Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

L-Ewropa qiegħda tbati minħabba li l-maġġoranza tal-Istati Membri qegħdin idumu wisq biex joffru spettru broadband għall-mowbajls 4G

Commission Européenne - IP/13/726   23/07/2013

Autres langues disponibles: FR EN DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO HR

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, it-23 ta' Lulju 2013

L-Ewropa qiegħda tbati minħabba li l-maġġoranza tal-Istati Membri qegħdin idumu wisq biex joffru spettru broadband għall-mowbajls 4G

L-Istati Membri qegħdin juru iżjed biċ-ċar il-ħtieġa li l-ispettru tar-radju għandu bżonn jiġi assenjat b'aktar koordinazzjoni madwar l-Unjoni Ewropea. Nofs l-Istati Membri tal-Unjoni talbu li jipposponu l-użu tal-medda ta' frekwenzi tat-800MHz għall-wireless broadband għal raġunijiet eċċezzjonali, u qabżu l-limitu ta' żmien sal-1 ta' Jannar 2013 li kienu oriġinarjament ftehmu dwaru (ara IP/10/540). Kontra qalba, il-Kummissjoni llum aċċettat disa' minn fost l-14-il talba.

Il-ftuħ għall-użu tal-medda ta' frekwenzi tat-800MHz huwa essenzjali biex jinxtered l-użu tas-servizzi popolari tal-wireless broadband (ara IP/12/929)

Il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, Neelie Kroes qalet: "Aċċettajna li nagħtu derogi temporanji u limitati għall-posponiment tal-użu tal-medda ta' frekwenzi tat-800MHz lil disa' pajjiżi. Din hija konċessjoni prammatika iżda finali. Kull dewmien fir-rilaxx tal-ispettru jweġġa' l-ekonomija tagħna u jiffrustra liċ-ċittadini. Għaldaqstant, f'Settembru, ir-riforma tal-ispettru se tkun il-qofol tal-proposta tal-Kummissjoni dwar suq tat-telekomunikazzjonijiet uniku."

Konsegwenza waħda tad-dewmien tal-Istati Membri hija li ċerti tipi ta' mowbajls li huma meqjusa bħala għodda essenzjali miċ-ċittadini, ma jiffunzjonawx bis-sħiħ fl-Ewropa. Il-manifatturi tal-mowbajls iħallu barra ċ-ċippijiet tar-radju li huma meħtieġa biex wieħed jaqbad konnessjoni fl-Ewropa għaliex mhemmx biżżejjed pajjiżi li taw il-liċenzja fil-ħin għall-istess spettru.

Il-Kummissjoni aċċettat il-posponimenti ta': Spanja, Ċipru, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, l-Awstrija, il-Polonja, ir-Rumanija u l-Finlandja; hi rrifjutat li tagħti d-derogi lis-Slovakkja u lis-Slovenja fejn id-dewmien kien ikkawżat mill-organizzazzjoni ħażina tal-proċess tal-awtorizzazzjoni, u mhux minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali li għamlu l-medda ta' frekwenzi indisponibbli.

Il-Greċja, il-Latvja u r-Repubblika Ċeka jeħtieġu aktar evalwazzjoni. Il-Belġju u l-Estonja ttardjaw, iżda ma talbux deroga, filwaqt li l-Bulgarija avżat li se tkompli tuża din il-medda ta' frekwenzi għas-sigurtà u d-difiża pubbliċi.

Kuntest

Il-medda ta' frekwenzi tat-800MHz tifforma parti mid-"dividend diġitali", l-ispettru li nħeles għall-użu bit-transizzjoni minn teknoloġija analoga għal waħda diġitali fit-televiżjoni. B'mod partikolari, din il-medda ta' frekwenzi hija kapaċi ssostni l-wireless broadband f'pajjiż sħiħ, anki f'żoni remoti u rurali. S'issa, ħdax-il Stat Membru biss ħabbru li ppermettew b'mod effettiv l-użu tal-medda ta' frekwenzi tat-800MHz għall-komunikazzjonijiet bil-wireless broadband (ara t-tabella fl-anness). Dawn għamlu hekk abbażi tal-kundizzjonijiet tekniċi tal-użu deskritti fid-Deċiżjoni tal-KE biex jiġi armonizzat l-użu tal-medda ta' frekwenzi tat-800MHz, tal-2010.

Il-kunsidrazzjonijiet fil-valutazzjoni tat-talbiet għal deroga inkludew: id-diffikultà biex il-medda ta' frekwenzi tat-800MHz jinħelsu mis-servizzi tax-xandir, problemi transkonfinali ta' koordinazzjoni tal-frekwenzi (b'mod partikolari ma' pajjiżi barra mill-UE) li minħabbafihom kien diffiċli biex tinħeles il-medda ta' frekwenzi.

Sakemm ikunu qegħdin taħt deroga, l-Istati Membri huma obbligati jiżguraw li jekk tibqa' tintuża l-medda ta' frekwenzi tat-800MHz, pereżempju għax-xandir pubbliku, dan ma jfixkilx l-iżvilupp tal-wireless broadband f'dik il-medda ta' frekwenzi fi Stati Membri ġirien.

Dan id-dewmien juri l-ħtieġa li tkun żgurata d-disponibbiltà tal-ispettru armonizzat kemm jista' jkun malajr madwar l-UE, u dan jinkludi l-armonizzar tal-iskedar tal-ħatriet u t-tul fiż-żmien tad-drittijiet għall-użu tal-komunikazzjonijiet bil-wireless broadband, sakemm kull Stat Membru jkompli jistabbilixxi l-kundizzjonijiet u l-proċedura tal-awtorizzazzjoni tal-ispettru. Dawn il-kwistjonijiet u oħrajn li għandhom x'jaqsmu mal-koordinazzjoni tal-ġestjoni tal-ispettru, u l-ħatriet għas-servizzi tal-mowbajl u tal-wireless se jiġu indirizzati mill-Kummissjoni fil-bidu tal-ħarifa, ara SPEECH/13/622

L-Istatus, jew deroga mitluba sa

Il-pajjiżi kkonċernati

Numru

L-implimentazzjoni saret, kif ġie mħabbar mill-Istat Membru:

DK, DE, IE, FR, IT, LU, NL, PT, SE, UK; il-Kroazja.

11

Nofs l-2013

LT

1

Tmiem l-2013

ES, AT, SK (deroga mhux mogħtija), FI, CZ, HU (+ BE, EE - deroga mhux mitluba)

8

Nofs l-2014:

RO, SI (deroga mhux mogħtija), u PL (860-862MHz innotifikata għall-użu militari skont l-Artikolu 1.3)

3

Ottubru 2014

EL (parti mill-medda ta' frekwenzi użata għall-militar, kif ġie nnotifikat skont l-Artikolu 1.3)

1

Tmiem l-2014

MT

1

Lulju 2015

LV

1

Tmiem l-2015:

CY

1

2017 TBD

BG: l-użu militari nnotifikat skont l-Artikolu 1.3 tal-Programm tal-Politika tal-Ispettru tar-Radju.

1

Links utli

It-test tad-derogi jinsab fuq https://ec.europa.eu/digital-agenda/en/news/texts-derogations

Wireless-Europe on Digital Agenda Website

il-Programm tal-Politika tal-Ispettru tar-Radju

Kuntatti

Email: comm-kroes@ec.europa.eu Tel: +32.229.57361 Twitter: @RyanHeathEU


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site