Navigation path

Left navigation

Additional tools

It-tnedija tal-politika tal-infrastruttura ġdida tal-UE - Il-Jiem TEN-T f’Tallinn, l-Estonja

European Commission - IP/13/938   14/10/2013

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO HR

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, il-15 ta' Ottubru 2013

It-tnedija tal-politika tal-infrastruttura ġdida tal-UE - Il-Jiem TEN-T f’Tallinn, l-Estonja

Nhar il-Ħamis li ġej, f'Tallinn, l-Estonja, il-Viċi President tal-Kummissjoni responsabbli għat-trasport, Siim Kallas, se jippubblika mapep ġodda li juru disa' passaġġi ewlenin ta’ infrastruttura li se jirfdu s-suq uniku tal-UE, u jirrivoluzzjonaw il-Konnessjonijiet bejn il-Lvant u l-Punent. L-UE qed tinvesti EUR 26 biljun għall-kofinanzjament ta' proġetti ta' trasport sabiex jinbnew il-konnessjonijiet transfruntiera neqsin, jitneħħew il-konġestjonijiet u n-netwerk isir aktar intelliġenti.

It-tnedija se tkun il-qofol tal-"Jiem TEN-T" f’Tallinn (16-18 ta’ Ottubru), li matulhom aktar minn 1000 ruħ - fosthom aktar minn 18-il Ministru tat-Trasport, Membri tal-Parlament Ewropew, CEOs u partijiet interessati mis-setturi kollha tat-trasport - se jikkonverġu f'Tallinn għal diskussjonijiet bejn l-esperti dwar l-implimentazzjoni tal-qafas għall-politika l-ġdida tat-trasport.

Il-Viċi President Kallas qal: "Biex ikollna ekonomija tal-UE effiċjenti, it-trasport huwa fundamentali; madankollu, bħalissa ħafna konnessjonijiet essenzjali ma jeżistux. Għandna bżonn noħolqu konnessjonijiet bejn il-Lvant u l-Punent u nittrasformaw il-frammentazzjoni attwali tat-trasport f’netwerk reali. Mingħajr konnessjonijiet tajbin, l-Ewropa la tista' tikber u lanqas tistagħna."

Il-politika l-ġdida tiffoka fuq netwerk ewlieni tat-trasport għall-Ewropa. L-għan tagħha huwa li tikkonċentra l-infiq fuq għadd iżgħar ta' proġetti li fihom ikun jista' jintlaħaq il-valur miżjud reali tal-UE.

Disa' passaġġi se jipprovdu s-sisien għall-iżvilupp ikkoordinat tal-infrastruttura fi ħdan in-netwerk ewlieni. Dawn il-passaġġi, li se jkopru mill-anqas 3 mezzi tat-trasport, 3 Stati Membri u 2 sezzjonijiet transfruntiera, se jgħaqqdu flimkien l-Istati Membri kkonċernati, kif ukoll il-partijiet interessanti rilevanti.

Għal iżjed informazzjoni:

L-avveniment annwali għall-esperti tat-trasport u l-infrastruttura minn madwar l-Ewropa, il-"Jiem TEN-T", se jittella' f'Tallinn, l-Estonja mis-16 sat-18 ta’ Ottubru 2013 - għad-dettalji ara: www.tentdays2013.eu

Segwi lill-Viċi President Kallas fuq it-Twitter

Kuntatti:

Helen Kearns (+32 2 298 76 38)

Dale Kidd (+32 2 295 74 61)


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website