Navigation path

Left navigation

Additional tools

L-Ewrobarometru tar-Rebbiegħa 2013: Doża akbar ta’ ottimiżmu

European Commission - IP/13/725   23/07/2013

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO HR

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, 23 ta' Lulju 2013

L-Ewrobarometru tar-Rebbiegħa 2013: Doża akbar ta’ ottimiżmu

Skont l-aħħar riżultati tal-istħarriġ tal-Ewrobarometru li ġew ippubblikati llum, sitta minn kull għaxar ċittadini fl-UE jħossuhom ‘Ewropej’ u jixtiequ jkunu jafu aktar dwar id-drittijiet tagħhom, iżda inqas minn nofs (46%) jafu x’inhuma dawn id-drittijiet.

Dawn ir-riżultati daħlu matul is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini 2013 — sena ddedikata biex ittejjeb l-għarfien dwar id-drittijiet taċ-ċittadini Ewropej.

Ir-riżultati tal-lum juru wkoll li l-Ewropej jaraw id-drittijiet tagħhom bħala ċittadini tal-UE bħala l-aktar riżultat pożittiv mill-UE — kważi sitta minn għaxar persuni jidentifikaw il-moviment ħieles tan-nies, l-oġġetti u s-servizzi bħala l-aktar riżultat pożittiv tal-UE.

Minkejja l-kriżi, dawk li jgħidu li huma ottimisti dwar il-futur tal-UE huma iktar minn dawk li jgħidu li huma pessimisti f’19 minn 28 pajjiż, filwaqt li l-pessimiżmu dwar l-impatt tal-kriżi fuq l-impjiegi jidher li qed jonqos. Kważi seba’ minn kull għaxar Ewropej (67%), b’maġġoranza fl-Istati Membri kollha, jgħidu li l-UE għandha vuċi fid-dinja.

Maġġoranza assoluta (51%) ta' Ewropej huma favur l-ewro, fejn dawk li jgħixu fiż-żona ewro jappoġġaw il-munita unika b’maġġoranza ta’ żewġ terzi (62%). Dan l-appoġġ huwa fl-aqwa tiegħu jew qrib l-aqwa (bejn 68% u 77%) f’erbgħa mill-aħħar ħames pajjiżi li ngħaqdu maż-żona ewro (l-Estonja, Malta, is-Slovenja u s-Slovakkja).

Kuntest

L-Ewrobarometru Standard tar-Rebbiegħa 2013 sar permezz ta' intervisti wiċċ imb'wiċċ bejn l-10 u s-26 ta’ Mejju 2013. Ġew intervistati total ta' 32,694 persuna madwar l-Istati Membri tal-UE u fil-pajjiżi kandidati.

Aktar informazzjoni

Ir-rapport tal-ewwel riżultati ippubblikat illum jispjega l-perċezzjonijiet tal-Ewropej tas-sitwazzjoni ekonomika attwali, it-tħassib ewlieni tagħhom u l-fiduċja tagħhom fl-istituzzjonijiet politiċi. Ikopri wkoll l-opinjonijiet tagħhom dwar il-kriżi, l-istrateġija Ewropa 2020 u kwistjonijiet relatati maċ-ċittadinanza tal-UE.

Ir-rapport tal-ewwel riżultati huwa disponibbli fuq:

http://ec.europa.eu/public_opinion/archives/eb/eb79/eb79_en.htm

Kuntatti:

Mina Andreeva (+32 2 299 13 82)

Natasha Bertaud (+32 2 296 74 56)

ANNESS

1. L-aktar riżultati pożittivi tal-UE

Figures and graphics available in PDF and WORD PROCESSED

2. Leħni jgħodd fil-livell tal-UE

Figures and graphics available in PDF and WORD PROCESSED

3. Sensazzjonijiet taċ-ċittadinanza tal-UE

Figures and graphics available in PDF and WORD PROCESSED

4. Drittijiet taċ-ċittadini tal-UE

Figures and graphics available in PDF and WORD PROCESSED

5. Il-futur tal-UE

Figures and graphics available in PDF and WORD PROCESSED

6. Appoġġ għall-ewro

Figures and graphics available in PDF and WORD PROCESSED

7. Impatt tal-kriżi fuq l-impjiegi

Figures and graphics available in PDF and WORD PROCESSED

Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website