Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

L-imħabba hija... il-multilingwiżmu

Commission Européenne - IP/13/875   26/09/2013

Autres langues disponibles: FR EN DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO GA HR

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, is-26 ta' Settembru 2013

L-imħabba hija... il-multilingwiżmu

Kif tgħid 'Niffansjak' f’ 24 lingwa? Din informazzjoni utli ħafna li qed tinġieblek illum mill-Kummissjoni Ewropea fl-okkażjoni tal-Jum Ewropew tal-Lingwi. Huwa l-minimu li għandek bżonn jekk biħsiebek tattendi avveniment ta' dating internazzjonali organizzat għal din l-okkażjoni, fejn il-multilingwiżmu huwa l-lingwa tal-imħabba. Bliet kożmopoliti bħal Praga u Berlin it-tnejn se jkollhom serati ta' speak-dating għal min hu lingwstikament avventuruż: u anki jekk mintix, għallinqas issa taf tgħid 'Niffansjak' f'24 lingwa uffiċjali tal-UE. Hemm ukoll mijiet ta’ avvenimenti oħra marbuta mal-lingwi li qed isiru madwar l-Ewropa, minn kunċert rap multilingwi f’Żagreb sa' fiera tal-karrieri 'Think German' fi Glasgow u passiġġata tul Triq il-Lingwa fi Bratislava. Hemm ukoll 47 pajjiż Ewropew ieħor, u partijiet oħra tad-dinja inklużi l-Kanada, il-Polineżja Franċiża u l-Emirati Għarab Magħquda li se jkollhom avvenimenti biex jiċċelebraw dan il-jum. Il-Kummissjoni u l-Kunsill tal-Ewropa jappoġġaw il-Jum Ewropew tal-Lingwi u hawnhekk tista’ ssib tagħrif dwar l-avvenimenti li qed iseħħu qrib tiegħek: http://edl.ecml.at/ & http://bit.ly/18UBpxo.

Androulla Vassiliou, il-Kummissarju Ewropew għall-Edukazzjoni, il-Kultura, il-Multilingwiżmu u ż-Żgħażagħ, qalet: “Il-Jum Ewropew tal-Lingwi huwa l-jum li fih niċċelebraw id-diversità lingwistika tal-Ewropa u l-benefiċċji tat-tagħlim tal-lingwi. Dawn il-fatturi huma importanti għaliex id-diversità lingwistika hija parti fundamentali mill-identità kulturali Ewropea tagħna, u l-ħila li titkellem lingwi differenti hija passaport għal dinja ta’ opportunitajiet. Hemm avvenimenti li qed iseħħu madwar l-Ewropa kollha, fi klassijiet, ċentri tal-komunità, istituti kulturali, ristoranti u fuq barra, fejn tista' tara x’qed jiġri madwarek u tingħaqad fiċ-ċelebrazzjoni.”

“Il-Jum Ewropew tal-Lingwi huwa għal kulħadd! Aktar minn qatt qabel il-lingwa u l-komunikazzjoni jirrappreżentaw aspetti ċentrali tas-soċjetà tagħna. It-tagħlim tal-lingwi joffri mezz biex niftħu moħħna għal perspettivi u kulturi ġodda," żiedet Ólöf Ólafsdóttir, Direttur taċ- Ċittadinanza u l-Parteċipazzjoni Demokratika fil-Kunsill tal-Ewropa.

Il-Kummissjoni qiegħda tikoorganizza żewġ konferenzi speċjali għall-Jum Ewropew tal-Lingwi: illum, f’Vilnius, 400 parteċipant se jieħdu sehem f’dibattitu dwar “L-unità fid-diversità — il-lingwi għal mobilità, l-impjiegi u ċittadinanza attiva”. Id-dibattitu se jiffoka fuq l-importanza tal-lingwi għall-prospetti tal-mobilità u l-impjiegi, kif ukoll il-ħtieġa ta' aktar kontenut diġitali multilingwi u appoġġ għal-lingwi inqas mgħallma jew mitkellma. L-avveniment huwa organizzat mill-Istitut tal-Lingwa Litwana, il-Kummissjoni Statali tal-Lingwa Litwana u l-Università ta’ Vilnius. Għada (is-27 ta’ Settembru), il-Kummissjoni se tospita konferenza fi Brussell bit-titlu ‘It-traduzzjoni u l-ilsien omm” b’enfażi speċjali fuq it-Taljan u l-Ispanjol.

Erasmus+, il-programm il-ġdid tal-UE tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ għall-2014-2020, se jipprovdi appoġġ għat-tagħlim tal-lingwi madwar il-linji ta’ azzjoni ewlenin kollha tiegħu. Il-programm il-ġdid, maħsub li jkollu baġit ta’ kważiEUR 15 biljun (+ 40 % meta mqabbel ma’ skemi ta’ mobilità eżistenti tal-UE), se jipprovdi għotjiet lil aktar minn 4 miljun ruħ biex jiksbu esperjenza internazzjonali u ħiliet permezz ta’ opportunitajiet ta' studju, taħriġ jew volontarjat barra minn pajjiżhom. Korsijiet onlajn se jiġu offruti lil studenti, apprendisti u benefiċjarji oħra li jixtiequ jsaħħu l-ħiliet lingwistiċi tagħhom qabel is-safar. Azzjonijiet li jagħtu spinta lill-kooperazzjoni għall-innovazzjoni u prattiki tajbin, kif ukoll appoġġ għar-riforma politika, se jirċievu wkoll finanzjament lingwistiku.

L-aġenziji nazzjonali responsabbli għat-tmexxija ta' Erasmus+ fl-Istati Membri se jkunu mħeġġa jippremjaw proġetti tal-lingwa innovattivi biil-Marka tal-Lingwa Ewropea.

Sfond

Il-Jum Ewropew tal-Lingwi l-ewwel li kien organizzat kien mill-Kunsill tal-Ewropa fl-2001 bħala parti mis-Sena Ewropea tal-Lingwi. Il-Kummissjoni Ewropea u ċ-Ċentru Ewropew tal-Lingwi Moderni jieħdu sehem attiv fl-organizzazzjoni ta’ avvenimenti marbuta mal-lingwi f'dan iż-żmien.

L-għan tal-Jum Ewropew tal-Lingwi hu li jqajjem kuxjenza dwar il-lingwi użati fl-Ewropa, jippromwovi d-diversità kulturali u lingwistika u jħeġġeġ it-tagħlim tal-lingwi tul il-ħajja. Aktar kmieni din is-sena, il-Kunsill tal-Ewropa u l-Kummissjoni ffirmaw ftehim ta’ sħubija li jsaħħaħ il-kooperazzjoni fil-promozzjoni tal-għodod tal-ICT għat-tagħlim u l-ittestjar tal-ħila lingwistika, u l-valutazzjoni tal-kompetenzi fl-ilsna.

Fl-Unjoni Ewropea hemm 24 lingwa uffiċjali, madwar 60 lingwa reġjonali u minoritarja, u aktar minn 175 lingwa tal-migranti. Hemm bejn 6 000 u 7 000 lingwa fid-dinja, li l-parti l-kbira minnhom huma mitkellma fl-Ażja u l-Afrika. Mill-inqas nofs il-popolazzjoni tad-dinja hija bilingwi jew plurilingwi, jiġifieri dawn jitkellmu jew jifhmu żewġ lingwi jew aktar

Kif tgħid 'Niffansjak' f’ 24 lingwa?

Bulgaru - Харесвам те

KroatSviđaš mi se

Ċeka Líbíš se mi

Daniż Jeg kan godt lide dig

Olandiż Ik vind jou leuk

English – I like you

Estonjan Sa meeldid mulle

Finish Tykkään sinusta

Franċiż – Tu me plais

Ġermaniż Ich mag dich

Grieg Μου αρέσεις

Ungeriż Tetszel nekem

Irlandiż Is maith liom thú

Taljan Mi piaci

Latvjan Tu man patīc!

Litwan Tu man patinki

Malti Togħġobni

Pollakk Podobasz mi się

Portugiżi Gosto de ti

Rumen Îmi placi

Slovakka Páčiš sa mi

Slovena Všeč si mi

Spanjol Me gustas

Svediż Jag gillar dig


Svediż Għal aktar tagħrif

MEMO/13/825 Mistoqsijiet frekwenti dwar il-lingwi fl-Ewropa

http://ec.europa.eu/languages/european-language-label/index_mt.htmLingwi għan-negozju u l-impjieg

L-Unità fid-DiversitàSit elettroniku tal-konferenza

Is-servizzi lingwistiċi tal-Kummissjoni Ewropea: Interpretazzjoni u traduzzzjoni

Il-sit ta' Androulla Vassiliou

Segwi lil Androulla Vassiliou fuq Twitter @VassiliouEU

Kuntatti :

Dennis Abbott (+32 2 295 92 58); Twitter: @DennisAbbott

Dina Avraam (+32 2 295 96 67)


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site