Navigation path

Left navigation

Additional tools

Kontinent konness? Tliet kwarti m'għandhom l-ebda aċċess 4G!

European Commission - IP/13/742   25/07/2013

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO HR

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-Istampa

Brussell, il-25 ta' Lulju 2013

Kontinent konness? Tliet kwarti m'għandhom l-ebda aċċess 4G!

Hekk kif it-turisti Ewropej jerħulha lejn ix-xtajtiet u l-muntanji għall-vaganzi tas-sajf, l-aħħar ċifri juru li kważi ħadd minnhom mhu se jkollu aċċess 4G malli jasal. Tlieta minn kull erba’ persuni li jgħixu fl-UE ma jistgħux jaċċessaw il-konnessjonijiet tal-mowbajl 4G/LTE f'belthom, u prattikament l-ebda żona rurali ma għandha l-4G. Fl-Istati Uniti aktar minn 90 % għandhom aċċess 4G.

Fi kliem il-Viċi President Neelie Kroes, "Jien inżomm maċ-ċittadini, dawk li jħallsu t-taxxi, il-votanti, li sempliċiment iridu li l-mowbajls u t-tablets tagħhom jaħdmu. Hija ħaġa frustranti meta l-mowbajl tiegħi jieqaf jaħdem fi Brussell minħabba li għandna biss 3G. Miljuni ta' nies jgħaddu minn din l-istess frustrazzjoni kuljum."

Kont taf li...

  1. Tliet Stati Membri tal-UE għad ma għandhomx is-servizz 4G?

  2. Il-Ġermanja, l-Estonja u l-Isvezja biss għandhom servizz disponibbli avvanzat tal-4G?

  3. Ma hemm prattikament l-ebda kopertura bil-4G fiż-żoni rurali madwar l-UE?

  4. L-Ewropa qajla għandha 5% tal-konnessjonijiet u l-abbonamenti 4G globali?

"Dan mhux il-mod kif titmexxa l-ekonomija. Ifisser ukoll li l-Ewropej li jgħixu fiż-żoni rurali jew li jkunu qed jieħdu vaganza jiġu trattati qishom ċittadini tat-tieni klassi," kompliet tgħid il-Viċi President Kroes.

Ma għandux ikollu x'jaqsam fejn tkun qiegħed, meta tħallas flusek għal apparat u abbonament tal-mowbajl dan għandu jaħdem,” saħqet Kroes.

Il-problema sejra għall-agħar

Neelie Kroes qalet li "L-UE tinsab f'xifer il-kollass tan-netwerk. It-traffiku globali tal-mowbajls huwa mbassar li se jikber b'66 % fis-sena, l-apparati intelliġent jinsabu kullimkien u n-nies iridu jaraw il-filmati fuq dawk l-apparati. Jekk aktar spettru ma jsirx disponibbli, jisfaxxa kollox.

Tagħtix tort lill-UE

Billi kienet taf li d-domanda għad-dejta żdiedet bil-qawwa, l-UE għamlet ammonti kbar ta' spettru disponibbli biex tissodisfa l-ħtiġijiet tal-broadband bla wajer b'veloċità qawwija (ara IP/12/929). Madankollu, attwalment l-ispettru hu allokat fil-livell nazzjonali. Il-problemi fil-livell nazzjonali ħolqu dewmien proċedurali u fil-liċenzjar, filwaqt li l-proċessi tal-irkant wasslu biex l-operaturi tal-mowbajls sfaw bi ftit flus f'idejhom biex jagħmlu n-netwerks disponibbli meta żguraw il-jedd li jagħmlu dan. Meta wieħed jikkombina dan mal-frammentazzjoni ta' 28 suq nazzjonali, isib li l-operaturi tal-mowbajls m'għandhomx possibbiltà reali il jiżviluppaw strateġija tal-mowbajl madwar l-UE kollha.

Il-konsegwenza hija li l-utenti jbatu u l-UE għadha lura fit-tellieqa globali tal-4G.

Problemi ta' flus

Il-prezzijiet li jitħallsu mill-kumpaniji jistgħu jvarjaw sa 50 darba ogħla f’pajjiż tal-UE meta mqabbel ma’ ieħor. Dan mhuwiex sinjal ta’ suq b’saħħtu. Bħala medja, id-drittijiet tal-ispettru huma kważi erba' darbiet ogħla milli fl-Istati Uniti.

Meta l-pajjiżi jagħfsu wisq lill-kumpaniji fl-irkanti għall-ispettru tisfa tweġġa’ l-ekonomija minħabba li:

  1. Prezzijiet għolja tal-irkanti jfissru wkoll li l-kumpaniji ma jistgħux jaffordjaw li jinvestu is-€27 biljun li studju tal-UE kkonkluda li huma meħtieġa biex jiġi aġġornat in-netwerk.

  2. Minħabba d-dewmien fid-disponibbiltà tan-netwerk (l-investimenti fl-infrastruttura naqsu f'dawn l-aħħar snin) qed tinżamm lura attività ekonomika ġdida u d-dħul tal-gvernijiet mit-taxxi fuq dawk l-attivitajiet ġodda ma jasal qatt

  3. Il-kumpaniji qed jitħallew f’pożizzjoni finanzjarja mwiegħra (xi wħud b'dejn ta' tliet darbiet il-valur tas-suq tal-ishma tagħhom)

X'qed tagħmel il-Kummissjoni?

  1. Konsultazzjoni dwar koordinazzjoni ħafna akbar fejn jidħol il-liċenzjar tal-ispettru. Dan jippermetti lill-operaturi ekonomiji ta’ skala li jiġu meta l-4G isir disponibbli fl-istess faxxa tal-frekwenzi tal-ispettru f’bosta pajjiżi f’daqqa, u jkun ifisser li l-konsumaturi jiksbu aktar aċċess 4G aktar kmieni.

  2. It-tnedija tal-fażi preliminari ta’ infurzar skont l-Artikolu 6(2) tal-Programm ta’ Politika tal-Ispettru tar-Radju dwar l-awtorizzazzjoni ta' spettru armonizzat tal-UE adattat għat-teknoloġiji 4G (870 MHz).

Links utli

L-Aġenda Diġitali

Neelie Kroes

Il-Website tal-Wireless Europe dwar l-Aġenda Diġitali

Il-Programm tal-Politika tal-Ispettru tar-Radju

#ConnectedContinent

Segwi lil Neelie fuq Twitter

Kuntatti

Email: comm-kroes@ec.europa.eu Tel: +32.229.57361 Twitter: @RyanHeathEU


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website