Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

Ġlieda kontra l-ħasil tal-flus: Regoli msaħħa biex iwieġbu għal theddid ġdid

Commission Européenne - IP/13/87   05/02/2013

Autres langues disponibles: FR EN DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, il-5 ta’ Frar 2013

Ġlieda kontra l-ħasil tal-flus: Regoli msaħħa biex iwieġbu għal theddid ġdid

Illum il-Kummissjoni adottat żewġ proposti biex issaħħaħ ir-regoli eżistenti tal-UE kontra l-ħasil tal-flus u t-trasferiment ta' fondi. It-theddid assoċjat mal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu qed jevolvu kontinwament, u dan jirrikjedi aġġornamenti regolari tar-regoli.

Il-Kummissarju għas-Suq Intern u s-Servizzi, Michel Barnier, qal: "L-Unjoni hija fuq quddiem nett fl-isforzi internazzjonali biex jikkumbattu l-ħasil tar-rikavati tal-kriminalità. Flussi ta’ flus maħmuġa jistgħu jagħmlu ħsara lill-istabbiltà u lir-reputazzjoni tas-settur finanzjarju, filwaqt li t-terroriżmu jhezzeż l-istess sisien tas-soċjetà tagħna. Minbarra l-istrateġija tal-liġi kriminali, sforz preventiv permezz tas-sistema finanzjarja jista’ jgħin sabiex jitwaqqaf il-ħasil tal-flus. L-għan tagħna huwa li nipproponu regoli ċari li jirrinfurzaw il-viġilanza mill-banek, avukati, kontabilisti u l-professjonisti l-oħra konċernati."

Il-Kummissarju għall-affarijiet interni Cecila Malmström qalet: "Fl-ekonomija tagħna m'hemmx post għall-flus maħmuġa, li spiss ikunu ġejjin mill-bejgħ tad-droga, il-kummerċ illegali fl-armi u t-traffikar tal-bnedmin. Irridu niżguraw ruħna li l-kriminalità organizzata ma tkunx tista' taħsel il-fondi tagħha permezz tas-sistema bankarja jew tas-settur tal-logħob. Biex tiġi protetta l-ekonomija legali, speċjalment fi żmien ta' kriżi, m'għandux ikun hemm lakuni legali li jistgħu jintużaw mill-kriminalità organizzata u mit-terroristi. Il-banek tagħna m'għandhom qatt iservu bħala magna tal-ħasil għall-flus tal-mafja, jew jippermettu l-finanzjament tat-terroriżmu."

Il-pakkett tal-lum, li jikkumplimenta azzjonijiet oħra meħuda jew ippjanati mill-Kummissjoni fir-rigward tal-ġlieda kontra l-kriminalità, il-korruzzjoni u l-evażjoni tat-taxxa, jinkludi:

  1. Direttiva  dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu

  2. Regolament dwar l-informazzjoni li takkumpanja trasferimenti ta' fondi biex tkun żgurata "rintraċċabilità xierqa" ta' dawn it-trasferimenti

Iż-żewġ proposti jikkunsidraw kompletament l-aħħar Rakkomandazzjonijiet1 tat-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja (FATF) (ara MEMO/12/246), il-korp dinji kontra l-ħasil tal-flus, u jipprovdu avvanz f’numru ta’ oqsma biex jippromwovu l-ogħla standards għal kontra l-ħasil tal-flus u kontra l-finanzjament tat-terroriżmu.

Aktar speċifikament, iż-żewġ proposti jipprovdu strateġija aktar immirata u aktar iffokata ibbażata fuq ir-riskju.

B'mod partikolari, id-Direttiva l-ġdida:

  1. ittejjeb iċ-ċarezza u l-konsistenza tar-regoli madwar l-Istati Membri

  1. billi tipprovdi mekkaniżmu ċar għall-identifikazzjoni tas-sidien benefiċjarji. Barra minn hekk, il-kumpaniji se jiġu mitluba li jżommu rekords dwar l-identità ta' dawk li jiggarantixxu l-kumpanija fir-realtà.

  2. billi ttejjeb iċ-ċarezza u t-trasparenza tar-regoli dwar id-diliġenza tal-konsumatur sabiex ikun hemm fis-seħħ kontrolli u proċeduri adegwati, li jiżguraw għarfien aħjar tal-konsumaturi u fehim aħjar tan-natura tan-negozju tagħhom. B'mod partikolari, huwa importanti li jiġi żgurat li l-proċeduri ssimplifikati ma jiġux skorrettament perċepiti bħala eżenzjonijiet totali mid-diliġenza dovuta mill-klijent.

  3. u billi tespandi d-dispożizzjonijiet li jittrattaw persuni esposti politikament, (jiġifieri persuni li jistgħu jirrappreżentaw riskju ogħla minħabba l-karigi politiċi tagħhom) issa ġew inklużi persuni esposti politikament “domestiċi” (dawk li joqogħdu fl-Istati Membri tal-UE) u dawk f'organizzazzjonijiet internazzjonali. Dan jinkludu fost oħrajn kapijiet ta' stati, membri tal-gvern, membri tal-parlamenti, imħallfin ta' qrati supremi.

  1. testendi l-ambitu tagħha biex tindirizza vulnerabilitajiet u theddid ġdid

  1. billi tiżgura pereżempju kopertura usa' tas-settur tal-logħob (id-direttiva preċedenti kienet tkopri każinojiet biss) u billi tinkludi referenza espliċita għal reati fiskali.

  1. tippromwovi standards għoljin għal kontra l-ħasil tal-flus

  1. billi tmur lil hinn mir-rekwiżiti tal-FATF biex fl-ambitu tagħha tinkludi l-persuni kollha li jittrattaw f'merkanzija għal ħlas fi flus kontanti ta' EUR 7 500 jew aktar, minħabba li kien hemm indikazzjonijiet minn ċerti partijiet interessati li l-limitu attwali ta’ €15 000 ma kienx biżżejjed. Persuni bħal dawn issa se jkunu koperti mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva inkluż il-ħtieġa biex ikun hemm diliġenza dwar il-klijent, jinżammu r-reġistri, jkun hemm kontrolli interni u jiġu ffajljati rapporti dwar tranżazzjonijiet suspettużi. Minkejja dan, id-Direttiva tipprovdi armonizzazzjoni minima u l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jżommu taħt dan il-limitu.

  1. issaħħaħ il-koperazzjoni bejn l-Unitajiet tal-Intelligence Finanzjarja nazzjonali differenti (FIUs) li l-kompiti tagħhom huma li jirċievu, janalizzaw u jqassmu lill-awtoritajiet kompetenti rapporti dwar suspetti ta’ ħasil tal-flus jew ta’ finanzjament tat-terroriżmu.

Iż-żewġ proposti jipprevedu rinfurzar ta’ setgħat tas-sanzjonar tal-awtoritajiet kompetenti billi jintroduċu pereżempju sett ta’ regoli minimi bbażati fuq prinċipji biex issaħħu sanzjonijiet amministrattivi u rekwiżit għalihom biex jikkoordinaw l-azzjonijiet meta jittrattaw każijiet transkonfinali.

Sfond:

Wara l-pubblikazzjoni ta' sett rivedut ta' standards internazzjonali fi Frar 2012 (IP/12/357), il-Kummissjoni ddeċidiet li taġġorna malajr qafas leġiżlattiv tal-UE biex jinkorpora l-bidliet meħtieġa. B'mod parallel, il-Kummissjoni għamlet ukoll reviżjoni tat-Tielet Direttiva kontra l-Ħasil tal-Flus li wriet il-bżonn li jiġi aġġornat il-qafas leġiżlattiv eżistenti sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet kollha identifikati.

L-aġġornament propost tar-regoli legali se jkollu jiġi adottat mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Ministri taħt il-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

Aktar informazzjoni:

http://ec.europa.eu/internal_market/company/financial-crime/index_en.htm

Kuntatti :

Audrey Augier (+32 2 297 16 07)

Stefaan De Rynck (+32 2 296 34 21)

Carmel Dunne (+32 2 299 88 94)


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site