Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-festival Berlinale se juri 17-il film b’sostenn tal-programm MEDIA tal-UE

European Commission - IP/13/91   06/02/2013

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, is-6 ta’ Frar 2013

Il-festival Berlinale se juri 17-il film b’sostenn tal-programm MEDIA tal-UE

Għal ħmistax (mis-7 sas-17 ta' Frar), it-63 il-festival tal-films Berlinale se juri uħud mill-aqwa films internazzjonali Ewropej ġodda, inklużi 17 (lista fl-anness) appoġġati mill-programm rinomat MEDIA tal-UE. B’kollox, sa issa dawn il-films irċivew kważi
miljun euro mill-programm, li għandu l-għan li jagħti spinta lid-diversità u l-kompetittività permezz tal-finanzjament tiegħu għall-iżvilupp tal-films, il-promozzjoni u d-distribuzzjoni ta’ films Ewropej barra mill-pajjiż tal-oriġini tagħhom. MEDIA jappoġġa wkoll erbgħa mill-attrazzjonijiet ewlenin tal-festival: Ix-
'Shooting Stars', li jippreżenta l-aqwa 10 atturi żgħażagħ fl-Ewropa, il-Berlinale Talent Campus, il-Co-Production Market u l-Berlinale Residency (dettalji hawn taħt).

Androulla Vassiliou, il-Kummissarju Ewropew għall-Edukazzjoni, il-Kultura, il-Multilingwiżmu u ż-Żgħażagħ, qalet: “Ninsab kuntenta li l-Berlinale japprezza dawn il-films daqs kemm napprezzawhom aħna; il-festival huwa pjattaforma fantastika għall-filmmakers tal-films Ewropej kif ukoll għall-programm MEDIA - u nittamaw li jibqa’ jiġi organizzat. L-Unjoni Ewropea tipprovdi valur miżjud sinifikanti permezz tal-investiment immirat fis-settur awdjoviżiv u kulturali, li huma kontributuri importanti għall-ekonomija u għall-impjiegi. Għandi fiduċja li l-programm il-ġdid tagħna Ewropa Kreattiva, li jinkludi l-programm MEDIA u l-programm Kultura li għandna bħalissa, dalwaqt se jkun approvat mill-Istati Membri u mill-Parlament Ewropew. Il-proposta tagħna tipprevedi baġit ta’ EUR 1.8 biljuni mifrux fuq seba' snin għall-Ewropa Kreattiva; filwaqt li din hija somma relattivament żgħira meta wieħed jaraha fil-kuntest tagħha, se tgħin lill-industrija Ewropea tal-films biex twieġeb għall-isfidi tad-diġitalizzazzjoni u l-globalizzazzjoni, filwaqt li fl-istess ħin tippromwovi l-kultura u d-diversità lingwistika.”

Ix-“Shooting Stars” ta' din is-sena huma: Mikkel Boe Følsgaard (id-Danimarka), Laura Birn (il-Finlandja), Christa Théret (Franza), Saskia Rosendahl (il-Ġermanja), Luca Marinelli (l-Italja), Arta Dobroshi (il-Kosovo), Ada Condeescu (ir-Rumanija), Jure Henigman (Is-Slovenja), Nermina Lukač (l-Iżvezja) u Carla Juri (l-Iżvizzera). Se jkunu preżenti għal appuntament għar-ritratt u konferenza stampa l-Ħadd 10 ta' Frar (12:30, Hotel de Rome, Behrenstraße 37).

Sessjoni ta’ informazzjoni dwar il-MEDIA attwali u l-programm futur Ewropa Kreattiva, b’rappreżentanti mill-unità MEDIA tal-Kummissjoni u l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura, se tittella’ t-Tnejn 11 ta’ Frar (11:00, Ritz-Carlton Hotel, Potsdamer Platz 3). Il-Kummissjoni Ewropea se torganizza ċentru tan-negozju MEDIA għall-produtturi, id-distributuri u u għal dawk li jħarrġu fil-films, fil-festival.

Sfond

“Shooting Stars”, inizjattiva li issa tinsab fis-16-il sena tagħha, tippromwovi l-aqwa atturi żgħażagħ tal-Ewropa. Għaxar stilel żgħażagħ mill-Ewropa kollha jintgħażlu minn bord ta’ esperti minn lista ta’ kandidati potenzjali nominati mill-organizzazzjonijiet membri tan-netwerk Ewropew tal-Promozzjoni tal-Films, li jiġbor fih organizzazzjonijiet professjonali minn 36 pajjiż Ewropew. Ħafna mir-rebbieħa preċedenti imbarkaw fuq karrieri internazzjonali ta' suċċess kbir. Dawn jinkludu Daniel Craig (Skyfall, Casino Royale), Daniel Brühl (Good Bye, Lenin!, Inglorious Basterds), Ludivine Sagnier (Swimming Pool, Un secret), Maria Bonnevie (The Banishment), Rachel Weisz (The Constant Gardener, The Deep Blue Sea), Moritz Bleibtreu (The Baader Meinhof Complex, Soul Kitchen), Johanna Wokalek (The Baader Meinhof Complex, Pope Joan) u Nina Hoss (Wolfsburg, Barbara). MEDIA pprovda EUR 132,000 f’appoġġ għall-Promozzjoni tal-Film Ewropew u x-Shooting Stars, li huwa nofs il-baġit tal-proġett għall-2013.

Il-Berlinale Talent Campus joffri taħriġ għal aktar minn 350 filmmaker żgħażagħ mid-dinja kollha, li jieħdu sehem fi gruppi ta’ ħidma u master classes mogħtija minn esperti ewlenin. Fil-passat, dan kien jipprovdi l-ewwel pass lejn karriera internazzjonali għal ħafna diretturi żgħażagħ. Il-Kampus ġie mniedi fl-2002 minn Dieter Kosslick (id-Direttur tal-Berlinale), Paul Trijbits (il-produttur eżekuttiv ta’ Jane Eyre, Tamara Drewe) u Klaus Keil (l-ex-kap eżekuttiv ta’ Filmboard/ Medienboard). Fost il-kollabortaturi nistgħu nsemmu lid-diretturi tal-films Mike Leigh, Wim Wenders, Jia Zhangke, Anthony Minghella, u l-attriċi Juliette Binoche. MEDIA jikkontribwixxi EUR 300,000 fis-sena għat-Talent Campus - ekwivalenti għal nofs il-baġit tiegħu.

Il-Co-production Market tal-Berlinale jippreżenta madwar 40 proġett ta’ film kull sena lil investituri potenzjali. Madwar 65 % mill-proġetti joriġinaw fl-Ewropa. MEDIA ilu jappoġġa s-suq mill-2005 u qed jikkontribwixxi EUR 105,000 għall-avveniment ta' din is-sena.

Il-Berlinale Residency huwa programm internazzjonali ta’ parteċipazzjoni li jippermetti lid-filmmakers jippreżentaw il-proġetti tagħhom f’Berlin għal erba’ xhur, jibdew minn Settembru. Ir-Residency irċieva EUR 154,000 din is-sena mill-MEDIA Mundus, il-verżjoni internazzjonali tal-programm MEDIA.

Globalment, il-programm MEDIA se jikkontribwixxi total ta’ EUR 755 miljun f’appoġġ għall-industrija Ewropea tal-films bejn l-2007 u l-2013, bil-għan li jtejjeb id-distribuzzjoni u l-promozzjoni tal-films Ewropej u jsaħħaħ il-kompetittività fis-settur.

Il-Kummissjoni pproponiet baġit ta’ EUR 1.8 biljuni għall-programm il-ġdid Ewropa Kreattiva (mill-2014 sal-2020); li minnu, aktar minn EUR 900 miljun se jkunu allokati għall-fergħa tal-“MEDIA”.

Għal aktar tagħrif

Il-Kummissjoni Ewropea: http://ec.europa.eu/media

Is-sit ta' Androulla Vassiliou

Segwi lil Androulla Vassiliou fuq Twitter @VassiliouEU

Il-Festival tal-Films Berlinale, it-Talent Campus, il-Co-prouduction Market:

www.berlinale.de/en/HomePage.html

Shooting stars: www.shooting-stars.eu

Kuntatti :

Dennis Abbott (+32 2 295 92 58); Twitter: @DennisAbbott

Dina Avraam (+32 2 295 96 67)

Anness

Films sostnuti mill-Programm tal-MEDIA tal-UE fil-Festival tal-Films ta’ Berlin tal-2013.

The Spirit of ’45 ta' Ken Loach (Ir-Renju Unit, Berlinale Speċjali)

Elle s'en va (On my Way) ta’ Emmanuelle Bercot (Franza, Kompetizzjoni)

La Religieuse (Die Nonne) ta’ Guillaume Nicloux (Franza/il-Ġermanja/il-Belġju, Kompetizzjoni)

Layla Fourie ta’ Pia Marais (il-Ġermanja/l-Afrika t’Isfel/Franza/il-Pajjiżi l-Baxxi, Kompetizzjoni)

Paradies: Hoffnung (Paradise: Hope) ta’ Ulrich Seidl (l-Awstrija/Franza/il-Ġermanja, Kompetizzjoni)

Poziţia Copilului (Child's Pose) ta’ Călin Peter Netzer (ir-Rumanija, Kompetizzjoni)

Night Train to Lisbon (Nachtzug nach Lissabon) ta’ Bille Aug (il-Ġermanja/l-Iżvizzera/il-Portugall, Barra mill-Kompetizzjoni)

Slow Food Story ta’ Stefano Sardo (l-Italja, Ċinema Kulinarja)

Krugovi (Circles) ta’ Srdan Golubović (Serbja/il-Ġermanja, Forum)

La Plaga (The Plague) ta’ Neus Ballús (Spanja, Forum)

Materia oscura (Dark Matter) ta’ Massimo D’Anolfi u Martina Parenti (l-Italja, Forum)

Shirley – Visions of Reality ta’ Gustav Deutsch (l-Awstrija, Forum)

The Weight of Elephants ta’ Daniel Josh Borgman (In-New Zealand/id-Danimarka, Forum)

Nono, Het Zigzag Kind (Nono, the Zigzag Kid) ta’ Vincent Bal (il-Pajjiżi l-Baxxi/il-Belġju, Generation Kplus)

Boven is het stil (It's all so Quiet) ta’ Nanouk Leopold (il-Pajjiżi l-Baxxi/il-Ġermanja, Panorama)

Belleville Baby ta’ Mia Engberg (l-Iżvezja, Panorama)

The Act of Killing ta’ Joshua Oppenheimer (id-Danimarka/in-Norveġja/ir-Renju Unit, Panorama)

Is-selezzjonijiet tal-Berlinale jkopru ħafna ġeneri differenti ta’ ċinema; dawn jinkludu ċ-“Ċinema Kulinarja”, li tisħaq fuq films dwar l-ikel u l-ambjent; il-programm “Panorama Special” jippreżenta films ġodda minn diretturi rinomati, films debuttanti u skoperti ġodda; Il-“Generation” films huma mmirati għal udjenzi iżgħar fl-età (K Plus għat-tfal u 14 Plus għall-adoloxxenti). Perspektive Deutsches Kino jieħu ħsieb talenti direttorjali fil-Ġermanja.

2. Films sostnuti mill-Programm tal-MEDIA tal-UE li qabel kienu ġew ippremjatirebħu fil-Festival tal-Films ta' Berlin

2003

Golden Bear

In This World

Michael Winterbottom

2004

Golden Bear

Gegen Die Wand

Fatih Akin

2005

Silver Bear – l-Aqwa Direttur

Sophie Scholl - The Final Days

Marc Rothemund

2006

Silver Bear – l-Aqwa Direttur

The Road to Guantanamo

Michael Winterbottom

2006

Silver Bear – l-Aqwa Attriċi

Requiem

Sandra Hüller

2006

Silver Bear – l-Aqwa Attur

The Elementary Particles

Moritz Bleibtreu

2006

Crystal Bear – l-Aqwa Film

Drømmen - the Dream

Niels Arden Oplev

2007

Silver Bear – l-Aqwa Attriċi

Yella

Nina Hoss

2010

Silver Bear – l-Aqwa Direttur

The Ghostwriter

Roman Polanski

2011

il-Grand Prix tal-Ġurija

The Turin Horse

Béla Tarr

2011

L-Aqwa Film tal-Bidu

The Guard

John Michael McDonagh

2012

Golden Bear

Caesar Must Die

Paolo u Vittorio Taviani

2012

Silver Bear – l-Aqwa Attur

A Royal Affair

Mikkel Følsgaard

2012

Silver Bear – l-Aqwa Skript

A Royal Affair

Nikolaj Arcel u Rasmus Heisterberg

3. Films Ġermaniżi elwenin sostnuti mill-Programm tal-MEDIA tal-UE

Good Bye, Lenin (Wolfgang Becker, 2003)

L-Aqwa Film, l-Aqwa Attur, l-Aqwa Xeneġġatura tal-2003 fil-Premjazzjoni tal-Films Ewropej

Blauer Engel għall-Aqwa Film Ewropew tal-2003 fil-Festival tal-Films ta’ Berlin

l-Aqwa Film Barrani tal-2004 fis-César Awards

Gegen Die Wand/Head on (Fatih Akin)

Il-Golden Bear tal-2004 fil-Festival Internazzjonali tal-Films Berlinale

Il-Premju l-Għażla tal-Pubbliku tal-2004 fil-Premjazzjoni tal-Films Ewropej

Die Geschichte Vom Weinenden Kamel/The Story of the Weeping Camel (Byambasuren Davaa, 2003)

L-Aqwa Direttur ta' Dokumentarju tal-2004 fid-Directors Guild of America Awards

In-Nomina għall-Aqwa Dokumentarju tal-2005 fl-Academy Awards

Das Leben Der Anderen/The Lives of Others (Florian Henckel von Donnersmarck, 2006)

L-Aqwa Film tal-2006 b’Lingwa Barranija, Academy Award

L-Aqwa Film, l-Aqwa Attur, l-Aqwa Xeneġġatur tal-Premjazzjoni tal-Films Ewropej tal-2006

l-Aqwa Film Barrani tal-2008, César Awards

Auf Der Anderen Seite/ The edge of heaven (Fatih Akin)

L-Aqwa Xeneġġatura tal-2007, il-Festival tal-Films ta' Cannes

L-Aqwa Xeneġġatura tal-2007, il-Festival Ewropew tal-Films

Il-Premju Lux tal-Parlament Ewropew tal-2007

In-nomina Ġermaniża għall-Aqwa Film b'Lingwa Barranija fl-Academy Awards

Soul Kitchen (Fatih Akin)

Il-Premju Speċjali tal-Ġurija tal-2009, il-Festival tal-Films ta’ Venezja

Das Weisse Band/The White Ribbon (Michael Haneke, 2009)

Il-Palme d'Or tal-2009, il-Festival tal-Films ta’ Cannes

L-Aqwa Film, l-Aqwa Direttur, l-Aqwa Xeneġġatura tal-Premjazzjoni tal-Films Ewropej tal-2009

In-nomina Ġermaniża għall-Aqwa Film b'Lingwa Barranija tal-2009 fl-Academy Awards

Pina (Wim Wenders, 2011)

In-Nomina għall-Aqwa Dokumentarju tal-2012 fl-Academy Awards

L-Aqwa Xeneġġjatura tal-2007, il-Festival Ewropew tal-Films

Barbara (Christian Petzold)

Is-Silver Bear għall-Aqwa Direttur tal-2012 fil-Berlinale

L-Aqwa Film tal-2012 fil-Premijiet tal-Films Ġermaniżi

In-nomina Ġermaniża għall-Aqwa Film b'Lingwa Barranija tal-2012 fl-Academy Awards

Halt Auf Freier Strecke/Stopped On Track (Andreas Dresen)

Il-Premju Prinċipali tal-2011 għal Un Certain Regard fil-Festival tal-Films ta’ Cannes

Il-Premijiet tal-Films Ġermaniżi tal-2012: l-Aqwa Film, l-Aqwa Attur Prinċipali, l-Aqwa Attur Sekondarju, l-Aqwa Direttur

Lore (Cate Shortland)

Il-Premju tal-Pubbliku tal-2012, fil-Festival Internazzjonali tal-Films, f’Locarno

L-Aqwa Film, l-Aqwa Attur, l-Aqwa Disinn, l-Aqwa Mużika tal-2012 fil-Festival Internazzjonali tal-Film ta’ Stokkolma

L-Għażla tal-Kritiċi fil-FilmFest Hamburg tal-2012


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website