Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Futur tal-Ewropa: Il-Viċi-President Viviane Reding għandha tiddiskuti maċ-ċittadini Taljani, Kroati, Sloveni u Awstrijaċi fi Trieste

European Commission - IP/13/833   13/09/2013

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO HR

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, il-15 ta' Settembru 2013

Il-Futur tal-Ewropa: Il-Viċi-President Viviane Reding għandha tiddiskuti maċ-ċittadini Taljani, Kroati, Sloveni u Awstrijaċi fi Trieste

“Il-fatt li s-Sloveni, il-Kroati u l-Awstrijaċi qed jiddikutu dwar il-futur tal-Ewropa flimkien mat-Taljani hu xhieda tas-setgħa tal-Unjoni Ewropea tagħna f’li tkisser il-fruntieri,” qalet il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Viviane Reding. Dan kien waqt id-diskors tagħha ma' aktar minn 500 ċittadin u mal-Ministru Taljan għall-Affarijiet Ewropej Enzo Moavero Milanesi qabel id-Djalogu taċ-Ċittadini li se jsir fi Trieste (l-Italja) fis-16 ta’ Settembru.

L-okkażjoni ta' nhar it-Tnejn hija d-29 waħda f’sensiela ta’ Djalogi maċ-Ċittadini li l-Kummissarji Ewropej qed jorganizzaw madwar l-Unjoni Ewropea kollha flimkien ma’ politiċi nazzjonali u lokali u membri tal-Parlament Ewropew. Kull dibattitu huwa ċċentrat madwar tliet temi: Kif l-Ewropa tista' toħroġ mill-kriżi ekonomika, id-drittijiet taċ-ċittadini u l-ġejjieni tal-Ewropa.

Dan id-Djalogu taċ-Ċittadini fiż-żona tal-fruntieri fi Trieste, li jlaqqa' nies minn erba’ pajjiżi ġirien differenti, huwa eżempju eċċellenti ta' xi tfisser verament Ewropa mingħajr fruntieri,” qalet il-Viċi President Reding. “Ma għandna qatt ninsew li d-dritt tal-moviment liberu ta' kull ċittadin Ewropew huwa xi ħaġa prezzjuża li għandha tiġi ppreżervata u mħarsa. Mhuwiex xi ħaġa li tista' tiġi nnegozjata. Il-proposti populisti allarmanti dwar it-turiżmu soċjali ma għandhomx post fl-Ewropa. Għandna nibqgħu leali lejn il-prinċipji li jiffurmaw is-sisien tal-Unjoni Ewropea, u l-moviment liberu jmur direttament lejn il-qalba ta’ x’inhi l-UE u x'tirrappreżenta. Nistenna bil-ħerqa li nisma’ dwar xi tfisser l-Ewropa għat-Taljani, l-Awstrijaċi, il-Kroati u s-Sloveni li se jiltaqgħu kollha flimkien fi Trieste.”

Dan id-Djalogu taċ-Ċittadini fi Trieste huwa l-ewwel avveniment ta' dan it-tip li jinvolvi pubbliku multinazzjonali Ewropew. Huwa wkoll il-qofol ta’ sensiela ta’ Djalogi li seħħew fl-Italja matul dawn l-aħħar għaxar xhur: Saru sitt Djalogi madwar il-pajjiż, li bdew f’Novembru 2012 u li se jwasslu għall-fażi finali fi Trieste.

Id-dibattitu se jsir nhar it-Tnejn 16 ta’ Settembru bejn is-14:30 u l-16:30 fil-Palazzo dei Congressi, Stazione Marittima, fi Trieste. Se jitmexxa mis-Sur Federico Taddia – ġurnalista Taljan minn Radju 24 magħruf għall-programm tiegħu ta' kull ġimgħa dwar l-Ewropa “l’altra Europa” (“L-Ewropa l-oħra”).

L-avveniment jista' jissegwa live permezz tal- webstreaming. Iċ-ċittadini mill-Ewropa kollha jistgħu jipparteċipaw ukoll permezz ta' Facebook jew Twitter billi jużaw il-hash tag #EUDeb8.

Sfond

X'inhuma dawn id-Djalogi taċ-Ċittadini?

F'Jannar, il-Kummissjoni Ewropea nediet is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini (IP/13/2), sena ddedikata liċ-ċittadini u lid-drittijiet tagħhom. Matul din is-sena u s-sena d-dieħla, il-membri tal-Kummissjoni Ewropea, flimkien ma’ politiċi nazzjonali u lokali u membri tal-Parlament Ewropew qed jorganizzaw dibattiti maċ-ċittadini dwar l-aspettattivi tagħhom għall-ġejjieni fi Djalogi maċ-Ċittadini madwar l-UE kollha.

Il-Viċi-President Reding diġà kellha dibattiti f'Cádiz (fi Spanja), fi Graz (fl-Awstrija), f'Berlin (fil-Ġermanja), f' Dublin (fl-Irlanda), f'Coimbra (fil-Portugall), f'Thessaloniki (fil-Greċja), fi Brussell (fil-Belġju) u f'Esch-sur-Alzette (fil-Lussemburgu), f'Warsaw (fil-Polonja), Heidelberg (fil-Ġermanja), Sofia (fil-Bulgaria) u f'Namur (il-Belġju). Għandhom isiru ħafna aktar Djalogi madwar l-Unjoni Ewropea matul l-2013 u fl-ewwel ftit xhur tal-2014 - li se jaraw lill-politiċi Ewropej, nazzjonali u lokali jinvolvu rwieħhom f’dibattitu maċ-ċittadini minn kull qasam tal-ħajja. Tista’ ssegwi d-Djalogi kollha hawnhekk: http://ec.europa.eu/debate-future-europe

Inkisbu ħafna affarijiet minn mindu ddaħħlet iċ-Ċittadinanza tal-UE għoxrin sena ilu: l-aktar stħarriġ riċenti tal-UE juri li llum 62% miċ-ċittadini jħossuhom "Ewropej". Madwar l-UE, iċ-ċittadini qegħdin jużaw id-drittijiet tagħhom kuljum. Iżda l-poplu mhuwiex dejjem konxju minn dawn id-drittijiet. Pereżempju, madwar sebgħa minn kull għaxar Taljani (65 %) jgħidu li mhumiex infurmati tajjeb dwar id-drittijiet tagħhom bħala ċittadini tal-UE.

Din hija r-raġuni għalfejn il-Kummissjoni għamlet l-2013 is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini. Id-Djalogi taċ-Ċittadini jinsabu fil-qalba ta’ din is-sena.

Għalfejn il-Kummissjoni qiegħda tagħmel dan proprju issa?

Għaliex l-Ewropa tinsab f'salib it-toroq. Ix-xhur u s-snin li ġejjin se jkunu deċiżivi għall-ġejjieni tal-Unjoni Ewropea, b’ħafna li se jkunu qed jitkellmu dwar il-mixja lejn unjoni politika, Federazzjoni ta’ Stati Nazzjon jew Stati Uniti tal-Ewropa. Aktar integrazzjoni tal-Ewropa għandha timxi id f'id mat-tisħiħ tal-leġittimità demokratika tal-UE. L-għoti liċ-ċittadini ta' vuċi diretta f’dan id-dibattitu huwa għalhekk iktar importanti minn qatt qabel.

X'se jkun ir-riżultat tad-Djalogi?

Ir-rispons mingħand iċ-ċittadini matul id-Djalogi għandu jgħin biex jiggwida lill-Kummissjoni waqt li tfassal Komunikazzjoni dwar il-ġejjieni tal-Ewropa. Wieħed mill-għanijiet ewlenin tad-Djalogi se jkun ukoll li titwitta t-triq għall-elezzjonijiet Ewropej tal-2014.

Fit-8 ta' Mejju 2013 il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat it-tieni Rapport dwariċ-ċittadinanza, li jippreżenta 12-il miżura ġdida biex isolvu l-problemi li ċ-ċittadini għadhom qed jaffaċċjaw (IP/13/410 u MEMO/13/409). Ir-Rapport dwar iċ-Ċittadini huwa t-tweġiba tal-Kummissjoni għal konsultazzjoni ewlenija permezz tal-internet li ilha għaddejja minn Mejju tal-2012 (IP/12/461) u l-mistoqsijiet u s-suġġerimenti li saru fid-Djalogi taċ-Ċittadni dwar id-drittijiet taċ-Ċittadini tal-UE u l-ġejjieni tagħhom.

Għal aktar tagħrif:

Aktar informazzjoni dwar id-Djalogu ta’ Trieste:

http://ec.europa.eu/debate-future-europe/citizens-dialogues/italy/trieste/index_en.htm

Dibattiti maċ-ċittadini dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa:

http://ec.europa.eu/debate-future-europe

Is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini

http://europa.eu/citizens-2013

L-Ewropej jgħidu tagħhom: Riżultati tal-konsultazzjoni dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE:

http://ec.europa.eu/justice/citizen/files/eu-citizen-brochure_en.pdf

Il-paġna ewlenija tal-Viċi President Viviane Reding, Kummissarju tal-UE għall-Ġustizzja:

http://ec.europa.eu/reding

Segwi lill-Viċi President fuq Twitter: @VivianeRedingEU

Biex tikkontribwixxi għad-dibattitu fuq Facebook:

http://www.facebook.com/Europainitalia u fuq Twitter: @Europainitalia and #EUdeb8

ANNESS

1. It-Taljani jgħidu li l-UE qiegħda fl-aħjar pożizzjoni biex tieħu azzjoni effettiva kontra l-kriżi

Sors: Ewrobarometru Standard 79 - Mejju 2013

2. Ħamsa minn għaxar Taljani jħossuhom ċittadini tal-UE, tlieta minn kull għaxra jafu dan xi jfisser

Figures and graphics available in PDF and WORD PROCESSED

Sors: Ewrobarometru Standard 79 - Mejju 2013

3. It-Taljani jaraw il-moviment liberu tal-persjuni, tal-prodotti u s-servizzi bħala l-aktar riżultat pożittiv tal-UE, segwit mill-paċi fost l-Istati Membri

Sors: Ewrobarometru Standard 79 - Mejju 2013

Kuntatti :

Mina Andreeva (+32 2 299 13 82)

Natasha Bertaud (+32 2 296 74 56)


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website