Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni tiffirma għotja ta' EUR 4 miljun għall-mobilità urbana sostenibbli

European Commission - IP/13/883   30/09/2013

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO HR

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, it-30 ta' Settembru 2013

Il-Kummissjoni tiffirma għotja ta' EUR 4 miljun għall-mobilità urbana sostenibbli

Illum il-Kummissjoni Ewropea ffirmat ftehim ta' għoti li jiswa EUR 4 miljun ma' konsorzju ta' 14-il istitut tar-riċerka, assoċjazzjonijiet u kumpaniji ta' konsulenza Ewropej - inkluż 10 SMEs - għal proġett ta'3 snin magħruf bħala "Civitas Capital".

Il-Viċi President tal-Kummissjoni Siim Kallas, responsabbli mit-trasport, qal: "Din l-għotja turi l-impenn kontinwu tal-UE lejn il-mobilità urbana sostenibbli. Civitas hijaa waħda mill-iktar inizjattivi importanti tal-UE f'dan il-qasam, u se trendi riżultati tanġibbli. Hemm bżonn niżviluppaw iktar id-dimensjoni urbana tal-politika tat-trasport tagħna. Għalhekk aktar tard din is-sena l-Kummissjoni se tippreżenta pakkett komprensiv tal-mobilità urbana ."

Civitas Capital se:

  • jiġbor flimkien l-għarfien eżistenti permezz ta' gruppi dedikati għal suġġetti speċifiċi, li se jipproduċu gwidi tal-aħjar prattiki;

  • joħroġ rakkomandazzjonijiet dwar il-prijoritajiet futuri tar-Riċerka u l-Iżvilupp li l-Kummissjoni beħsieba tintegrahom fil-programm tar-riċerka tagħha tal-2014-2020;

  • jiżviluppa pakketti ta' taħriġ u jorganizza l-kollokamenti u l-iskambju tal-professjonisti fil-mobilità urbana - madwar 500 professjonist se jiġu mħarrġa jew jiġu offruti kollokament;

  • jamministra fond ta' attività ta' kważi EUR 500,000 biex jappoġġa t-trasferiment ta' miżuri lil bliet oħrajn, fejn iktar bliet se jkunu jistgħu jimplimentaw il-miżuri tal-mobilità urbana b'suċċess;

  • joħloq ħames netwerks nazzjonali u reġjonali addizzjonali u jkompli jamministra dawk il-ħamsa eżistenti - dawn in-netwerks iżidu t-tifrix tal-għarfien u l-aħjar prattika fil-grupp tal-lingwa tagħhom jew fil-grupp ġeografiku;

  • jiżviluppa ċentru ta' għarfien li se jkun disponibbli għall-partijiet interessati kollha permezz tas-sit tal-internet ta' Civitas - post uniku fejn il-materjal kollha prodott minn Civitas u għalih, se jkun disponibbli għal kulħadd, għal skopijiet ta' tagħlim u riaplikazzjoni.

Sfond

Civitas — akronimu bl-Ingliż ġej minn għal "cities, vitality, sustainability" - huwa ffinanzjat mill-programm qafas tar-riċerka tal-UE biex jappoġġa lill-bliet fl-isforzi tagħhom biex jinnovaw għal mobilità urbana iktar sostenibbli. Sa mill-bidu fl-2002, Civitas appoġġa iktar minn 700 attività ta' dimostrazzjoni f'madwar 60 belt (f'netwerk totali ta' 200 belt li jitgħallmu minn dawn l-attivitajiet ta' dimostrazzjoni), b'investiment totali ta' iktar minn EUR 200 miljun mill-UE. Dan wassal għal investiment addizzjonali ta' qrib EUR 1 biljun mill-awtoritajiet lokali u reġjonali, kif ukoll minn imsieħba privati.

Fl-2009, il-Kummissjoni adottat Pjan ta' Azzjoni fuq il-Mobilitá Urbana li kien jinkludi 20 azzjoni li kellhom jitwettqu sal-2012, u li bħalissa qed jiġu evalwati r-riżultati tagħhom. Fl-2011, il-Kummissjoni ppubblikat White Paper fuq it-Trasport li tiffissa żewġ miri speċifiċi għall-mobilità urbana jiġifieri (1) li sal-2050 fiż-żoni urbani gradwalment jiefqu jintużaw vetturi li jużaw fjuwil konvenzjonali, u (2) li sal-2030 fiċ-ċentri urbani l-kbar jintlaħaq livell fejn il-bliet ikunu essenzjalment ħielsa mid-CO2.

Aktar informazzjoni

Sit tal-internet ta' CIVITAS

Sit tal-internet ta' DĠ MOVE

Sit tal-internet tal-Mobilità Urbana

Sit tal-internet tal-kampanja Do The Right Mix

Segwi lill-Viċi President Kallas fuq Twitter

Kuntatti:

Helen Kearns (+32 2 298 76 38)

Dale Kidd (+32 2 295 74 61)


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website