Navigation path

Left navigation

Additional tools

RegioStars 2013: Il-Kummissjoni tippremja l-proġetti ewlenin

European Commission - IP/13/71   31/01/2013

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, il-31 ta' Jannar 2013

RegioStars 2013: Il-Kummissjoni tippremja l-proġetti ewlenin

Il-proġetti innovattivi li għandhom jikkontribwixxu sabiex joħolqu impjiegi għall-futur se jkollhom rwol ċentrali llejla billi l-Kummissarju għall-Politika Reġjonali Johannes Hahn jippreżenta l-Premjijiet RegioStars 2013. Mal-President tal-Ġurija, Luc Van den Brande, il-Kummissarju Hahn se jagħti premjijiet f’ħames kategoriji għal proġetti mill-Portugall, ir-Renju Unit, il-Polonja, il-Ġermanja u l-Litwanja li juru prassi tajba fl-iżvilupp reġjonali.

Il-Kummissarju Hahn qal: "L-investiment tal-UE għandu jkun inkanalat fil-proġetti li joħolqu tkabbir reali b'benefiċċji reali għaċ-ċittadini, l-ambjent u l-ekonomija. Għandna bżonn soluzzjonijiet dinamiċi u innovattivi biex inkabbru l-ekonomija tal-Ewropa. Ir-rebbieħa ta' din is-sena huma mudelli ta’ proġetti fl-innovazzjoni tan-negozju, l-effiċjenza tar-riżorsi u l-inklużjoni soċjali, kollha bil-għan li tittejjeb il-kwalità ta’ ħajjet iċ-ċittadini. Dawn huma eżempji konkreti ta’ kif nistgħu nqegħdu l-għanijiet Ewropej usa tagħna, kif definit permezz tal-istrateġija tagħna Ewropa 2020, fil-prattika fuq il-post. Dawn huma sostnuti minn impenn lokali u kreattività''

Il-President tal-Ġurija u l-President tal-Kumitat tar-Reġjuni ta’ qabel, Luc Van den Brande żied: "Li jintgħażlu r-rebbieħa minn qasam ta’ tant entrati eċċellenti jeħtieġ dibattitu intensiv. Il-ġurija, li jirriflettu oqsma differenti ta’ għarfien, iffukaw fuq proġetti reġjonali li urew l-impatt u l-eċċellenza fil-mogħdija UE2020: tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. Dawn juru eżempju tajjeb ta' kif ir-reġjuni, ikun x'ikun id-daqs jew il-lokazzjoni tagħhom, jistgħu jitgħallmu mingħand xulxin kif jinnovaw fis-sens l-aktar wiesa."

Il-Premjijiet RegioStars annwali huma miftuħin għar-reġjuni kollha tal-UE biex jissottomettu proġetti li rċevew investiment permezz tal-Politika Reġjonali tal-UE mill-1 ta' Jannar 2000. Fl-aħħar ħames snin l-akbar għadd ta' applikazzjonijiet kienu waslu mill-Awstrija, il-Belġju, il-pajjiżi Baltiċi u Wales.

F'din is-sitt edizzjoni tal-Premjijiet, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet 149 applikazzjoni - l-ogħla l-ammont li qatt kien hemm, li minnu 27 ġew magħżula bħala finalisti.

Il-ħames kategoriji tal-Premju għall-2013 kienu:

  • TKABBIR INTELLIĠENTI: Jingħaqqdu l-universitajiet għat-tkabbir reġjonali

  • TKABBIR SOSTENIBBLI: Nappoġġaw l-użu effiċjenti tar-riżorsi fl-SMEs

  • TKABBIR INKLUŻIV: Innovazzjoni soċjali: reazzjonijiet kreattivi għal sfidi soċjali ewlenin

  • CITYSTAR: Approċċi integrati lejn l-iżvilupp urban sostenibbli

  • INFORMAZZJONI U KOMUNIKAZZJONI: Il-promozzjoni tal-Politika Reġjonali tal-UE permezz ta' filmati qosra

Iċ-ċeremonja ta’ llejla se ssir fil-‘Palais des Beaux-Arts’ fi Brussell fis-19:00.

Kuntest

Ir-Rebbieħa:

“Smart Growth” - "UPTEC – Science & Technology Park, University of Porto" - Porto

Il-Park tax-Xjenza u t-Teknoloġija tal-Università ta' Porto (UPTEC) jiżviluppa raggruppament, ħiliet fl-ingranaġġ bejn l-akkademja u negozji lokali, f'setturi ta' potenzjal innovattiv fl-ekonomija lokali. Il-proġett huwa maqsum f'erba' taqsimiet distinti – it-Teknoloġija, l-Industriji Kreattivi, it-Teknoloġija tal-baħar u l-Bijoteknoloġija inklużi żewġ strutturi ta' appoġġ għan-negozju – l-Inkubaturi u ċ-Ċentri għall-Innovazzjoni tan-Negozju. UPTEC s'issa għenet lil 110 ditti, inkluż 95 start-ups, ħames kumpaniji kbar u ħames ċentri privati għall-innovazzjoni. Il-proġett ħoloq madwar 800 impjieg għal gradwati, li jikkontribwixxu fi tkabbir ekonomiku robust fir-reġjun.

“Tkabbir Sostenibbli” - ENWORKS Resource Efficiency Support" - L-Ingilterra tal-Grigal

ENWORKS huwa servizz ta' appoġġ ambjentali għal Intrapriżi żgħar u medji fir-reġjun tal-Ingilterra tal-Grigal, li joffru taħriġ u konsulenza fl-immaniġġjar ta’ riskju ambjentali, l-effiċjenza tal-enerġija u tal-ilma, t-titjib fil-ġestjoni tal-iskart, u ħafna aktar. Il-proġett qed liberament ikun aċċessibbli fl-Online Resource Efficiency Toolkit biex jgħin lill-amministraturi biex jifhmu, jipprijoritizzaw, isegwu u jivvalutaw it-titjib ambjentali tagħhom u l-iffrankar. ENWORKS s'issa għen lin-North West SMEs sabiex jidentifikaw £79 (€95) miljun ta' iffrankar annwali tal-ispejjeż permezz tal-effiċjenza tar-riżorsi, £13 (€15)-il miljun li minnhom ġew implimentati s'issa. Dan it-titjib iffranka aktar minn 47 000 tunnellata ta’ emissjonijiet ta’ CO2, 413 000 m3 ta’ ilma u 9 300 tunnellata ta' materjali. Barra minn hekk, it-titjib ambjentali ħoloq jew issalvagwardja aktar minn 960 impjieg, u aktar minn £113 (€136) miljun f'bejgħ.

"Tkabbir inklużiv" - "Individual Employment Paths" - Warmińsko-Mazurskie

Immirat speċifikament lejn dawk li jkunu qiegħda fit-tul fil-kategorija tal-età ta’ 45+, il-proġett ‘Individual Employment Paths’ f’Elblag, il-Polonja ħa approċċ personali u mmirat lejn is-saħħa għat-tfittxija u ż-żamma tal-impjieg. Kowċ professjonist tal-impjieg stabbilixxa “pjan ta’ żvilupp personali” għal grupp immirat ta' qgħad fit-tul - li ħafna minnhom huma nisa, inkluż it-taħriġ vokazzjonali u l-appoġġ psikoloġiku. Kważi 80 % minnhom komplew isibu impjieg. Grazzi għall-appoġġ u l-intervent kontinwi, 9/10 minnhom kienu fl-istess impjiegi xi 15-il xahar wara. Il-proġett wassal għall-bidla fil-mentalità fil-belt wkoll, b'60% tal-impjegaturi involuti jgħidu li jkunu iktar interessati li jimpjegaw persuni ta’ età ta’ 45 sena u aktar.

“CityStar" - "Neighbourhood Management Berlin" – Berlin

Neighbourhood Management Berlin (NMB) introduċew kunsill governattiv f'distretti soċjalment żvantaġġati tal-kapitali tal-Ġermanja biex isaħħu l-parteċipazzjoni tar-residenti lokali fit-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-għażla u l-finanzjament ta’ proġetti biex itejbu l-kwalità tal-ħajja tagħhom. Il-kunsilli jaħdmu f’kooperazzjoni mad-Dipartiment tas-Senat tal-belt għall-Iżvilupp Urban u l-Ambjent, billi jiddiskutu dak li hu kompetenti u l-problemi fiż-żona u konġuntament isibu soluzzjonijiet, jew jipproponu proġetti biex itejbu l-ħajja tal-viċinat. L-integrazzjoni ta' gruppi ta' migranti hija parti ewlenija mill-ħidma tal-Kunsilli, b'xi żoni li għandhom ‘l fuq minn 79 % tal-popolazzjoni ta’ sfond ta’ migranti. Il-proġett huwa parti minn strateġija ta’ integrazzjoni soċjali fit-tul f'Berlin.

“Tinforma lill-pubbliku”Towards Work – development of mediation services in recruiting people with hearing disabilities”, il-Litwanja

‘Towards Work’ żviluppa servizzi ta’ medjazzjoni biex jiġi sostnut ir-reklutaġġ ta' persuni b'diżabilità fis-smigħ fil-Litwanja. Kampanja ta' kuxjenza inizjali kienet immexxija fuq għadd ta' stazzjonijiet tat-TV b'serje ta' filmati qosra li jisfidaw l-attitudnijiet tradizzjonali tas-soċjetà li tisma’ lejn min huwa trux. Aġenti tar-reklutaġġ imħarrġin apposta ħadmu f’ċentri tal-impjiegi pilota li jgħinu lil persuni b’diżabilità bis-smigħ biex isibu impjieg. Żewġ terzi ta' dawk megħjuna b'suċċess kienu impjegati bħala riżultat u ‘Towards Work’ ġie rikonoxxut bħala wieħed mill-aktar proġetti ta’ integrazzjoni soċjali b’suċċess fil-Litwanja.

Għal iktar informazzjoni:

www.ec.europa.eu/regiostars

http://www.flickr.com/euregional

Twitter: @EU_Regional - #RegioStars

Il-filmat tal-operazzjoni u l-profili tal-proġetti rebbieħa se jkunu fuq l-EbS fil-31 ta' Jannar

Kuntatti :

Shirin Wheeler (+32 2 29 66565), Mobile: +32 4607 66565

Annemarie Huber (+32 2 29 93310), Mobile: +32 4607 93310


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website