f’sentenzi ta’ ħabs mogħtija mill-Imħallfin għal persuni mhux residenti. Dan jista' jgħin biex titnaqqas il-popolazzjoni eċċessiva fil-ħabs u b'hekk jittejbu l-kundizzjonijiet ta' detenzjoni, imma jippermettu wkoll għal iffrankar fil-baġit nazzjonali għall-ħabsijiet.

Għalhekk il-Kummissjoni tħeġġeġ lil dawk l-Istati Membri kollha li għadhom ma għamlux hekk biex jieħdu azzjoni malajr biex dawn jimplimentawhom bis-sħiħ.

Ir-rapport tal-lum jipprovdi evalwazzjoni preliminari dwar l-istatut tal-implimentazzjoni mill-Istati Membri tat-tliet Deċiżjonijiet Qafas. Dan ma jagħmilx evalwazzjoni dwar kemm tajjeb dawn ir-regoli qed jiġu implimentati minħabba li nofs l-Istati Membri għadhom ma għamlux l-implimentazzjoni tagħhom.

Il-Passi li Jmiss

Il-Kummissjoni bħalissa ma għandhiex is-setgħa biex tniedi proċedimenti ta' ksur skont l-Artikolu 258 TFUE rigward tad-Deċiżjonijiet Qafas adottati qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona (ara l-Artikolu 10(1) tal-Protokoll Nru 36 tat-Trattati).

Sa mill-1 ta' Diċembru 2014, il-Kummissjoni se tkun tista' tniedi proċedimenti ta' ksur.

Ir-rapport ta' llum għalhekk jagħti ħarsa ġenerali lejn fejn hija meħtieġa aktar ħidma mill-Istati Membri sabiex jallinjaw il-leġiżlazzjoni nazzjonali.

Kuntest

Kull sena għexieren ta’ eluf ta’ ċittadini tal-UE jiġu mixlija b'allegati reati jew misjuba ħatja fi Stat Membru ieħor tal-UE. Bosta drabi, il-qorti kriminali tordna d-detenzjoni, sakemm isir is-smigħ tal-kawża; ta' persuni li mhumiex residenti għax hemm il-biża' li jitilqu mill-pajjiż u li ma jiġux għas-smigħ tal-kawża. Persuna suspettata residenti fil-pajjiż f’sitwazzjoni simili s-soltu tibbenefika minn miżura ta’ sorveljanza inqas koerċittiva, bħal rapport lill-pulizija jew projbizzjoni tal-ivvjaġġar.

Id-Deċiżjonijiet Qafas huma maħsuba biex ikunu pakkett ta’ leġiżlazzjoni koerenti u kumplimentari li jindirizza l-kwistjoni ta’ detenzjoni ta’ ċittadini tal-UE fi Stati Membri oħrajn u li għandu l-potenzjal li jwassal għal tnaqqis fid-detenzjoni ta’ qabel is-smigħ tal-kawża, jew jiffaċilita r-riabilitazzjoni soċjali tal-priġunieri f’kuntest transfruntiera Hemm rabtiet operattivi bejn it-tliet Deċiżjonijiet Qafas, iżda wkoll bejn dawn id-Deċiżjonijiet Qafas u d-Deċiżjoni Qafas dwar il-Mandat ta’ Arrest Ewropew.

F'Ġunju 2011, il-Kummissjoni ppreżentat Green Paper dwar id-detenzjoni, li tivvaluta d-detenzjoni ta' qabel is-smigħ tal-kawża u l-kundizzjonijiet tad-detenzjoni jaffettwaw il-fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri u, b'mod aktar ġeneriku, x'għandu jkun ir-rwol tal-UE f'dan il-qasam (IP/11/702).

Il-valutazzjoni tal-bosta tweġibiet tal-Green Paper urew li huwa importanti li l-ewwel jiġu implimentati kif xieraq u f'waqtu r-regoli tal-UE li jeżistu u li għandhom l-għan li jtejbu l-alternattivi għad-detenzjoni.

Aktar tagħrif

Pakkett għall-istampa:

http://ec.europa.eu/justice/newsroom/criminal/news/140205_en.htm

Il-Kummissjoni Ewropea – Ġustizzja Kriminali - Rikonoxximent tad-deċiżjonijiet bejn il-pajjiżi tal-UE:

http://ec.europa.eu/justice/criminal/recognition-decision/index_en.htm

Il-paġna ewlenija tal-Viċi President u Kummissarju tal-UE għall-Ġustizzja, Viviane Reding:

http://ec.europa.eu/reding (EN, FR, DE)

Segwi lill-Viċi President fuq Twitter:@VivianeRedingEU

Segwi l-Ġustizzja tal-UE fuq Twitter: @EU_Justice

Kuntatti:

Mina Andreeva (+32 2 299 13 82)

Natasha Bertaud (+32 2 296 74 56)

Għall-pubbliku: Europe Direct bin-numru tat-telefown 00 800 6 7 8 9 10 11 jew b'e­mail

ANNESS: Is-sitwazzjoni attwali tal-implimentazzjoni tat-tliet
Deċiżjonijiet Qafas (DQ) mill-Istati Membri

TRASFERIMENT TA' PRIĠUNIERI

(FD 2008/909/JHA)

IL-PERJODU TA' PROVA U SANZJONIJIET ALTERNATTIVI

(FD 2008/947/JHA)

ORDNI TA' SUPERVIŻJONI ĠUDIZZJARJA

(FD 2008/829/JHA)

Limitu ta' żmien għall-implementazzjoni

5.12.2011

6.12.2011

1.12.2012

L-Awstrija

(1.1.2012)

(1.8.2013)

(1.8.2013)

Il-Belġju

(18.6.2012)

(23.6.2013)

Il-Bulgarija

(14.3.2012)

Ir-Repubblika Ċeka

(1.1.2014)

(1.1.2014)

(1.1.2014)

Ċipru

Il-Ġermanja

Id-Danimarka

(5.12.2011)

(5.12.2011)

(1.12.2012)

L-Estonja

Il-Greċja

Spanja

Il-Finlandja

(5.12.2011)

(5.12.2011)

(1.12.2012)

Franza

(7.8.2013)

Il-Kroazja

(1.7.2013)

(1.7.2013)

(1.7.2013)

L-Ungerija

(1.1.2013)

(1.1.2013)

(1.1.2013)

L-Irlanda

L-Italja

(7.9.2010)

Il-Litwanja

Il-Lussemburgu

(1.3.2011)

Il-Latvja

(1.7.2012)

(1.7.2012)

(1.7.2012)

Malta

(1.1.2012)

Il-Pajjiżi l-Baxxi

(1.11.2012)

(1.11.2012)

(1.11.2013)

Il-Polonja

(1.1.2012)

(1.1.2012)

(1.12.2012)

Il-Portugall

Ir-Rumanija

(25.12.2013)

(25.12.2013)

(25.12.2013)

L-Isvezja

Is-Slovenja

(20.9.2013)

(20.9.2013)

(20.9.2013)

Is-Slovakkja

(1.2.2012)

(1.2.2012)

(1.7.2013)

Ir-Renju Unit

(5.12.2011)

TOTAL:

18

14

12


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site