Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni tappella għal projbizzjoni fl-UE kollha tal-'4-MA', droga li tixbaħ l-amfetamina

Commission Européenne - IP/13/75   31/01/2013

Autres langues disponibles: FR EN DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, 31 ta' Jannar 2013

Il-Kummissjoni tappella għal projbizzjoni fl-UE kollha tal-'4-MA', droga li tixbaħ l-amfetamina

Il-Kummissjoni Ewropea llum ipproponiet projbizzjoni mal-UE kollha tal-'4-MA', sustanza sintetika b’effetti fiżiċi simili għal amfetamini. Il-Kummissjoni talbet lill-Istati Membri tal-UE biex jipprevjenu li din droga tinxtered liberament madwar l-Ewropa billi jrażżnuha b'miżuri ta' kontroll. il-metilamfetamina – jew 4-MA – diġà hija illegali f'10 pajjiżi tal-UE (l-Awstrija, Ċipru, id-Danimarka, Franza, il-Ġermanja, l-Ungerija, l-Irlanda, il-Litwanja, il-Pajjiżi l-Baxxi u r-Renju Unit). Fl-2010-2012 biss ġiet assoċjata ma' 21 mewta f'erba' pajjiżi tal-UE.

Il-4-MA tiġi prodotta u pprovduta minn gruppi kriminali u huwa magħruf li toqtol, "qalet il-Viċi President Viviane Reding, il-Kummissarju tal-UE għall-Ġustizzja. "Instabet fi 15-il pajjiż tal-UE u diġà hija pprojbita f'10. Azzjoni madwar l-UE kollha tgħin biex titwaqqaf milli tinxtered u tagħmel ħsara lil żgħażagħ madwar l-Ewropa kollha."

S'issa ġew irrappurtati mill-inqas 21 fatalità f'erba' Stati Membri (il-Belġju, id-Danimarka, il-Pajjiżi l-Baxxi u r-Renju Unit) fejn il-4-MA instabet f'kampjuni post mortem, waħidha jew f'taħlita ma' sustanzi oħra, speċjalment amfetamini.

Il-proposta tal-Kummissjoni tal-lum tipprojbixxi l-manifattura u l-kummerċjalizzazzjoni tal-4-MA u tagħmilha soġġetta għal sanzjonijiet kriminali madwar l-Ewropa kollha. Il-gvernijiet tal-UE issa jridu jiddeċiedu dwar jekk idaħħlux dawn il-miżuri fis-seħħ, b'votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata fil-Kunsill.

Sfond

Il-4-MA hija stimulant sintetiku, li l-effetti tagħha huma komparabbli għal dawk tal-amfetamini. Tiġi prodotta l-aktar f'forma ta' trab jew pejst, iżda tfaċċat ukoll f'forma ta' pillola u likwida, ta' spiss f'taħlitiet li jkun fihom l-amfetamina u l-kafeina. Il-$-MA normalment tinbigħ bħala amfetamina u għalhekk ħafna mill-utenti ma jkunux jafu li qed jikkunsmaw din is-sustanza.

Valutazzjoni xjentifika tar-riskji mwettqa miċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ tad-Drogi u l-Vizzju tad-Droga (European Monitoring Centre on Drugs and Drug Addiction - EMCDDA) ibbażat f’Lisbona, wera li l-4-MA jista' jkollha effetti ħżiena serji, bħal ipertermija, ipertensjoni, anorexja, dardir, uġiegħ ta' ras, insonnja, paranoia, ansjetà u dipressjoni. L-4-MA ma għandha l-ebda valur mediku stabbilit jew skop leġittimu ieħor magħruf. Hija sustanza kkontrollata f'10 pajjiżi tal-UE: L-Awstrija, Ċipru, id-Danimarka, Franza, il-Ġermanja, l-Ungerija, l-Irlanda, il-Litwanja, il-Pajjiżi l-Baxxi u r-Renju Unit.

Il-proposta tal-Kummissjoni ssegwi proċedura għall-valutazzjoni tar-riskji u l-kontroll ta' sustanzi psikoattivi ġodda stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/387/ĠAI. Il-Kunsill talab għal din il-valutazzjoni tar-riskji fl-24 ta’ Settembru 2012.

Fl-2010 l-Kummissjoni kienet proponiet u kisbet projbizzjoni mal-UE kollha tad-droga li tixbaħ l-estasi, il-mefedron (ara MEMO/10/646). Fil-25 ta' Ottubru 2011, il-Kummissjoni Ewropea ħabbret reviżjoni sħiħa tar-regoli tal-UE biex tiġġieled id-drogi illegali, partikolarment sustanzi psikoattivi ġodda, li jimitaw l-effetti ta' drogi perikolużi bħall-estasi jew il-kokaina u huma problema li qed tikber (IP/11/1236). Matul l-2013 hija mistennija proposta leġiżlattiva.

L-UE identifikat għadd rekord ta' 73 tali sustanza fl-2012, żieda minn 24 fl-2009. Dawn id-drogi qed ikunu dejjem aktar disponibbli fuq l-internet u nfirxu malajr f’ħafna Stati Membri, li qed ikollhom diffikultà biex jimpedixxu l-bejgħ tagħhom.

Skont stħarriġ tal-Ewrobarometru fl-2011, sostanzi ġodda li jimitaw l-effetti ta' drogi illegali qed isiru dejjem iktar popolari b’5% taż-żgħażagħ Ewropej jammettu li użawhom. Iċ-ċifri huma l-ogħla fl-Irlanda (16%), segwiti mill-Polonja (9%), il-Latvja (9%), ir-Renju Unit (8%) u l-Lussemburgu (7%). L-Ewrobarometru jiżvela li madwar is-27 Stat Membru, maġġoranza kbira ta’ dawk bejn il-15 u l-24 sena huma favur il-projbizzjoni ta’ dawn is-sostanzi.

Għal aktar tagħrif

Il-Kummissjoni Ewropea - Politika dwar il-kontroll tad-drogi:

http://ec.europa.eu/justice/anti-drugs/index_mt.htm

Il-paġna ewlenija tal-Viċi President u Kummissarju tal-UE għall-Ġustizzja, Viviane Reding, fuq l-internet: http://ec.europa.eu/reding

Segwi lill-Viċi President fuq Twitter: @VivianeRedingEU

Kuntatti:

Mina Andreeva (+32 2 299 13 82)

Natasha Bertaud (+32 2 296 74 56)


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site