Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrijia għall-istampa

Brussell, it-13 ta' Settembru 2013

Il-Kummissjoni tniedi indikatur ġdid tal-innovazzjoni

L-Iżvezja, il-Ġermanja, l-Irlanda u l-Lussemburgu huma l-Istati Membri tal-UE li qed igawdu l-aktar mill-innovazzjoni, skont indikatur ġdid propost mill-Kummissjoni Ewropea. L-“Indikatur tar-Riżultat tal-Innovazzjoni” jkejjel safejn ideat minn setturi innovattivi kapaċi jippenetraw is-suq biex jipprovdu impjiegi aħjar u jagħmlu l-Ewropa aktar kompetittiva. L-indikatur ġie żviluppat fuq talba tal-mexxejja tal-UE biex ikejlu l-politiki nazzjonali tal-innovazzjoni tagħhom fuq parametru referenzjarju, u juri li baqa’ differenzi sinifikanti bejn il-pajjiżi tal-UE. L-UE kollha kemm hi sejra tajjeb meta mqabbla mal-bqija tad-dinja, minkejja li tibqa’ wara xi wħud mill-aktar ekonomiji innovattivi fid-dinja kollha (MEMO/13/782).

Máire Geoghegan-Quinn, il-Kummissarju responsabbli għar-Riċerka, l-Innovazzjoni u x-Xjenza, qalet: “L-Unjoni Ewropea trid tibdel aktar ideat kbar fi prodotti u servizzi ta' suċċess sabiex tmur fuq quddiem fl-ekonomija globali. Irridu wkoll nagħlqu l-'qasma tal-innovazzjoni' inkwetanti. L-indikatur propost se jgħinna nkejlu kif sejrin u jgħinna nindikaw oqsma fejn il-pajjiżi jeħtieġu jieħdu azzjoni."

L-indikatur il-ġdid propost juri firxa wiesgħa ta’ riżultati ta' innovazzjoni fl-Istati Membri tal-UE (il-medja tal-UE ġiet iffissata għal 100 fl-2010):

L-aqwa atturi fl-UE jafu l-pożizzjoni tagħhom fuq quddiem lil prestazzjoni tajba f'wieħed jew diversi mill-fatturi li ġejjin: ekonomija b'sehem kbir ta' setturi ta' għarfien intensiv, ditti innovattivi li qed jikbru malajr, livell għoli ta' privattivi u esportazzjonijiet kompetittivi.

In-novità tal-indikatur propost hija li jiffoka fuq ir-riżultat tal-innovazzjoni. Għaldaqstant, dan jikkumplimenta t-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Unjoni tal-Innovazzjoni (IUS) u s-Sommarju tal-Indiċi ta' Innovazzjoni (SII) tal-Kummissjoni (IP/13/270). Dawn jivvalutaw il-prestastazzjoni tal-innovazzjoni tal-Istati Membri u l-UE b’mod aktar wiesa’, bi tqabbil ma' sett wiesa’ ta’ 24 indikatur tal-innovazzjoni inklużi inputs, throughputs u riżultati.

Ir-riżultat tal-innovazzjoni huwa estensiv u jvarja minn settur għal ieħor. L-indikatur propost huwa bbażat fuq erba’ komponenti magħżula għar-rilevanza politika tagħhom.

  • L-innovazzjoni teknoloġika kif imkejla mill-privattivi.

  • L-impjiegi f’attivitajiet ibbażati fuq għarfien intensiv bħala perċentwali tal-impjiegi kollha.

  • Il-kompetittività ta’ oġġetti u servizzi b'għarfien intensiv. Dan huwa bbażat fuq il-kontribuzzjoni tal-bilanċ kummerċjali ta’ prodotti ta’ teknoloġija għolja u medja lill-bilanċ kummerċjali totali, u servizzi b’għarfien intensiv bħala sehem mill-esportazzjonijiet totali tas-servizzi.

  • L-impjiegi f’ditti li qed jikbru b’rata mgħaġġla f'setturi innovattivi.

Tqabbil ma’ xi pajjiżi li mhumiex fl-UE juri li l-UE b'mod sħiħ sejra tajjeb. L-Iżvizzera u l-Ġappun huma biċ-ċar fuq quddiem f'dik li hi prestazzjoni, iżda l-UE hija ftit jew wisq indaqs mal-Istati Uniti f'dik li huma r-rilżultati tal-innovazzjoni.

Sfond

L-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv hija sostnuta minn ħames indikaturi ewlenin. Wieħed minn dawn huwa biex jittejbu l-kundizzjonijiet għar-Riċerka u l-Iżvilupp (R&D), bl-għan li jgħollu l-livelli ta’ investimenti totali pubbliċi u privati għall-R&D għal 3 % tal-PGD. Biex jiġi kkumplimentat l-indikatur tal-intensità tal-R&D, il-Kunsill Ewropew ta mandat lill-Kummissjoni biex tiżviluppa indikatur uniku tal-innovazzjoni.

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Il-kejl tar-riżultat ta' innovazzjoni fl-Ewropa: lejn indikatur ġdid"

It-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Unjoni tal-Innovazzjoni: http://ec.europa.eu/enterprise/policies/innovation/facts-figures-analysis/innovation-scoreboard/

L-Unjoni tal-Innovazzjoni www.ec.europa.eu/innovation-union

Ewropa 2020 www.ec.europa.eu/europe2020

Kuntatti:

Michael Jennings (+32 2 296 33 88) Twitter: @ECSpokesScience

Inma Martinez Garcia (+32 2 298 73 03)


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site