Navigation path

Left navigation

Additional tools

Differenza ta' 774% fil-prezzijiet tat-telefonati bejn il-pajjiżi tal-UE

European Commission - IP/13/767   06/08/2013

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO HR

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija tal-Istampa

Brussell, is-6 ta' Awwissu 2013

Differenza ta' 774% fil-prezzijiet tat-telefonati bejn il-pajjiżi tal-UE

Dawk li jużaw il-mowbajl fl-UE qed jiffaċċjaw differenzi kbar fil-prezzijiet għall-istess servizzi. L-ikbar differenza fil-prezzijiet tinsab fis-sejħiet domestiċi bil-mowbajldifferenza ta' 774% bejn il-Litwanja, l-iktar pajjiż irħis, u l-Pajjiżi l-Baxxi, l-iktar għali. Dawn id-differenzi fil-prezzijiet ma jistgħux jiġu spjegati bid-differenzi fil-kwalità, bid-differenzi fil-prezz biex jiġi pprovdut is-servizz, jew bid-differenzi bejn il-pajjiżi fil-kapaċità tal-akkwist tal-konsumatur.

Il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Neelie Kroes qalet: "Kif juru biċ-ċar dawn in-numri, it-28 suq nazzjonali tat-telekom fl-Ewropa llum mhumiex qed iwasslu biex il-konsumaturi jibbenefikaw mill-kunċett ta' suq uniku. Huwa kruċjali għall-UE kollha li tgħaġġel biex tibni suq uniku reali biex nkunu nistgħu niksbu kontinent verament konness."

Il-prezz medju fil-minuta (f'€ ċenteżmi fil-komunikazzjoniijiet bil-mowbajl

Hemm differenzjali ħafna iżgħar f'kategoriji oħra ta' oġġetti u servizzi bażiċi fis-suq uniku Ewropew. Pereżempju, litru ħalib jista' jinxtara bejn €0.69 u €0.99 ikun fejn ikun fl-UE, b'differenza fil-prezz ta' 43%. Oġġett bħal iPad li tixtri darba kultant huwa suġġett għal differenza ta' 11% biss bejn pajjiż u ieħor tal-UE.

L-UE hija suq uniku. Għalfejn mela hemm tant differenza fil-prezzijiet?

Eżempju ta' prezzijiet ta' sejħiet bil-mowbajl għal operaturi differenti (kull minuta)

F'Settembru, il-Viċi President Neelie Kroes se tippreżenta pakkett ġdid immmirat li jsaħħaħ is-suq uniku tat-telekom.

Links utli

Digital Agenda

Neelie Kroes: Segwi lil Neelie fuq Twitter

Kuntatti

Email: comm-kroes@ec.europa.eu Tel: +32.229.57361 Twitter: @RyanHeathEU


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website