Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, it-23 ta' Settembru 2013

Id-dibattitu dwar il-Futur tal-Ewropa: Il-Viċi-President Viviane Reding f'dibattitu maċ-ċittadini f’Ħelsinki

Il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Viviane Reding se tkun Ħelsinki mal-Membri tal-Parlament Ewropew (MPE) Sirpa Pietikäinen għada għal dibattitu dwar il-futur tal-Ewropa ma’ madwar 300 ċittadin. Id-dibattitu se jsir nhar l-24 ta’ Settembru bejn l-10:00 u 12:00 (id-9:00 u l-11:00 CET) f'Vanha ylioppilastalo, Mannerheimintie 3, Helsinki..

L-okkażjoni ta' għada hija t-30 waħda f’sensiela ta’ Djalogi maċ-Ċittadini li l-Kummissarji Ewropej qed ikollhom madwar l-Unjoni Ewropea kollha flimkien ma’ politiċi nazzjonali u lokali u membri tal-Parlament Ewropew. Kull dibattitu idur madwar tliet temi ewlenin: il-kriżi ekonomika, id-drittijiet taċ-ċittadini u l-futur tal-Ewropa.

"Il-Finlandja qiegħda fit-tielet post fl-indiċi tal-kompetittività globali tal-Forum Ekonomiku Dinjiu, u hija l-ewwel Stat Mebru tal-Unjoni Ewropea f'din il-klassifika - l-aħjar prova li x-xogħol bil-għaqal jiġi ppremjat bis-suċċess. Il-Finlandja għaddiet minn kriżi bankarja iebsa fis-snin disgħin, iżda wara riformi strutturali serji u diffiċli, ħarġet b’saħħitha u kompetittiva. Il-Finlandja tista’ tkun mudell Ewropew għal pajjiżi oħra f’diffikultà ekonomika llum. Qed nistenna bil-ħerqa li nisma’ dwar l-esperjenzi taċ-ċittadini Finlandiżi; u l-fehmiet u l-aspettattivi tagħhom dwar il-ġejjieni tal-Unjoni tagħna. Id-Djalogi maċ-Ċittadin tal-UE huma pjattaforma eċċellenti għall-kondiviżjoni ta' esperjenzi bħal dawn madwar l-Ewropa, "qalet il-Viċi President Reding, li hija responsabbli mill--Ġustizzja, id-Drittijiet Fundamentali u ċ-Ċittadinanza.

Wasal iż-żmien li jkollona dibattitu profond fuq liema tip ta’ Unjoni jridu l-Ewropej u l-Finlandiżi. L-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fl-2014 se jagħmlu dan id-dibattitu aktar rilevanti minn qatt qabel. Id-Djalogu taċ-Ċittadini f’Ħelsinki jipprovdi opportunità biex wieħed jikkummenta, jaqsam il-fehmiet u jistaqsi mistoqsijiet lil il-Viċi President Reding u lill-MPE Sirpa Pietikäinen. Ir-rispons se jdakkar viżjoni politika dwar il-futur tal-Ewropa li se tiġi ppreżentat fil-bidu tar-rebbiegħa 2014.

Reġistrazzjoni minn qabel hija meħtieġa: http://kansalaiskeskustelu.eu/. Id-dibattitu se jkun immoderat minn André Noël Chaker, "Speaker of the Year 2012" ta' The Speakers Forum Finland. L-avveniment se jiġi sstrimjat live fuq l-internet bħala webcast. Ċittadini minn madwar l-Ewropa kollha jistgħu jipparteċipaw ukoll permezz ta’ Twitter billi jsegwu hashtag #EUDeb8. Il-mistoqsijiet jistgħu wkoll jintbagħtu lil dan l-indirizz: comm-rep-hel-citizensdialogue@ec.europa.eu

L-avveniment huwa organizzat mir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Ħelsinki. Is-sħab Finlandiżi għas-Sena Ewropea taċ-Ċittadini huma l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Moviment Ewropew. L-Ambaxxatur tas-Sena Ewropea taċ-Ċittadini huwal- Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Kummerċ Barrani Alexander Stubb.

Sfond

Fiex jikkonsistu d-djalogi maċ-ċittadini?

F'Jannar, il-Kummissjoni Ewropea tat bidu lis-Sena Ewropea taċ-Ċittadini (IP/13/2), sena ddedikata liċ-ċittadini u d-drittijiet tagħhom Matul din is-sena u s-sena d-dieħla, il-membri tal-Kummissjoni Ewropea, flimkien ma’ politiċi nazzjonali u lokali u membri tal-Parlament Ewropew se torganizza dibattiti maċ-ċittadini Ewropej dwar l-aspettattivi tagħhom għall-ġejjieni fi Djalogi maċ-Ċittadini madwar l-UE kollha.

Il-Viċi President Reding ġa kellha dibattiti f'Berlin, Dublin, Salonika, Brussell, Esch, Varsavja, Heidelberg, Sofija, Namur and Trieste. Matul l-2013 u fl-ewwel ftit xhur tal-2014 se jsiru ħafna aktar Djalogi fl-Unjoni Ewropea - li se jaraw lill-politiċi Ewropej, nazzjonali u lokali involuti f’dibattiti maċ-ċittadini minn kull qasam tal-ħajja. Tista’ ssegwi d-Djalogi kollha hawnhekk: http://ec.europa.eu/debate-future-europe.

Il-kisbiet f’dawn l-aħħar għoxrin sena, minn meta ddaħħlet iċ-Ċittadinanza tal-UE, kienu ħafna: l-aħħar stħarriġ tal-UE juri li llum 62% taċ-ċittadini jħossuhom "Ewropej". Fil-Finlandja, din iċ-ċifra hija ta’ 73 %. Kuljum, fl-UE ċ-ċittadini qegħdin jużaw id-drittijiet tagħhom. Imma n-nies mhumiex dejjem konxji minn dawn id-drittijiet. Pereżempju, madwar nofs il-Finlandiżi (49 %) jgħidu li jixtiequ jkunu jafu aktar dwar id-drittijiet tagħhom bħala ċittadini tal-UE.

Din hija r-raġuni għaliex il-Kummissjoni għamlet l-2013 is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini. Din is-sena tpoġġew fiċ-ċentru d-Djalogi taċ-Ċittadini.

Għaliex il-Kummissjoni qiegħda tagħmel dan proprju issa?

Għaliex l-Ewropa tinsab f'salib it-toroq. Il-futur tal-Ewropa huwa fuq fomm kulħadd – b’ħafna li qed jitkellmu dwar mixja lejn unjoni politika ta' Federazzjoni ta’ Stati Nazzjon jew Stati Uniti tal-Ewropa. Ix-xhur u s-snin li ġejjin se jkunu deċiżivi għall-futur tal-Unjoni Ewropea. Aktar integrazzjoni Ewropea trid timxi id f'id mat-tisħiħ tal-leġittimità demokratika tal-Unjoni. Li ċ-ċittadini jingħataw vuċi diretta f’dan id-dibattitu huwa għalhekk iktar importanti minn qatt qabel.

X'se jkun ir-riżultat tad-Djalogi?

Ir-rispons mingħand iċ-ċittadini matul id-djalogi għandu jgħin biex jiggwida lill-Kummissjoni waqt li tfassal pjanijiet għal riforma futura tal-UE. Wieħed mill-iskopijiet ewlenin tad-Djalogi se jkun ukoll li titwitta t-triq għall-elezzjonijiet Ewropej tal-2014.

Fit-8 ta' Mejju 2013 il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat it-tieniRapportdwar iċ-Ċittadinanzali jipproponi 12-il miżura konkreta ġodda biex jissolvew il-problemi li għad għandhom iċ-ċittadini (IP/13/410 u MEMO/13/409). Ir-Rapport dwar iċ-Ċittadinanza huwa t-tweġiba tal-Kummissjoni għal konsultazzjoni ewlenija online li nżammet f'Mejju2012 (IP/12/461) u l-mistoqsijiet u s-suġġerimenti li saru fid-Djalogi maċ-Ċittadini dwar id-drittjiet taċ-ċittadini tal-UE u l-ġejjieni tagħhom.

Għal aktar tagħrif:

Aktar informazzjoni dwar id-Djalogu ta’ Ħelsinki:

http://ec.europa.eu/debate-future-europe/citizens-dialogues/finland/helsinki/index_en.htm

Dibattiti maċ-ċittadini dwar il-Futur tal-Ewropa:

http://ec.europa.eu/debate-future-europe

Is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini:

http://europa.eu/citizens-2013/mt/home

L-Ewropej jgħidu tagħhom: Ir-riżultati tad-djalogi dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE:

http://ec.europa.eu/justice/citizen/files/eu-citizen-brochure_en.pdf (EN)

Il-paġna ewlenija tal-Viċi President Viviane Reding, Kummissarju tal-UE għall-Ġustizzja:

http://ec.europa.eu/reding (EN, FR, DE)

Segwi lill-Viċi President fuq Twitter: @VivianeRedingEU

ANNESS

1. Tlieta minn kull erba’ Finlandiżi jħossuhom ċittadini tal-UE, nofshom jgħidu li jixtiequ jsiru jafu aktar dwar id-drittijiet tagħhom.

Sors: Ewrobarometru Standard 79 — ta’ Mejju 2013

2. Għall-Finlandiżi, il-paċi fl-Ewropa u l-libertà tal-moviment huma l-kisbiet ewlenin tal-UE.

Sors: Ewrobarometru Standard 79 — ta’ Mejju 2013

Kuntatti :

Mina Andreeva (+32 2 299 13 82)

Natasha Bertaud (+32 2 296 74 56)


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website