Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, it-22 ta' Lulju 2013

Id-dibattitu dwar il-Futur tal-Ewropa: Il-Viċi-President Viviane Reding tiddibatti maċ-ċittadini f’Sofija

Il-Bulgarija trid tibqa’ fit-triq tar-riforma, u ċ-ċittadini tagħha għandhom rwol ewlieni x’jaqdu fil-proċess”, qalet il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Viviane Reding qabel djalogu ma' aktar minn 250 ċittadin f’Sofija (il-Bulgarija) li hi se torganizza għada (23 ta’ Lulju) sabiex jiddiskutu l-futur tal-Ewropa.

L-okkażjoni ta' għada hija l-25 waħda f’sensiela ta’ Djalogi maċ-Ċittadini li Kummissarji Ewropej qed jgħamlu madwar l-Unjoni Ewropea kollha flimkien ma’ politiċi nazzjonali u lokali u membri tal-Parlament Ewropew. Kull dibattitu huwa ċċentrat madwar tliet temi: Il-kriżi ekonomika, id-drittijiet taċ-ċittadini u l-futur tal-Ewropa. Id-dibattitu f’Sofija li ser isir fit-23 ta’ Lulju se jinfetaħ mill-President tar-Repubblika tal-Bulgarija s-Sur Rosen Plevneliev.

Ninsab kuntenta li l-President Plevneliev se jingħaqad miegħi f’dan id-dibattitu — biex jisma' liċ-ċittadini Bulgari u jisma’ x’jistennew minna l-politiċi għall-ġejjieni tagħhom”, qalet il-Viċi President Reding, li hija responsabbli għall-Ġustizzja, id-Drittijiet Fundamentali u ċ-Ċittadinanza. “Hekk kif iċ-ċittadini Bulgari qed isemmgħu leħinhom permezz ta’ protesti fit-toroq, dan id-dibattitu huwa f’waqtu iżda wkoll neċessarju. Qed nistenna djalogu li joffri sfida. Il-messaġġ tiegħi se jkun wieħed ċar: Il-Kummissjoni trid tagħti daqqa t’id lill-Bulgarija biex tgħinha fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata u biex tassisti fl-implimentazzjoni ta’ riformi ġudizzjarji. Dawn il-passi huma essenzjali biex tinbena mill-ġdid il-fiduċja u l-istabbiltà fil-pajjiż.

Dan id-dibattitu ser isir it-Tlieta (23 ta' Lulju) bejn l-10:00 u 12:00 (ħin Bulgaru; 9:00 u 11:00 CET) fil-Klabb Militari, 7 Tzar Osvoboditel Blvd., Sofija. Id-dibattitu se jkun ippresedut mis-Sur Boyko vassilev — il-preżentatur magħruf tal-programm politiku tat-televiżjoni Nazzjonali Bulgara “Panorama”.

L-okkażjoni tista' tiġi segwita diretta permezz ta' webstream u permezz ta' xandira diretta fuq l-istazzjon BNT2 tal-Bulgarija. Ċittadini minn madwar l-Ewropa kollha jistgħu jipparteċipaw ukoll permezz ta’ Twitter billi jużaw hash tag #EUDeb8. Il-mistoqsijiet jistgħu wkoll jiġu mitluba permezz tal- paġna tal-Facebook uffiċjali tar-rappreżentazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea fil-Bulgarija.

Kuntest

X'inhuma d-djalogi maċ-ċittadini?

F'Jannar, il-Kummissjoni Ewropea nediet is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini, (IP/13/2), sena dedikata għaċ-ċittadini u d-drittijiet tagħhom. Matul din is-sena u s-sena d-dieħla, il-membri tal-Kummissjoni Ewropea, flimkien ma’ politiċi nazzjonali u lokali u membri tal-Parlament Ewropew se torganizza dibattiti maċ-ċittadini dwar l-aspettattivi tagħhom għall-ġejjieni fi Djalogi maċ-Ċittadini madwar l-UE kollha.

Il-Viċi-President Reding diġa' kellha dibattiti f' Cádiz (Spanja), fi Graz (l-Awstrija), f'Berlin (il-Ġermanja), f' Dublin (l-Irlanda), f' Coimbra (il-Portugall), f' Tessaloniki (il-Greċja), fi Brussell (il-Belgju) u f' Esch-sur-Alzette (il-Lussemburgu), Varsaja (il-Polonja) u Heidelberg (il-Germanja). Matul l-2013 u fl-ewwel ftit xhur tal-2014 se jsiru ħafna aktar Djalogi madwar l-Unjoni Ewropea - li se jaraw lill-politiċi Ewropej, nazzjonali u lokali involuti f’dibattitu maċ-ċittadini minn kull qasam tal-ħajja. Tista’ ssegwi d-Djalogi kollha hawnhekk: http://ec.europa.eu/european-debate/index_mt.htm..

Minn mindu ddaħħlet iċ-Ċittadinanza tal-UE għoxrin sena ilu, saru ħafna kisbiet: l-aħħar stharrig tal-UE, li se jiġi ppubblikat għada, juri li llum 62 % taċ-ċittadini jħossuhom “Ewropej”. Fil-Bulgarija, din iċ-ċifra hija ta’ 48 %. Madwar l-UE, iċ-ċittadini qed jużaw id-drittijiet tagħhom kuljum. Imma n-nies mhumiex dejjem konxji ta' dawn id-drittijiet. Pereżempju, madwar sitta minn kull għaxar Bulgari (57%) jgħidu li mhumiex infurmati tajjeb dwar id-drittijiet tagħhom bħala ċittadini tal-UE.

Din hija r-raġuni għaliex il-Kummissjoni għamlet l-2013 is-sena Ewropea taċ-ċittadini. Id-Djalogi taċ-ċittadini jinsabu fil-qalba ta’ din is-sena.

Għaliex il-Kummissjoni qiegħda tagħmel dan proprju issa?

Għaliex l-Ewropa tinsab f'salib it-toroq. Il-futur tal-Ewropa huwa fuq fomm kulħadd – b’ħafna li qed jitkellmu dwar unjoni politika, Federazzjoni ta’ Stati Nazzjon jew Stati Uniti tal-Ewropa. Ix-xhur u s-snin li ġejjin se jkunu deċiżivi għall-futur tal-Unjoni Ewropea. Aktar integrazzjoni tal-Ewropa għandha timxi id f'id mat-tisħiħ tal-leġittimità demokratika tal-UE. L-għoti liċ-ċittadini ta' vuċi diretta f’dan id-dibattitu huwa għalhekk iktar importanti minn qatt qabel.

X'ser ikun ir-riżultat tad-Djalogi?

Ir-rispons mingħand iċ-ċittadini matul id-djalogi għandu jgħin biex jiggwida lill-Kummissjoni waqt li tfassal pjanijiet għal riforma futura tal-UE. Wieħed mill-iskopijiet ewlenin tad-Djalogi se jkun ukoll li titwitta t-triq għall-elezzjonijiet Ewropej tal-2014.

Fit-8 ta' Mejju 2013 il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat it-tieni Rapport tagħha dwariċ-Ċittadinanza, li jipproponi 12-il miżura konkreta ġdida għas-soluzzjoni tal-problemi li għad għandhom iċ-ċittadini (IP/13/410 u MEMO/13/409). Ir-Rapport taċ-Ċittadini huwa t-tweġiba tal-Kummissjoni għal konsultazzjoni kbira permezz tal-internet li saret f'Mejju 2012 (IP/12/461) u l-mistoqsijiet li qajmu ċ-ċittadini kif ukoll is-suġġerimenti li saru fi djalogi dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE u l-ġejjieni tagħhom.

Għal aktar informazzjoni:

Aktar informazzjoni dwar id-Djalogu ta’ Sofija:

http://ec.europa.eu/debate-future-europe/citizens-dialogues/bulgaria/sofia/index_en.htm

Dibattiti maċ-ċittadini dwar il-Futur tal-Ewropa:

http://ec.europa.eu/european-debate/index_mt.htm

Is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini:

http://europa.eu/citizens-2013/mt/home

L-Ewropej jgħidu tagħhom: Riżultati tal-konsultazzjoni dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE:

http://ec.europa.eu/justice/citizen/files/eu-citizen-brochure_en.pdf (EN)

Il-paġna ewlenija tal-Viċi President Viviane Reding, Kummissarju tal-UE għall-Ġustizzja:

http://ec.europa.eu/reding (EN, FR, DE)

Segwu lill-Viċi President fuq Twitter: @VivianeRedingEU

Biex tikkontribwixxi għad-dibattitu fuq Facebook:

http://www.facebook.com/ECinBulgaria u fuq Twitter: @KE_f'_Sofija u #EUdeb8

Kuntatti :

Mina Andreeva (+32 2 299 13 82)

Natasha Bertaud (+32 2 296 74 56)

ANNESS

1. Il-Bulgari jgħidu li l-UE qiegħda fl-aħjar pożizzjoni biex tieħu azzjoni effettiva kontra l-kriżi

Sors: Ewrobarometru Standard 79 — ta’ Mejju 2013

2. Ħamsa minn għaxar Bulgari iħossuhom ċittadin tal-UE, erbgħa minn kull għaxra jafu x'din tfisser

Sors: Ewrobarometru Standard 79 — ta’ Mejju 2013

3. Il-Bulgari jaraw il-moviment ħieles tan-nies, oġġetti u servizzi bħala l-aktar riżultat pożittiv tal-UE

Sors: Ewrobarometru Standard 79 — ta’ Mejju 2013


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website