Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, 14 ta’ Ottubru 2013

Il-Futur tal-Ewropa: Il-Viċi-President Viviane Reding tiddibatti maċ-ċittadini fi Stokkolma

Il-futur tal-Ewropa, id-drittijiet taċ-ċittadini u l-irkupru mill-kriżi ekonomika huma l-kwistjonijiet li għandhom jiġu diskussi fit-33 Djalogu maċ-Ċittadini (ara l-Anness) mal-Viċi President Viviane Reding u 350 ċittadin fi Stokkolma. Id-dibattitu se jseħħ fil-15 ta' Ottubru u mal-Viċi President Reding se jkun hemm ukoll il-Ministru Svediż għall-Affarijiet tal-UE Birgitta Ohlsson, il-Membru tal-Parlament Ewropew Olle Ludvigsson u s-Sindku ta' Stokkolma Sten Nordin.

“L-Isvezja hija mexxejja dinjija fil-promozzjoni tal-innovazzjoni: ABBA, Volvo, IKEA u l-pulpetti tal-laħam — ilkoll oriġinaw fl-Isvezja u saru hits kbar fl-Ewropa. Iżda għalija, probabbilment l-aktar invenzjoni importanti Svediża hija l-istituzzjoni tal-ombudsman mwaqqfa fis-seklu 16 biex tittratta l-ilmenti taċ-ċittadini. Illum l-Ombudsman sar pilastru ċentrali f’kull demokrazija li jagħti vuċi liċ-ċittadini. Għalhekk ma nistax nimmaġina post aħjar biex niddiskutu maċ-ċittadini dwar kif għandhom jissaħħu aktar is-sisien demokratiċi tal-Ewropa," qalet il-Viċi President Reding, il-Kummissarju tal-UE għall-Ġustizzja, id-Drittijiet Fundamentali u ċ-Ċittadinanza. “Qed nistenna bil-ħerqa li nisma’ l-ideat taċ-ċittadini Svediżi u l-opinjonijiet u l-aspettattivi tagħhom dwar il-ġejjieni tal-Unjoni tagħna. Forsi wasal iż-żmien għal innovazzjoni Svediża oħra li tiġi esportata lejn l-Ewropa!”

Id-djalogu maċ-ċittadini se jseħħ fis-Sala tal-Kunsill tal-Belt ta' Stokkolma nhar it-Tlieta 15 ta' Ottubru mis-13:00 sat-15:00 CET. Se tkun immexxija minn Richard Olsson, preżentatur magħruf fuq it-Televiżjoni Nazzjonali Svediża.

Id-dibattitu se jkun interattiv b’parteċipanti li jużaw apparat għall-ivvutar biex jaqsmu l-opinjonijiet tagħhom. Il-kontribuzzjonijiet li jsiru permezz tal-midja soċjali minn persuni li ma jistgħux jattendu dan l-avveniment se jintwerew u se jiġu diskussi wkoll. Jistgħu jsiru mistoqsijiet permezz ta’ Twitter bl-użu tal-hashtag #EUDeb8 u d-dibattitu kollu jista’ jiġi segwit fuq http://www.eu-kommissionen.se/.

Sfond

Fiex jikkonsistu d-Djalogi maċ-Ċittadini?

F'Jannar, il-Kummissjoni Ewropea nediet is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini (IP/13/2), sena dedikata għaċ-ċittadini u d-drittijiet tagħhom. Matul is-sena, il-membri tal-Kummissjoni qed joħolqu dibattiti maċ-ċittadini dwar l-aspettattivi tagħhom għall-futur waqt id-Djalogi maċ-Ċittadini madwar l-UE kollha.

Il-Viċi-President Reding diġà ħadet sehem f'dibattiti f'Cádiz (Spanja), fi Graz (l-Awstrija), f'Berlin (il-Ġermanja), f'Dublin (l-Irlanda), f' Coimbra (il-Portugall), f'Thessaloniki (il-Greċja), fi Brussell (il-Belġju) u f' Esch-sur-Alzette (il-Lussemburgu), Varsavja (il-Polonja), Heidelberg (il-Ġermanja), Sofia (il-Bulgarija), Namur (il-Belġju), Trieste (l-Italja) u Helsinki (l-Finlandja). Matul l-2013 u fl-ewwel ftit xhur tal-2014 se jsiru ħafna aktar Djalogi fl-Unjoni Ewropea - li se jaraw lill-politiċi Ewropej, nazzjonali u lokali involuti f’dibattiti maċ-ċittadini minn kull qasam tal-ħajja.

Tista’ ssegwi d-Djalogi kollha hawnhekk: http://ec.europa.eu/european-debate.

Inkisbu ħafna affarijiet minn mindu ddaħħlet iċ-Ċittadinanza tal-UE għoxrin sena ilu:

Stħarriġ reċenti tal-Eurobarometer juri li 69% tal-Isvediżi jħossuhom Ewropej (62 % bħala medja għaċ-ċittadini tal-UE). Madankollu, huma biss 55% li jgħidu li jafu liema drittijiet toffri ċ-ċittadinanza tal-UE. Fl-istess ħin 75 % tal-Isvediżi jridu jsiru jafu aktar dwar id-drittijiet tagħhom bħala ċittadini tal-UE.

Din hija r-raġuni għaliex il-Kummissjoni ddikjarat l-2013 is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini, sena dedikata għaċ-ċittadini u d-drittijiet tagħhom. Id-Djalogi taċ-Ċittadini jinsabu fil-qalba ta’ din is-sena.

Għaliex il-Kummissjoni qiegħda tagħmel dan proprju issa?

Għaliex l-Ewropa tinsab f'salib it-toroq. Ix-xhur u s-snin li ġejjin se jkunu deċiżivi għall-ġejjieni tal-Unjoni Ewropea, b’ħafna li se jkunu qed jitkellmu dwar il-mixja lejn unjoni politika, Federazzjoni ta’ Stati Nazzjon jew Stati Uniti tal-Ewropa. Ix-xhur u s-snin li ġejjin se jkunu deċiżivi għall-futur tal-Unjoni Ewropea. Aktar integrazzjoni Ewropea trid timxi id f'id mat-tisħiħ tal-leġittimità demokratika tal-Unjoni. Li ċ-ċittadini jingħataw vuċi diretta f’dan id-dibattitu huwa għalhekk iktar importanti minn qatt qabel.

X'se jkun ir-riżultat tad-Djalogi?

Ir-rispons mingħand iċ-ċittadini matul id-djalogi għandu jgħin biex jiggwida lill-Kummissjoni waqt li tfassal pjanijiet għal riforma futura tal-UE. Wieħed mill-iskopijiet ewlenin tad-Djalogi se jkun ukoll sabiex titwitta t-triq għall-elezzjonijiet Ewropej tal-2014.

Fit-8 ta' Mejju 2013 il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat it-tieni Rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-UEhttp://europa.eu/rapid/press-release_IP-13-410_en.htm, li jippreżenta 12-il miżura konreta ġdida biex isolvu l-problemi li għad għandhom iċ-ċittadini (IP/13/410 u MEMO/13/409). Ir-Rapport dwar iċ-Ċittadinanza huwa t-tweġiba tal-Kummissjoni għal konsultazzjoni ewlenija online li saret f'Mejju2012 (IP/12/461) u l-mistoqsijiet u s-suġġerimenti li saru fid-Djalogi maċ-Ċittadini dwar id-drittjiet taċ-ċittadini tal-UE u l-ġejjieni tagħhom.

Għal iżjed informazzjoni:

Aktar informazzjoni dwar id-Djalogu ta’ Stokkolma:

http://www.md.eu-kommissionen.se/

Dibattiti maċ-ċittadini dwar il-Futur tal-Ewropa:

http://ec.europa.eu/debate-future-europe

Is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini: http://europa.eu/citizens-2013/mt/home

L-Ewropej jgħidu tagħhom: Riżultati tal-konsultazzjoni dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE:

http://ec.europa.eu/justice/citizen/files/eu-citizen-brochure_en.pdf (EN)

Il-paġna ewlenija tal-Viċi President Viviane Reding, Kummissarju tal-UE għall-Ġustizzja:

http://ec.europa.eu/reding (EN, FR, DE)

Sit tar-rappreżentazzjoni tal-KE fl-Isvezja:

http://ec.europa.eu/sverige/index_sv.htm

Segwi lill-Viċi President fuq Twitter: @VivianeRedingEU

Biex tikkontribwixxi għad-dibattitu fuq Twitter: #EUdeb8

Kuntatti:

Mina Andreeva (+32 2 299 13 82)

Natasha Bertaud (+32 2 296 74 56)

ANNESS :

1. Djalogi taċ-Ċittadini id-dibattitu dwar il-ġejjieni tal-Ewropa jkompli...

Member State

City

Date

European Commissioner

local/national politicians

Spain

Cadiz

27/09/2012

Vice-President Reding

Mayor of Cádiz Teófila Martínez Saíz

Austria

Graz

05/11/2012

Vice-President Reding

Austrian Vice-Chancellor / Foreign Minister Michael Spindelegger

Germany

Berlin

10/11/2012

Vice-President Reding

German Member of European Parliament Dagmar Roth-Behrendt

France

Paris

23/11/2012

Vice-President Reding

None

Italy

Napoli

30/11/2012

Commissioner Andor

Mayor of Naples Luigi de Magistris

Ireland

Dublin

10/01/2013

President Barroso/ Vice-President Reding

Irish Taoiseach Enda Kenny / Tánaiste Eamon Gilmore / Irish European Affairs Minister Lucinda Creighton

Sweden

Göteborg

18/02/2013

Commissioner Malmström

None

Italy

Torino

21/02/2013

Commissioner Malmström

Mayor of Turin Piero Fassino

Portugal

Coimbra

22/02/2013

Vice-President Reding

Mayor of Coimbra João Paulo Barbosa de Melo / Mayor of Esch-sur-Alzette Lydia Mutsch (video link) / Luxembourgish Member of Parliament Felix Braz

Italy

Rome

18/03/2013

Vice-President Tajani

Mayor of Rome Gianni Alemanno

Greece

Thessaloniki

22/03/2013

Vice-President Reding

Mayor of Thessaloniki Yiannis Boutaris

Italy

Pisa

05/04/2013

Commissioner Potočnik

Mayor of Pisa Marco Filippeschi

Belgium

Ghent

12/04/2013

Commissioner De Gucht

Mayor of Ghent Daniël Termont / Belgian Member of Parliament Geert Versnick

Belgium

Eupen

23/04/2013

Commissioner Hahn

Belgian MEP Mathieu Grosch/Begian Minister-President of the German Community Karl-Heinz Lambertz

Belgium

Bruxelles

04/05/2013

Vice-President Reding

Minister-President of the Brussels region Charles Picqué / Belgian Member of European Parliament Marc Tarabella

Germany

Düsseldorf

08/05/2013

Commissioner Oettinger

German Member of European Parliament Jürgen Klute / Chairman of "Committee on Europe and a Single World" Nicolaus Kern / Spokespersons of the North Rhine-Westphalia Parliament on European issues – Ilka Freifrau von Boeselager, Stefan Engstfeld, Markus Töns and Dr Ingo Wolf

Slovenia

Ljubljana

09/05/2013

Commissioner Potočnik

None

Poland

Warsaw

11/05/2013

Commissioner Lewandowski

None

Czech Republic

Prague

13/05/2013

Commissioner Füle

Irish Minister for Trade John Perry / Chairman of the Czech Parliament's European Affairs Committee Jan Bauer / Czech Members of the European Parliament Jan Březina and Libor Rouček / Deputy State Secretary for European Affairs Martin Tlapa

Italy

Ventotene

27/05/2013

Vice-President Tajani

Mayor of Ventotene Giuseppe Assenso

Italy

Milano

07/06/2013

Commissioner Hedegaard

Mayor of Milan Giuliano Pisapia

Luxembourg

Esch

30/06/2013

Vice-President Reding

Luxembourgish MEP Charles Goerens / Luxembourg Member of Parliament Félix Braz / Wallonian Regional Minister Benoit Lutgen / Luxembourg Minister for Labour and Employment Nicolas Schmit

Poland

Warsaw

11/07/2013

President Barroso / Vice-President Reding

Polish Member of European Parliament Róża Thun / Former Prime Minister Tadeusz Masowiecki

Greece

Crete

12/07/2013

Commissioner Damanaki

Governor of the Crete region Stavros Arnaoutakis / Greek Member of Parliament Spyros Danellis / Mayor of Heraklion Giannis Kourakis

Germany

Heidelberg

16/07/2013

Vice-President Reding

Baden Wüttemberg Minister-President Winfred Kretschmann

Bulgaria

Sofia

23/07/2013

Vice-President Reding

Bulgarian President Rosen Plevneliev

Belgium

Namur

13/09/2013

Vice-President Reding

Minister-President of Wallonia Rudi Demotte

Estonia

Tallinn

14/09/2013

Vice-Presidents Rehn / Kallas

None

Italy

Trieste

16/09/2013

Vice-President Reding

Italian Minister for European Affairs Enzo Moavero Milanesi

Finland

Helsinki

24/09/2013

Vice-President Reding

Finnish Member of European Parliament Sirpa Pietikäinen / Finnish MP, Member of the Grand Committee Tuomo Puumala (Centre/ALDE) / Finnish MP, Chair of the Grand Committee, former President of the European Movement in Finland Miapetra Kumpula-Natri (SDP/S&D) / Chairperson of the Young People's Working Group on the Future of the EU Milla Ovaska

Hungary

Györ

03/10/2013

Commissioner Andor

Hungarian State Secretary for EU Affairs Enikő Győri and Member of the European Parliament Csaba Őry.

Slovakia

Košice

05/10/2013

Vice-President Šefčovic

Slovak Prime Minster Robert Fico

Sweden

Stockholm

15/10/2013

Vice-President Reding

Swedish Minister for EU Affairs Birgitta Ohlsson /
Member of European Parliament Olle Ludvigsson /
Mayor of Stockholm Sten Nordin

Belgium

Liège

17/10/2013

President Barroso

Belgian Minister for Foreign Affairs, Foreign Trade and European Affairs Didier Reynders / Economic Minister for Wallonia Jean-Claude Marcourt

Latvia

Riga

18/10/2013

Commissioner Piebalgs

Latvian Defence Minister Artis Pabriks

Malta

Valetta

07/11/2013

Commissioner Borg

TBC

France

Marseille

14/11/2013

Vice-President Reding

French Justice Minister Christine Taubira

Cyprus

Nicosia

28/11/2013

Commissioner Vassiliou

TBC

Austria

Eisenstadt

29/11/2013

Commissioner Hahn

TBC

Lithuania

Vilnius

13/12/2013

Vice-President Reding

TBC

Belgium

Wavre

19/12/2013

Commissioner Barnier

TBC

Online

Virtual dialogue

16/01/2014

Vice-President Reding

TBC

Denmark

Copenhagen

06/02/2014

Commissioner Hedegaard

TBC

United Kingdom

London

11/02/2014

Vice-President Reding

TBC

Netherlands

Utrecht

13/02/2014

Vice-President Reding

TBC

Spain

Barcelona

23/02/2014

Vice-President Reding

TBC

Belgium

European Citizens' Dialogue

27/03/2014

Vice-President Reding

TBC

2. Tlieta minn kull erba’ Svediżi jixtiequ jsiru jafu aktar dwar id-drittijiet tagħhom

Sors: Ewrobarometru Standard 79 — Mejju 2013

3. L-isvediżi jqisu li l-paċi u libertà tal-moviment huma l-aktar riżultati pożittivi tal-UE

Sors: Ewrobarometru Standard 79 — Mejju 2013


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website