Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, l-14 ta' Ottubru 2013

Protezzjoni aħjar għal konsumaturi tal-UE li jniżżlu logħob, kotba elettroniċi, vidjows u mużika

Bis-saħħa tal-azzjoni konġunta tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni Ewropea,
116-il websajt li jbigħu logħob, kotba, vidjows u mużika diġitali nġiebu f'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE tal-konsumaturi.

Is-Sur Neven Mimica, il-Kummissarju Ewropew għall-Politika tal-Konsumatur, qal: "L-infurzar tad-drittijiet tal-konsumaturi huwa prijorità għalija, inkluż fl-ambjent diġitali li qed jikber b'pass mgħaġġel. Kuntent li din is-sweep indirizzat uħud mill-kwistjonijiet l-iktar importanti relatati mat-tniżżil ta' kontenut diġitali. Sena ilu, aktar minn 50% tal-websajts ma kinux konformi, li hu inaċċettabbli. Issa din iċ-ċifra niżlet għal 20% u mistennija aktar riżultati. Dan hu progress tajjeb ħafna imma ser inkompli niġġieled għat-titjib."

Din il-protezzjoni mtejba hi l-eżitu tal-hekk imsemmija "sweep" - investigazzjoni ta' websajts madwar l-Ewropa biex jiġi identifikat ksur tal-liġi tal-konsumatur u biex sussegwentement tiżgura l-infurzar tagħha. L-iscreening tal-websajts li jbigħu kontenut diġitali sar fis-sajf 2012. L-awtoritajiet nazzjonali ċċekkjaw b'kollox 330 websajt li jkopru sehem kbir mis-suq. Investigazzjoni dettaljata mill-awtoritajiet nazzjonali sabet total ta' 172 websajt li ma kinux f'konformità mal-liġi tal-EU tal-konsumatur. Huma kkuntattjaw il-kumpaniji kkonċernati sabiex dawn il-websajts isiru konformi. Sal-lum 116-il websajt ġew ikkoreġuti. 49 huma suġġetti għal proċedimenti ulterjuri; f'5 każijiet il-ksur kien minuri u ma kienx segwit mill-Istati Membri, filwaqt li 2 websajts minnhom m'għadhomx jeżistu. Bħala riżultat ta' din l-intervenzjoni mill-awtoritajiet tal-infurzar fl-Istati Membri tal-UE, 80% tat-330 websajt issa jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni tal-UE tal-konsumaturi.

X'ġie ċċekkjat eżattament?

Il-websajts ġew iċċekkjati sabiex jiġi ddeterminat jekk l-informazzjoni dwar il-karatteristiċi ewlenin tal-prodotti kinitx faċilment aċċessibbli u mhux miktuba b'"ittri żgħar"; jekk il-websajts ipprovdewx indirizzi tal-email fejn setgħu jiġu sottomessi mistoqsijiet u ilmenti; u biex jaraw jekk il-websajts kellhomx termini u kundizzjonijiet ġusti. Il-problemi prinċipali li nstabu kienu:

  • Termini kuntrattwali inġusti li jeskludu d-dritt tal-konsumatur li jieħu azzjoni legali jew li jċaħħdu lill-konsumaturi mid-dritt għall-kumpens f'każijiet fejn il-prodotti ma ħadmux;

  • Informazzjoni mhix ċara fir-rigward tad-dritt ta' rtirar: minħabba n-natura tat-tniżżil ta' materjal diġitali, jeħtieġ li n-negozjanti jinfurmaw lill-klijenti tagħhom li qabel ma jixtru l-prodott, ma jkunux jistgħu jikkanċellaw it-tniżżil ladarba dan ikun beda - madankollu, dan ma kienx il-każ għal 42% tal-websajts iċċekkjati.

  • Nuqqas ta' informazzjoni obligatorja dwar l-identità tan-negozjant, b'mod partikolari l-indirizz elettroniku tagħhom, li jċaħħad lil konsumaturi minn kuntatt effettiv.

Barra minn din l-azzjoni ta' screening, il-Kummissjoni Ewropea ordnat studju relatat li żvela li l-ebda informazzjoni, jew inkella informazzjoni limitata ġiet ipprovduta dwar ir-restrizzjonijiet ġeografiċi li jistgħu japplikaw. Din it-tip ta' informazzjoni hi essenzjali għal konsumaturi meta dawn jivvjaġġaw lejn pajjiżi oħra tal-UE, u li normalment jistennew li jkunu jistgħu jaċċessaw u jużaw il-kontenut diġitali mingħajr ostakli fis-Suq Intern.

Dan l-istudju żvela wkoll li logħob irriklamat bħala "b'xejn" is-soltu talbu xi ħlas fi stadju aktar tard mingħajr ma dan kien spjegat b'mod ċar fil-bidu. Prattiki bħal dawn is-soltu huma mmirati direttament lejn it-tfal, l-aktar grupp vulnerabbli fost il-gruppi tal-konsumaturi, u wasslu għal sitwazzjonijiet fejn il-ġenituri tellgħu kontijiet enormi għax ħallew lit-tfal tagħhom jilagħbu fuq l-apparati mobbli tagħhom.

X'imiss li jiġri?

Ikomplu proċedimenti nazzjonali amministrattivi jew legali għad-49 websajt li għadhom mhumiex konformi. Il-kwistjoni speċifika tax-xiri waqt il-logħba wkoll qed tiġi rreveduta biex tiżgura informazzjoni aħjar għal konsumaturi u biex tevita spejjeż sproporzjonati u mhux mistennija bħala riżultat ta' xiri li jagħmlu t-tfal waqt il-logħob.

Sfond

"Sweep" hija investigazzjoni ta' websajts madwar l-Ewropa, biex jiġi identifikat ksur tal-liġi tal-konsumatur u biex sussegwentement tiżgura l-infurzar tagħha. Tkun ikkoordinata mill-Kummissjoni Ewropea u titmexxa simultanjament minn awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar. Is-Sweep ta' Kontenut Diġitali sar f'26 Stat Membru tal-UE, fin-Norveġja u fl-Iżlanda f'Ġunju 2012. Kienet is-6 sweep mill-2007.

Perċentwal dejjem jikber ta' ċittadini Ewropej jixtru kontenut diġitali: bħala medja, 79% tal-konsumaturi Ewropej użaw servizzi ta’ mużika onlajn u 60% użaw logħob onlajn matul l-aħħar 12-il xahar. Skont sorsi tal-industrija, il-valur tal-kummerċ tat-tniżżil ta' mużika fl-UE ammonta għal total ta' EUR 677 miljun fl-2010; il-konsumaturi fir-Renju Unit, il-Ġermanja, Franza, l-Italja, Spanja, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Belġju huma stmati li nefqu EUR 16.5 biljuni fuq logħob onlajn fl-2011. Logħob immirat lejn tfal u rreklamat bħala "jintlagħab b'xejn" jirrappreżenta sehem dejjem jikber tas-suq tal-logħob fl-UE (50% tal-logħob kollu matul l-aħħar 12-il xahar).

Għal aktar informazzjoni:

MEMO/13/877

Twitter: @MimicaEU, @EU_Consumer

Anness -Għadd ta' websajts iċċekkjati u li huma konformi fid-9  ta' Ottubru 2013:

Pajjiż

Websajts iċċekkjati

Screening tal-ewwel fażi (2012)

Infurzar tat-tieni fażi

(riżultati minn Ottubru 2013)

Websajts diġà konformi

Websajts b'irregolaritajiet konfermati

Websajts konformi mid-9 ta' Ottubru 2013

Websajts suġġetti għal proċedimenti ulterjuri, b'irregolaritajiet żgħar jew li twaffqu mill-operat tagħhom

Websajts li huma konformi mid-9 ta' Ottubru 2013, bħala persentaġġ tal-websajts iċċekkjati fl-2012

L-Awstrija

10

2

8

6

4

60 %

Il-Belġju

11

7

4

7

4

64 %

Il-Bulgarija

10

10

0

10

0

100 %

Ċipru

3

0

3

3

0

100 %

Ir-Repubblika Ċeka

11

9

2

11

0

100 %

Id-Danimarka

10

4

6

9

1

90 %

L-Estonja

10

7

3

10

0

100 %

Il-Finlandja

10

2

8

9

1

90 %

Franza

27

16

11

23

4

85 %

Il-Ġermanja

26

14

12

23

3

89 %

Il-Greċja

10

2

8

8

2

80 %

L-Ungerija

6

1

5

6

0

100 %

L-Iżlanda

10

1

9

10

0

100 %

L-Italja

10

4

6

7

3

70 %

Il-Latvja

10

0

10

8

2

80 %

Il-Litwanja

10

10

0

10

0

100 %

Il-Lussemburgu

8

7

1

7

1

88 %

Malta

10

2

8

6

4

60 %

L-Olanda

11

8

3

10

1

91 %

In-Norveġja

9

6

3

6

3

67 %

Il-Polonja

10

8

2

8

2

80 %

Il-Portugall

20

11

9

11

9

55 %

Ir-Rumanija

10

5

5

9

1

90 %

Is-Slovakkja

10

3

7

8

2

80 %

Is-Slovenja

4

1

3

4

0

100 %

Spanja

26

5

21

19

7

68 %

L-Iżvezja

17

2

15

15

2

89 %

Ir-Renju Unit

11

11

0

11

0

100 %

Total

330

158

172

274

56

83 %

 

Kuntatti :

David Hudson (+32 2 296 83 35)

Andreana Stankova (+32 2 295 78 57)


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website