Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, It-Tnejn, 7 ta' Ottubru 2013

X’inhu l-futur għall-banek fl-UE? Għidilna l-opinjonijiet tiegħek

It-Tnejn 7 ta' Ottubru ser jimmarka l-ftuħ tat-tielet parti ta' dibattiti interattivi b'xandira diretta fuq l-internet - din id-darba dwar il-banek - bejn ċittadini, negozji, organizzazzjonijiet, u min ifassal il-politika fil-qafas tas-Xahar tas-Suq Uniku (ara IP/13/847 u IP/13/882). Din hija opportunità għaċ-ċittadini u l-partijiet interessati biex jagħmlu proposti għall-futur tal-UE, u biex jiddibattu dawn il-proposti fuq l-internet, f'ħin reali, ma' ċittadini, partijiet interessati, uffiċjali u mexxejja oħra u esperti minn madwar l-Ewropa kollha. Il-Kummissjoni reġgħet qiegħda tinqeda bl-internet biex tinvolvi liċ-ċittadini u lil gruppi tas-soċjetà ċivili fl-aġenda politika tagħha. Il-forum onlajn joffri lill-partijiet ikkonċernati linja ta' komunikazzjoni unika u immedjata ma' dawk li jfasslu l-politika fi Brussell. Matul Xahar tas-Suq Uniku, il-forum qiegħed jospita dibattiti suċċessivi fuq erba' temi: L-Impjiegi, id-Drittijiet Soċjali, il-Banek, u l-Kummerċ Elettroniku fl-24 lingwa tal-UE.

Michel Barnier, il-Kummissarju għas-Suq Intern u s-Servizzi qal: “Kellna ġimgħatejn tassew siewja ta’ dibattiti onlajn dwar kwistjonijiet ewlenin fis-Suq Uniku: l-impjiegi, u l-futur tad-drittijiet soċjali fil-kuntest ekonomiku li qed jinbidel. Bosta mijiet ta’ proposti ta’ politika ġew ippreżentati u diskussi. Għall-ġimgħa d-dieħla ta’ dibattiti, se nkunu qiegħdin nindirizzaw il-mistoqsija diffiċli tar-regolament bankarju. Irrid nisma' x’għandhom x’jgħidu n-nies fuq il-bażi ta' dak li jaħsbu li għandna ngħamlu għal sistema bankarja aktar stabbli fl-Ewropa, u biex nassiguraw li s-settur finanzjarju, aktar milli dawk li jħallsu t-taxxi, jħallas is-sehem ġust tiegħu.”

Id-dibattiti se jibqgħu għaddejjin mit-Tnejn sal-Erbgħa (7-9 ta’ Ottubru) dwar 140 proposta ta’ politika minn 27 pajjiż, li jvarjaw minn proposta biex tinħoloq l-Awtorità tal-Protezzjoni tal-Konsumatur Ewropew Unika għas-servizzi finanzjarji kollha, għal inizjattiva li tirregola ipotekarju ta' valuti differenti madwar l-UE. Barra minn hekk, 18-il sessjoni ta' diskursati diretti f’ 9 lingwi differenti ser iseħħ onlajn, ma’ kelliema minn minn Finance Watch, il-Banek Ċentrali ta' Franza u tal-Finlandja, Membru tal-Parlament Ewropew u ħafna aktar. Dan id-dibattitu fuq is-settur finanzjarju jsir fi żmien meta l-konsegwenzi tal-kriżi finanzjarja għadhom jinħassu sew fil-ħajja ta’ kuljum tan-nies u tan-negozji. Matul il-jiem ta’ dibattitu li ġejjin, in-nies, l-organizzazzjonijiet u n-negozji nfushom se jkollhom l-opportunità li jitfgħu dawl fuq l-ostakli li għad fadal, u jressqu s-suġġerimenti tagħhom biex jittieħdu azzjonijiet fil-livell Ewropew.

Sfond

Xahar tas-Suq Uniku ser isir onlajn fuq il- http://www.yourideasforeurope.eu/mt matul erba' ġimgħat konsekuttivi, b'tema politika differenti esplorata kull ġimgħa:

  • 23-25 ta' Settembru, dwar l-impjiegi: Kif issib xogħol, twaqqaf negozju, jew kif il-kwalifiki tiegħek jistgħu jiġu rikonoxxuti fl-Ewropa?

  • 30 ta' Settembru-2 ta’ Ottubru dwar id-drittijiet soċjali: Liema huma d-drittijiet tal-protezzjoni soċjali fis-Suq Uniku tal-UE, f’termini ta’ pensjonijiet, kura tas-saħħa, servizzi pubbliċi...?

  • 7-9 ta' Ottubru, dwar il-banek: X’jista’ jsir aktar sabiex jitħarsu d-depożiti, tiġi evitata kriżi finanzjarja oħra, u jiġi żgurat li l-banek jinvestu fl-ekonomija reali sabiex irawmu t-tkabbir ekonomiku?

  • 14-16 ta' Ottubru, dwar il-kummerċ elettroniku: Kemm huwa faċli li tbiegħ prodotti onlajn, jew tixtrihom u twassalhom lil hinn mill-fruntieri bħala klijent? Id-dejta li l-pubbliku jaqsam fuq is-siti tan-netwerking soċjali kemm hi protetta?

Xahar tas-Suq Uniku jipprovdi opportunità unika għan-"netizens" (iċ-ċittadini li jużaw l-internet) tal-Ewropa biex jikkummentaw fuq, jisfidaw, u jirfinaw ideat politiċi ġodda proposti onlajn minn nies komuni. Din toffri lill-parteċipanti għadd ta’ modi biex huma jinteraġġixxu ma’ dawk li jfasslu l-politiki. Huma jistgħu:

  • jivvutaw u jikkummentaw dwar is-sottomissjonijiet ta’ politika ta' individwi, organizzazzjonijiet u negozji,

  • jistaqsu u jiddibattu mal-Kummissarji, MPEs, esperti tal-UE u personalitajiet nazzjonali permezz ta’ diskursati ffilmjati f’xandira diretta, Madwar 80 minn dawn is-sessjonijiet ta' diskursati diretti huma skedati matul ix-xahar ta’ dibattiti,

  • Ħames parteċipanti se jiġu mistiedna għal dibattitu finali mal-Kummissarju Michel Barnier fuq Euronews fit-23 ta’ Ottubru fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu.

Xorta waħda jistgħu jiġu ppreżentat ideat minn issa fuq il-pjattaforma onlajn. Kważi 700 idea sottomessa mill-partijiet interessati u individwi hija ppubblikata fuq is-sitwww.yourideasforeurope.eu . Dawn l-ideat infetħu għad-dibattitu fit-23 ta’ Settembru għal ideat dwar l-impjiegi, u fit-30 ta’ Settembru għal ideat dwar id-drittijiet soċjali, u ser jiftħu fis-7 ta’ Ottubru għal ideat dwar il-banek, u fl-14 ta’ Ottubru għal ideat dwar il-kummerċ elettroniku.

Moderaturi indipendenti ser jiġbru fil-qosor ir-riżultati ta’ dawn id-dibattiti — l-ideat li l-parteċipanti jkollhom jistgħu ibiddlu l-Ewropa. Huma se jiġu wkoll inklużi f’rapport finali li se jiġi ppubblikat u jistgħu jikkontribwixxu għall-ħidma tal-UE ta’ għada.

Aktar informazzjoni

yourideasforeurope.eu

Kuntatti :

Chantal Hughes (+32 2 296 44 50)

Audrey Augier (+32 2 297 16 07)

Carmel Dunne (+32 2 299 88 94)


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website