
Il-Kummissjoni Ewropea
Stqarrija għall-istampa
Brussell, l-1 ta' Frar 2013
‘Il-Immigranti fl-Ewropa’: Il-Kummissjoni tniedi kompetizzjoni multimedjali madwar l-Ewropa kollha
X’inhu r-rwol u l-post tal-immigranti fl-Ewropa? Il-Kummissjoni qed tistieden studenti minn skejjel tal-arti, tal-grafika u tal-komunikazzjoni mis-27 Stat Membri kollha u mill-Kroazja biex jirriflettu dwar il-kontribut tal-immigranti għas-soċjetajiet fl-Ewropa.
Il-kompetizzjoni li se ssir madwar l-UE kollha tisfida lill-istudenti jipproduċu xogħol artistiku li jesprimi l-opinjoni tagħhom dwar il-kwistjoni u li juri l-parti li l-immigranti jkollhom f’ħajjitna. Bil-għan li jiġi stimulat dibattitu kostruttiv filwaqt li ssir riflessjoni dwar is-sitwazzjoni tal-immigranti fl-Ewropa, il-Kummissjoni tagħti lit-talent Ewropew li tiela’ l-opportunità biex jesponi l-perspettiva tiegħu.
Il-kompetizzjoni hija miftuha għall-istudenti kollha li għandhom ‘il fuq minn 18-il sena u li jkunu rreġistrati f’istituzzjoni ta’ edukazzjoni ogħla fl-arti/il-grafika/il-komunikazzjoni li tkun ibbażata fi kwalunkwe pajjiż tal-UE u l-Kroazja. L-iskejjel għandhom jippreżentaw ix-xogħlijiet tagħhpm qabel il-21 ta’ Ġunju 2013 f’dawn il-kategoriji li ġejjin: Poster, Fotografija u Video.
Kull skola tista’ tippreżenta xogħol wieħed jew aktar f’kategorija waħda jew aktar. Dawn se jiġu ġġudikati fil-livell nazzjonali u dawk li jintgħażlu (sa 10 għal kull pajjiż) jgħaddu għand ġurija Ewropea li tagħżel it-30 finalisti u tiddeċiedi dwar ir-rebbieħa Ewropej għal kull kategorija. Il-ġurija se tkun magħmula minn professjonisti fil-komunikazzjoni, l-arti u l-midja kif ukoll individwi minn komunitajiet ta’ immigranti.
It-30 finalisa Ewropej se jiġu mistiedna għal ċerimonja tal-għoti tal-premijiet fi Brussell bil-parteċipazzjoni mistennija ta’ Cecilia Malmström, il-Kummissarju Ewropew għall-Affarijiet Interni. Se jingħata premju speċjali wkoll abbażi tar-riżultati ta’ votazzjoni pubblika, li se ssir permezz tal-websajt indikat hawn taħt.
L-iskejjel li l-istudenti tagħhom jirbħu l-ewwel premjijiet fit-tliet kategoriji u l-ewwel premju bil-vot tal-pubbliku se jirċievu għotja ta’ EUR 10 000 kull waħda, biex jintuża għal skopijiet edukattivi.
It-termini u l-kundizzjonijiet kollha tal-kompetizzjoni jinsabu fuq il-websajt:
L-isfond
Fl-2011, sena li fiha l-popolazzjoni tad-dinja qabżet is-seba’ biljuni, kien hemm 20.2 miljun ċittadin ta’ pajjiżi terzi jgħixu fl-UE1. Dan hu madwar 4% tal-popolazzjoni totali tal-UE (502.5 miljun) u 9.4% tal-214 miljun immigrant stmat li hemm madwar id-dinja. Bħala paragun, il-Kanada għandha madwar 3.4% tat-total tad-dinja (7.2 miljun li jirrappreżentaw 21.3% tal-popolazzjoni nazzjonali tagħha), filwaqt li l-Istati Uniti għandha madwar 20% tat-total tad-dinja (42.8 miljun li jirrappreżentaw 13.5%) tal-popolazzjoni nazzjonali tagħhom.
Links Utli
Cecilia Malmström's website
• Segwi lill-Kummissarju Malmström fuq Twitter
Id-DĠ Affarijiet Interni website
• Segwi d-DĠ Affarijiet Interni Twitter
il-kompetizzjoni ‘L-immigranti fl-Ewropa’ website
Contacts : Michele Cercone (+32 2 298 09 63) Tove Ernst (+32 2 298 67 64) |
Iċ-ċifri dwar is-sitwazzjoni tal-mifrazzjoni fl-UE huma disponibbli fuq is-sit tal-Kummissjoni Third Annual Report on Immigration and Asylum