Navigation path

Left navigation

Additional tools

Ftehim tal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd: ninvestu f'futur sostenibbli

European Commission - IP/13/991   23/10/2013

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO HR

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, it-23 ta' Ottubru 2013

Ftehim tal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd: ninvestu f'futur sostenibbli

Il-Kummissjoni Ewropea wriet is-sodisfazzjon tagħha għall-vot tal-lum tal-Parlament Ewropew dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS) 2014-2020. Dan il-vot hu pass importanti biex sa tmiem is-sena jkun jista' jintlaħaq ftehim politiku ħalli l-fond jidħol fis-seħħ minn Jannar 2014.

Il-Kummissjoni bi pjaċir tinnota li l-Parlament Ewropew ċaħad l-għajnuna pubblika għall-bini ta' bastimenti u stabbilixxa limiti ċari dwar l-ammonti ta' finanzjament pubbliku li l-Istati Membri jistgħu jonfqu fil-flotot.

Il-Kummissarju Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, Maria Damanaki, kienet sodisfatta bir-riżultat tal-votazzjoni: "Ninsab kuntenta bir-riżultat ġenerali tal-votazzjoni. B'mod partikolari, ninsab sodisfatta bid-deċiżjoni li twaqqaf milli jintefqu flus il-poplu tal-UE biex jinbnew bastimenti ġodda tas-sajd u li tiffissa l-ammont ta' fondi li l-Istati Membri jistgħu jonfqu fil-flotot tas-sajd. B'hekk il-FEMS se jkun jista' jxaqleb aktar lejn proġetti li jippromwovu futur sostenibbli għall-industrija tas-sajd u l-komunitajiet mal-kosta. Nesprimi s-sodisfazzjon tiegħi wkoll għad-deċiżjoni tal-Parlament li tisħaq li l-partijiet interessati għandhom ikunu jistgħu jgawdu appoġġ li jwassalhom biex jieħdu sehem fil-Kunsilli Konsultattivi."

Il-FEMS se jappoġġa l-implimentazzjoni tar-riforma fil-PKS adottata dan l-aħħar, l-aktar biex jerġgħu jinbnew l-istokkijiet tal-ħut, jonqos l-impatt tas-sajd fuq l-ambjent tal-baħar, u ftit ftit jitneħħa l-ħela fil-prattiki tar-rimi. Dan se jżid l-investiment f'sajd u akkwakultura fuq skala żgħira bħala sorsi għat-tkabbir fil-futur, u se jappoġġa t-titjib fil-ġbir ta' dejta dwar is-sajd ħalli d-deċiżjonijiet ikunu jistgħu jittieħdu abbażi ta' evidenza b'saħħitha. Il-fond se jżid ukoll l-appoġġ tal-UE għal programmi ta' kontroll tas-sajd ħalli jkun żgurat li r-regoli dwar is-sajd responsabbli u sostenibbli jkunu rispettati u jitħarsu.

Il-FEMS se jikkofinanzja proġetti flimkien ma' sorsi ta' finanzjament nazzjonali ma' kull Stat Membru li jirċievi sehem tal-baġit totali. L-Istati Membri se jfasslu programm operazzjonali li fih jispeċifikaw kif biħsiebhom jonfqu l-flus allokati b'dan il-mod u, meta l-Kummissjoni tapprovah, l-awtoritajiet nazzjonali se jiddeċiedu liema proġetti jixtiequ jappoġġaw.

Kuntatti:

Oliver Drewes (+32 2 299 24 21)

Lone Mikkelsen (+32 2 296 05 67)


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website