Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

Tlestija taż-Żona Ewropea tal-Ġustizzja: Għidilna xi jmiss

Commission Européenne - IP/13/919   07/10/2013

Autres langues disponibles: FR EN DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO HR

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-Istampa

Brussell, 7 ta' Ottubru 2013

Tlestija taż-Żona Ewropea tal-Ġustizzja: Għidilna xi jmiss

Ħarsa fil-futur: Kif ser tkun tidher il-politika tal-ġustizzja tal-UE fl-2020? Din hija t-tema ta' dibattitu mal-Ewropa kollha li l-Kummissjoni Ewropea nediet illum. Il-punt tat-tluq għad-diskussjoni huwa pakkett ta' ħames dokumenti ta' diskussjoni ppreżentati mill-Kummissjoni li jkopru l-liġi ċivili, kriminali u amministrattiva Ewropea, kif ukoll l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali fl-UE. Dawn id-dokumenti jqajmu dibattitu dwar azzjonijiet possibbli fil-politika tal-ġustizzja tal-UE fis-snin li ġejjin immirati biex isaħħu l-pedamenti li fuqhom hija mibnija l-Unjoni Ewropea u jlestu ż-Żona Ewropea tal-Ġustizzja fl-interess taċ-ċittadini u n-negozji tal-Ewropa. Fost l-ideat ippreżentati hemm aktar passi biex tiżdied il-fiduċja reċiproka fil-ġustizzja ċivili, drittijiet proċedurali msaħħa dwar in-notifika ta' dokumenti, kif ukoll aktar użu ta' reġimi sostantivi tal-liġi Ewropea mhux obbligatorji u mekkaniżmu ġdid li jiffaċilita r-riżoluzzjoni ta' kwalunkwe kriżi ta' stat tad-dritt futura fl-Istati Membri.

Kull min huwa interessat jista' jipparteċipa fid-dibattitu u jgħin fit-tiswir tal-politiki tal-ġustizzja tal-futur. Il-Kummissjoni nedietsejħa għall-kontributi li ser tibqa' miftuħa sal-aħħar tal-2013 bil-possibilità li jintbagħatkontribut preliminari sal-11 ta' Novembru. Id-dokumenti tal-Kummissjoni u l-kontribut preliminari mbagħad ser ikunu diskussi f'forum Ewropew dwar il-Futur tal-Politika tal-Ġustizzja tal-UE fil-21 u t-22 ta' Novembru fi Brussell (ara l-programm fl- Anness). Kelliema distinti jinkludu ministri nazzjonali, membri tal-Parlament Ewropew, imħallfin mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, akkademiċi u rappreżentanti ewlenin tal-professjoni legali. Din l-attività hija miftuħa wkoll għall-ġurnalisti, li jistgħu jirreġistraw billi jibagħtu email fuq Joshua.Salsby@ec.europa.eu.

"Għamilna passi kbar fl-iżilupp taż-Żona Ewropea tal-Ġustizzja, fi spazju qasir ta' żmien. Fil-fatt, il-politika tal-ġustizzja ħadet prominenza akbar bħala qasam ta' attività intensa fil-livell Ewropew - komparabbli għas-suq intern fid-disgħinijiet. Iżda hemm aktar xogħol xi jsir," qalet il-Viċi-President Viviane Reding, il-Kummissarju tal-Ġustizzja tal-UE. "Irridu nibnu Żona Ewropea tal-Ġustizzja sħiħa u b'saħħitha. Iċ-ċittadini u n-negozji jaħsdu biss il-benefiċċji kollha tas-suq intern tagħna jekk ikunu kunfidenti li d-drittijiet tagħhom huma protetti kullimkien. Dan kollu huwa marbut mal-fiduċja reċiproka fis-sistemi ġudizzjarji ta' xulxin. Jeħtieġ li nkomplu nibnu din il-fiduċja."

Il-kontribut miġbur ser jgħin lill-Kummissjoni tistabbilixxi l-politika tal-ġustizzja tal-UE wara l Programm ta' Stokkolma.. Kif imħabbar mill-President Barroso fl-ittra tiegħu lil-President tal-Parlament Ewropew Martin Schulz tal-11 ta’ Settembru 2013, il-Kummissjoni Ewropea se tippreżenta Komunikazzjoni dwar inizjattivi futuri fil-qasam tal-politiki tal-ġustizzja u l-intern fir-rebbiegħa tal-2014 li se jiġu diskussi fil-Kunsill Ewropew f’Ġunju 2014; il-kontribut għalhekk se jikkontribwixxi għall-parti tal-ġustizzja ta' dik il-Komunikazzjoni.

Il-ħames dokumenti maħruġa mill-Kummissjoni llum jippreżentaw l-ideat tagħha għall-oqsma li ġejjin:

  1. Liġi Ċivili

l-UE ilha tibni pontijiet bejn is-sistemi tal-liġi ċivili nazzjonali, filwaqt li tiżgura li s-sentenzi minn qorti waħda jkunu rikonoxxuti awtomatikament fi Stat Membru ieħor, tipproteġi n-negozji f’każijiet transfruntieri ta’ insolvenza, u tgħin biex tiddetermina min għandu l-ġuriżdizzjoni f’divorzji, suċċessjonijiet u żwiġijiet transfruntieri. Id-dokument tal-Kummissjoni jenfasizza aktar oqsma fejn tista’ tkun meħtieġa azzjoni biex tippermetti liċ-ċittadini, konsumaturi u negozji jibbenefikaw bis-sħiħ miż-żona Ewropea ta' ġustizzja, meta jiċċaqilqu mal-familja tagħhom lejn Stat Membru ieħor jew ikunu jixtiequ jisfruttaw bis-sħiħ is-Suq Uniku. L-azzjonijiet previsti jinkludu regoli msaħħa għan-notifika ta’ dokumenti, it-titjib tal-infurzar ta’ sentenzi, u miżuri li jtejbu t-tkabbir li jindirizzaw id-diskrepanzi bejn il-liġijiet nazzjonali dwar l-insolvenza jew biex iżommu l-pass ma’ żviluppi tas-suq u dawk teknoloġiċi, bħal kwistjonijiet kuntrattwali relatati mal-cloud computing.

  1. Liġi Kriminali:

Iċ-ċittadini jistennew li ħajjithom, id-drittijiet fundamentali u s-sigurtà tagħhom jiġu protetti madwar l-UE. Bit-Trattat ta’ Lisbona fis-seħħ, l-Unjoni kienet kapaċi tieħu passi ġodda fil-qasam tal-liġi kriminali, bħal armonizzazzjoni tad-definizzjonijiet ta’ reati serji, l-introduzzjoni ta’ standards komuni biex tipproteġi persuni suspettati jew akkużati b’reat u li tiggarantixxi standards madwar l-UE kollha biex tipproteġi l-vittmi ta’ reati, kif ukoll tipproponi sistema ġdida ta' prosekuzzjoni fil-livell tal-Unjoni biex tipproteġi l-baġit tal-UE minn frodi. Id-dokument tal-Kummissjoni jesplora kif l-affarijiet il-ġodda tat-Trattat ta’ Lisbona jistgħu jintużaw ulterjorment, pereżempju billi jikkonsolidaw u jistandardizzaw ċerti għodod bħal ordnijiet ta’ ffriżar u ta’ konfiska.

  1. Liġi Amministrattiva:

L-UE sserraħ ħafna fuq l-amministrazzjonijiet nazzjonali biex effettivament tamministra l-liġi tal-UE u b’hekk tiżgura l-implimentazzjoni xierqa tagħha. Dan jagħmilha importanti għaċ-ċittadini u n-negozji li din il-parti tal-arkitettura tal-UE taħdem sew ukoll. Id-dokument tal-Kummissjoni jesplora aktar possibbiltajiet bħat-tisħiħ tad-drittijiet proċedurali amministrattivi u t-titjib tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet amministrattivi.

  1. L-Istat tad-Dritt:

L-esperjenza wriet li jkun utli li tissaħħaħ il-kapaċità tal-UE biex tittratta l-kriżijiet tal-istat tad-dritt. Dan iġib miegħu b'mod effettiv mekkaniżmu dedikat tal-istat tad-dritt għall-UE (ara SPEECH/13/677). Id-dokument tal-Kummissjoni jfittex li jinkoraġġixxi rispons dwar kif tali mekkaniżmu jista’ jiġi ddisinjat.

  1. Drittijiet Fundamentali:

L-UE diġà mxiet 'il quddiem fl-iżvilupp ta' kultura ta’ drittijiet fundamentali: Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE hija l-boxxla tal-Unjoni, li tiggwida kull proposta. Il-Karta fiha ideat dwar kif tista’ tissaħħaħ il-konformità mal-Karta kemm fl-attivitajiet tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni u dawk tal-Istati Membri meta jimplimentaw il-liġi tal-UE.

Sfond

Il-Politika tal-Ġustizzja tal-UE għaddiet minn bidla kbira ħafna f’dawn l-aħħar ftit snin. Kien biss fl-2010, mal-bidu tal-mandat attwali tal-Kummissjoni Ewropea, li nħoloq portafoll ta’ ġustizzja. Minn dakinhar, il-Kummissjoni ressqet aktar minn 50 inizjattiva f’dan il-qasam,u b'hekk bdiet tpoġġi l-elementi ta' tiswir ta' spazju veru Ewropew ta' Libertà, Ġustizzja u Sigurtà għas-servizz taċ-ċittadini tal-Ewropa — wieħed mill-objettivi ewlenin tal-UE kif iddikjarat fit-Trattat ta’ Lisbona.

Ittieħdu passi importanti fi ftit snin: Drittijiet tal-UE ġodda għall-vittmi ta' reat (IP/12/1200) u għarfien eħfef ta' sentenzi (IP/12/1321) tejbu l-aċċess għall-ġustizzja, filwaqt li l-proposti tal-Kummissjoni fuq protezzjoni ta' dejta personali għandhom isaħħu d-drittijiet fundamentali u s-suq uniku diġitali(MEMO/13/39). Barra minn hekk, inizjattivi bħat-Tabella tal-Ġustizzja tal-UE (IP/13/285) ġabu fid-deher kif sistemi u politiki ġudizzjarji effettivi huma kruċjali għat-tkabbir ekonomiku.

L-għan issa huwa li jittieħed kont tal-progress li sar u jiġu identifikati l-isfidi ewlenin tal-futur. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni qed torganizza l-forum‘Assises de la Justice' fil-21 u t-22 ta’ Novembru. Din hija konferenza ta’ jumejn, li ser tlaqqa' flimkien imħallfin, avukati, akkademiċi, dawk li jfasslu l-politika u rappreżentanti tan-negozju minn madwar l-Ewropa.

Bil-għan li jinħoloq dibattitu wiesa’ dwar ir-rwol tal-ġustizzja fl-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni qiegħda titlob għal ideat mingħand il-partijiet interessati kollha dwar kif tissodisfa l-aspettattivi taċ-ċittadini u n-negozji u kif tinkiseb żona vera Ewropea tal-ġustizzja. Ibgħatu l-kontribuzzjoni preliminari tagħkom fuq JUST-ASSISES@ec.europa.eu sal-11 ta' Novembruu ngħaqdu mad-dibattitu fuq il-mezzi tal-komunikazzjoni soċjali billi tużaw il-hashtag #EUJustice.

Għal aktar tagħrif

Il-ħames dokumenti tematiċi:

http://ec.europa.eu/justice/events/assises-justice-2013/discussion_papers_en.htm

Il-Kummissjoni Ewropea — Assises de la justice

http://ec.europa.eu/justice/events/assises-justice-2013/index_en.htm

Ingħaqad fid-dibattitu fuq Twitter: #EUJustice

Il-websajt ta' Viviane Reding, il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea u l-Kummissarju tal-UE għall-Ġustizzja:

http://ec.europa.eu/reding

Segwi lill-Viċi President fuq Twitter:@VivianeRedingEU

Kuntatti :

Mina Andreeva (+32 2 299 13 82)

Natasha Bertaud (+32 2 296 74 56)

Anness

Assises de la Justice: Aġenda provviżorja annotata

Il-Ħamis 21 u l-Ġimgħa 22 ta’ Novembru 2013 fi Brussell (il-Belġju), Kummissjoni Ewropea, il-binja Charlemagne.

L-EWWEL JUM

09:30-10:00 FTUĦ

Is-Sinjura V. Reding, il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea u l-Kummissarju tal-UE għall-Ġustizzja:

10:00-10:55 DIKJARAZZJONIJIET TA' INTRODUZZJONI

Is-Sur J. Bernatonis (LT), Ministru tal-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Litwanja

Is-Sur R. Badinter (FR), Avukat, ex-Ministru tal-Ġustizzja u l-eks President tal-Kunsill Kostituzzjonali tar-Repubblika Franċiża

Is-Sur J.Rozenberg (Renju Unit), Kummentatur fi kwistjonijiet legali u ġurnalist

11:15 - 13:00 SISTEMI TA' ĠUSTIZZJA EFFETTIVI FL-UE U T-TABELLA TA' VALUTAZZJONI TAL-ĠUSTIZZJA TAL-UE

Moderatur: Is-Sinjura F. Le Bail, Direttur Ġenerali għall-Ġustizzja, il-Kummissjoni Ewropea

Is-Sinjura P. Teixeira da Cruz (PT), Ministru tal-Ġustizzja tar-Repubblika Portugiża

Is-Sur K. Lenaerts (BE), il-Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Is-Sur P. Justice Gilligan (IE), President n-Netwerk Ewropew tal-Kunsilli għall-Ġudikatura

14:30 - 16:00 L-INDIPENDENZA TAL-ĠUSTIZZJA U T-TABELLA TA' VALUTAZZJONI TAL-ĠUSTIZZJA TAL-UE

Moderatur: Is-Sinjura F. Le Bail, Direttur Ġenerali għall-Ġustizzja, il-Kummissjoni Ewropea

Is-Sur V. Skouris (EL), il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Is-Sinjura P. Koskelo (FI), il-President tal-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Finlandja, Viċi President NPSJC

Is-Sur M. Barendrecht (NL), Professur tal-Liġi, Università ta' Tilburg , Direttur ta’ Hiil

Is-Sur E. Tsouroulis (EL), President tal-Kunsill tal-Avukaturi tal-Ewropa

Is-Sur R. Müller (DE), Ġurnalist

16:30 - 18:00 LEJN REGOLA ĠDIDA TA' MEKKANIŻMU TA' DRITT

Moderatur: Is-Sinjura F. Le Bail, Direttur Ġenerali għall-Ġustizzja, il-Kummissjoni Ewropea

Is-Sur A.Shatter (IE), il-Ministru tal-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u d-Difiża tal-Irlanda

Is-Sur R. Tavares (PT), Membru tal-Parlament Ewropew, Viċi-President CRIM

Is-sur J.M. Sauvé (FR), Viċi President tal-Conseil d’État tar-Repubblika Franċiża, il-President ta’ ACA

Is-Sur G. Buquicchio (IT), il-President tal-Kummissjoni ta’ Venezja u tal-Kunsill tal-Ewropa

IT-TIENI JUM

9:00 - 13:00 LEJN SPAZJU EWROPEW TA' ĠUSTIZZJA BBAŻAT FUQ IL-FIDUĊJA REĊIPROKA

Moderatur: Is-Sinjura F. Le Bail, Direttur Ġenerali għall-Ġustizzja, il-Kummissjoni Ewropea

09:00-10:20. Il-liġi kriminali

Is-Sur J.F. López Aguilar (ES), Membru tal-Parlament Ewropew, President tal-Kumitat tal-LIBE

Is-Sur K. Tolksdorf (DE), President tal-Bundesgerichtshof tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, Viċi President tal-NPSJC

Is-Sur J.C. Marin (FR), Prosekutur Ġenerali, Cour de cassation tar-Repubblika Franċiża

Is-Sinjura M. McGowan QC (Renju Unit), Konsulent Legali, President tal-Kunsill tal-Avukati tal-Ingilterra u l-Galles

10:20-11:40 Il-liġi ċivili u kummerċjali

Is-Sur K. Lehne (DE), Membru tal-Parlament Ewropew, il-President tal-JURI

Lord Justice Mance (Renju Unit), Imħallef tal-Qorti Suprema tar-Renju Unit

Is-Sur M. Szpunar (PL), ex-Viċi Ministru tal-Affarijiet Barranin, avukat

11:40-13:00 Il-liġi amministrattiva

Is-Sur L. Berlinguer (IT), Membru tal-Parlament Ewropew

Is-Sur Z. Kühn (CZ), Imħallef fil-Qorti Amministrattiva Suprema tar-Repubblika Ċeka

Is-Sur S. Cassese (IT), Imħallef fil-Qorti Kostituzzjonali tar-Repubblika Taljana

13:00-13:30 KONKLUŻJONIJIET

Is-Sinjura V. Reding, il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea u l-Kummissarju tal-UE għall-Ġustizzja


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site