Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, il-5 ta' Ottubru 2013

Il-kompetizzjoni 'L-immigranti fl-Ewropa': Jiġu ppremjati skejjel Taljani, Belġjani u Estonjani

Ilbieraħ il-Kummissarju Cecilia Malmström żvelat ir-rebbieħa tal-kompetizzjoni multimedjali mal-UE kollha 'L-Immigranti fl-Ewropa' mnedija biex tistieden l-istudenti minn skejjel tal-arti, grafika u komunikazzjoni madwar l-UE kollha biex jirriflettu fuq il-kontribuzzjoni tal-immigranti lis-soċjetajiet Ewropej.

Il-kompetizzjoni tisfida lill-istudenti jipproduċu xogħol artistiku li jesprimi l-opinjoni tagħhom dwar il-kwistjoni u li juri r-rwol li l-immigranti għandhom fl-Ewropa. L-iskejjel intalbu jippreżentaw biċċa jew bosta biċċiet ta’ xogħol f’wieħed jew diversi kategoriji (Posters, Fotografija u Vidjos) u ħadu sehem 777 skola terzjarja mit-28 pajjiżi tal-UE.

Ir-rebbieħa huma:

L-Aħjar Poster: Better together, Andrea Raia, Fondazione Accademia di Comunicazione, l-Italja

L-Aħjar Ritratt: Rue des palmiers 80, romy cordivani, Institut des Hautes Etudes des Communications Soċjali, il-Belġju

L-Aħjar Vidjo: My family's migrations, Nadja Hangas, Martin Siilak, Kuressaare Ametikool, l-Estonja

Il-Premju tal-Għażla tal-Pubbliku: My family's migrations, Nadja Haugas, Martin Siilak, Kuressaare Ametikool, l-Estonja

“Nixtieq nifraħ lil dawk kollha li ħadu sehem. Ninsab kuntenta li ħafna professjonisti żgħażagħ ta’ talent iddeċidew li jieħdu sehem f’din il-kompetizzjoni. Jiena naqsam ħafna viżjonijiet u ideat imressqa f’xogħolhom. Dan juri li l-attitudni tagħna lejn id-diversità u l-immigrazzjoni għandha tkun ibbażata fuq fatti u mhux kunċetti żbaljati ", qalet Cecilia Malmström, il-Kummissarju tal-UE għall-Affarijiet Interni.

Tistgħu taraw ir-rebbieħa kollha fuq www.migrantsineurope.eu.

Minn 1 500 biċċa xogħol riċevuta, il-ġuriji nazzjonali għamlu għażla għal kull pajjiż, li minnhom ġurija Ewropea1 għażlet 27 finalist u ddeċidiet fuq tliet rebbieħa, wieħed għal kull kategorija (Vidjo, Poster u Ritratt).

Il-pubbliku ġenerali kien mistieden ukoll biex jara l-opri tal- finalisti u biex jivvota għall-favoriti tiegħu, li rebħu l-premju tal-vot tal-pubbliku.

Iċ-ċerimonja tal-għoti tal-premjijiet mal-Kummissarju Malmström saret fi Brussell fl-14 ta’ Ottubru fil-bini tal-Kummissjoni Berlaymont (il-Gallarija tal-Presidenti), fejn ix-xogħol tal-finalisti kollha se jintwera sal-31 ta’ Ottubru.

L-iskejjel li l-istudenti tagħhom rebħu l-ewwel premjijiet fit-tliet kategoriji u l-ewwel premju bil-vot tal-pubbliku irċevew għotja ta’ EUR 10 000 kull wieħed, biex jintużaw għal skopijiet edukattivi.

Bil-għan li jiġi stimulat djalogu kostruttiv, fl-istess jum il-Kummissjoni organizzat ukoll konferenza dwar l-immaġni tal-migranti fil-midja u ġabret il-ġurnalisti, ir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, l-akkademiċi u dawk li jfasslu l-politika.

Sfond

Xi ċifri ewlenin (ara wkoll l-infografika fuq l- asil u l- immigrazzjoni):

  • Skont id-data tal-Eurostat, fl-1 ta’ Jannar 2012, il-popolazzjoni totali tal-UE kienet 503.7 miljun, żieda ta’ 1.3 miljun mill-2011.

  • Il-popolazzjoni tal-UE fl-età tax-xogħol (bejn 15 u 64 sena) kienet ta' 335.4 miljun fl-2012 u huwa pproġettat li din tonqos matul il-50 sena li ġejjin biex tinżel għal 290.6 miljun fl-2060.

  • Il-proporzjon ta' dipendenza fix-xjuħija laħaq is-26,8% fl-2012 u huwa mbassar li jiżdied b'mod drastiku għal 52,6% sal-2060.

  • L-20.7 miljun ċittadin minn pajjiżi terzi li jgħixu fl-UE ammontat għal madwar 4.1 % tal-popolazzjoni totali tal-UE.

  • In-numru totali tal-applikazzjonijiet għall-ażil fl-2012 żdiedu b’ 9,7 % meta mqabbla mal-2011 li jammontaw għal ftit aktar minn 330 000 (sew taħt il-quċċata ta’ 425 000 fl-2001).

Links Utli

Is-sitta' Cecilia Malmström

Segwi lill-Kummissarju Malmström fuq Twitter

Is-sittad-DG għall-Affarijiet Interni

Segwi lid-DG Affarijiet Interni fuq Twitter

Is-sitL-immigranti fl-Ewropa

Il-Portaltal-UE dwar l-Immigrazzjoni

Infografika fuq l-asil u l-immigrazzjoni

Ir-Raba' Rapport Annwali dwar l-Immigrazzjoni u l-Asiltal-Kummissjoni

Kuntatti:

Michele Cercone (+32 2 298 09 63)

Tove Ernst (+32 2 298 67 64)

1 :


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website