Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-Istampa

Brussell, is-17 ta' Lulju 2013

Il-ħarsien tal-flus tal-kontribwenti kontra l-frodi: Il-Kummissjoni tipproponi Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u ssaħħaħ l-garanziji proċedurali tal-OLAF

Illum, il-Kummissjoni Ewropea qed tieħu azzjoni biex ittejjeb il-prosekuzzjoni madwar l-Unjoni rigward kriminali li jiffrodaw il-kontribwenti tal-UE billi tistabbilixxi Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew. Il-ħidma esklussiva tiegħu se tkun li jinvestiga u jmexxi l-prosekuzzjoni u, fejn ikun rilevanti, iwassal għas-sentenzjar – fil-qrati tal-Istati Membri - delitti li jaffettwaw il-baġit tal-UE. L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew se jkun istituzzjoni independenti, soġġetta għal ħarsien ġenerali demokratiku.

José Manuel Barroso, il-President tal-Kummissjoni Ewropea, qal: "Kif wegħidt fid-diskors tiegħi tal-2012 dwar l-Istat tal-Unjoni, illum il-Kummissjoni pproponiet li tistabbilixxi Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew. Din l-inizjattiva tikkonferma l-impenn tal-Kummissjoni biex iżżomm l-istat tad-dritt; din se ssaħħaħ deċiżivament il-ħarsien tal-flus tal-kontribwenti u l-ittrattar effettiv tal-frodi li jinvolvi fondi tal-UE. Il-Kummissjoni wettqet ukoll l-impenni tagħha li tinforza u ssaħħaħ il-proċeduri tal-OLAF applikati lill-garanziji proċedurali, skont il-garanziji li se japplika l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew."

“Bil-proposta tal-lum il-Kummissjoni Ewropea qed twettaq il-wegħda tagħha biex tapplika l-politika ta' tolleranza żero rigward il-frodi kontra l-baġit tal-UE. Meta jiġu involuti flus tal-kontribwenti, kull ewro jgħodd – speċjalment fil-klima ekonomika tal-lum," qalet il-Viċi-President Viviane Reding, il-Kummissarju tal-UE għall-Ġustizzja. "Il-kriminali li jisfruttaw il-lakuni legali biex jisirqu l-flus tal-kontribwenti ma għandhomx ikunu ħielsa għax aħna ma għandniex l-għodda t-tajbin biex inġibuhom quddiem il-ġustizzja. Ejja nkunu ċari: Jekk aħna, l-UE, ma nħarsux il-baġit federali tagħna, ħadd mhu se jħarisulna għalina. Jiena nappella lill-Istati Membri u l-Parlament Ewropew biex jimxu wara dan il-proġett importanti biex l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ikun jista' jibda jopera mill-1 ta' Jannar 2015.”

"L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew se jiżgura li l-ħarsien tal-baġit tal-UE jingħata l-prijorità xierqa madwar l-Ewropa kollha. Se jneħħi d-distakk bejn is-sistemi kriminali tal-Istati Membri, fejn il-kompetenzi tagħhom jieqfu mal-fruntieri nazzjonali, u l-korpi tal-Unjoni li ma jistgħux iwettqu investigazzjonijiet kriminali," qal Algirdas Šemeta, il-Kummissarju tal-UE għal Kontra l-Frodi. "Sadanittant, l-OLAF se jibqa' jagħmel ħidma importanti għal kontra l-frodi fl-oqsma li mhumiex koperti mill-Uffiċċju l-ġdid. L-ideat li ppreżentajna llum biex intejbu aktar il-governanza tiegħu, flimkien mar-riforma reċenti, se jagħmlu lill-OLAF aktar effiċjenti u aktar responsabbli f'dan ix-xogħol. Minħabba dan, is-suċċess tagħna biex niġġieldu u nwaqqfu l-frodi tal-UE se jiżdied bil-bosta."

Il-loġika tal-proposta tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew hija sempliċi: Jekk inti trid li jkollok "baġit federali" – bi flus li jiġu mill-Istati Membri kollha tal-UE u amministrati skont regoli komuni – allura teħtieġ ukoll "għodda federali" biex tħares b'mod effettiv dan il-baġit madwar l-Unjoni kollha. Bħalissa, hemm livell differenti ħafna ta' ħarsien u ta' infurzar madwar l-UE rigward kif jiġi ttrattat il-frodi tal-UE. Ir-rata ta' prosekuzzjonijiet li kienu ta' suċċess rigward offiżi kontra l-baġit tal-UE tvarja b'mod konsiderevoli minn Stat Membru għal ieħor, b'medja tal-UE ta' 42.3 % biss (ara l-Anness). Ħafna każijiet ma ssirx il-prosekuzzjoni tagħhom, b'hekk jippermettu lil dawk li jagħmlu l-frodi biex jibqgħu ħielsa biex jisfruttaw lakuni legali u jisirqu l-flus taċ-ċittadini. Anki meta ssir il-prosekuzzjoni tal-każijiet, hemm differenza kbira bejn l-Istati Membri f'termini ta' rati ta' kundanni għal delitti kontra l-baġit tal-UE.

L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew se jiżgura li kull każ li jinvolvi suspett ta' frodi kontra l-baġit tal-UE jiġi segwit u jitlesta, biex il-kriminali jkunu jafu li se ssir prosekuzzjoni kontrihom u jitressqu quddiem il-ġustizzja. Dan se jkollu effett deterrent qawwi.

Skont it-Trattati tal-UE, id-Danimarka mhijiex se tieħu sehem fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew. Ir-Renju Unit u l-Irlanda mhumiex se jieħdu sehem lanqas sakemm ma jagħmlux dan b'mod volontarju u b'mod espliċitu (inklużjoni fakultattiva).

B'mod parallel mal-ħolqien tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, il-Kummissjoni qed tipproponi riforma tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-kooperazzjoni tal-ġustizzja kriminali (Eurojust) u tippreżenta Komunikazzjoni dwar il-governanza tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF).

Struttura diċentralizzata u ekonomikament vijabbli

L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew se jkollu struttura diċentralizzata, integrata fis-sistemi ġudizzjarji nazzjonali. Prosekuturi Ewropej delegati se jwettqu investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet fl-Istat Membru rispettiv, filwaqt li jużaw il-persunal nazzjonali u japplikaw il-liġi nazzjonali. L-azzjonijiet tagħhom se jiġu kkoordinati mill-Prosekutur Pubbliku Ewropew biex jiżgura approċċ uniformi madwar l-UE kollha, li huwa vitali b'mod partikolari f'każijiet transfruntiera. L-istruttura sħiħa hija bbażata fuq riżorsi eżistenti u għalhekk ma għandhiex tinkludi spejjeż addizzjonali sostanzjali.

Il-qrati nazzjonali se jiġu fdati bl-analiżi ġudizzjarja, jiġifieri mistoqsijiet dwar l-atti tal-Prosekuturi Pubbliċi Ewropej jistgħu jiġu appellati quddiemhom. Fl-istess ħin, il-proposta ssaħħaħ b'mod konsiderevoli d-drittijiet proċedurali tas-suspettati li jkunu investigati mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

"Kulleġġ" ta' għaxra magħmul mill-Prosekutur Pubbliku Ewropew, l-erba' deputati u l-ħames prosekuturi delegati se jiżgura integrazzjoni indaqs bejn il-livell tal-UE u dak nazzjonali, speċjalment billi jaqbel dwar ir-regoli ġenerali dwar l-allokazzjoni tal-każijiet.

Drittijiet proċedurali b'saħħithom

Il-proposta tiggarantixxi ħarsien aktar b'saħħtu tad-drittijiet proċedurali għall-individwi kkonċernati mill-investigazzjonijiet tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew meta mqabbla ma' dawk ta' bħalissa bis-sistemi nazzjonali. Din tinkludi pereżempju d-dritt għal interpretazzjoni jew traduzzjoni, id-dritt għal informazzjoni u aċċess għall-materjali tal-każ jew d-dritt ta' aċċess għal avukat f'każ ta' detenzjoni.

Barra minn hekk, ir-regoli li jistabbilixxu l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jiddefinixxu drittijiet proċedurali oħrajn li għadhom ma ġewx armonizzati bil-leġiżlazzjoni tal-UE, biex jiżguraw salvagwardji b'saħħithom għad-drittijiet proċedurali. Dawn jinkludu d-dritt li wieħed jibqa' sieket u li wieħed jitqies innoċenti, id-dritt għall-għajnuna legali u d-dritt li jkunu ppreżentati l-provi, u li tinstema' x-xhieda.

Il-proposta tistabbilixxi wkoll regoli ċari u armonizzati dwar il-miżuri investigattivi li l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista' juża fl-investigazzjonijiet tiegħu, kif ukoll dispożizzjonijiet dwar il-ġbir u l-użu tal-provi.

Titjieb tal-governanza tal-OLAF u tisħiħ tal-garanziji proċedurali

Il-Kummissjoni qed tipproponi biex isaħħaħ aktar il-governanza tal-OLAF u biex isaħħaħ il-garanziji proċedurali meta jwettaq l-investigazzjonijiet tiegħu, fid-dawl ta' dak li huwa mbassar mill-EPPO. F'dan ir-rigward huma previsti żewġ inizjattivi ewlenin. L-ewwel, se jiġi stabbilit Kontrollur Indipendenti tal-Garanziji Proċedurali biex tissaħħaħ l-analiżi legali tal-miżuri investigattivi tal-OLAF. It-tieni, salvagwardja proċedurali speċifika fil-forma ta' awtorizzazzjoni mill-Kontrollur għal miżuri investigattivi aktar intrussivi (tfittix fl-uffiċini, sekwestru ta' dokumenti eċċ.) li x'aktarx l-OLAF se jkollu jwettaq fl-istituzzjonijiet tal-EU.

Ir-rwol tal-OLAF se jinbidel ukoll mal-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

Se jibqa' responsabbli għall-investigazzjonijiet amministrattivi fl-oqsma lil ma jaqgħux fil-kompetenza tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew. Dawn jinkludu irregolaritajiet li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-UE, u mġiba ħażina serja jew delitti li twettqu mill-persunal tal-UE mingħajr impatt finanzjarju.

L-OLAF mhuwiex se jibqa' jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi fil-frodi tal-UE jew delitti oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-UE. Dan huwa għax tali delitti se jkunu fil-kompetenza esklussiva tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ladarba li jiġi stabbilit. Jekk l-OLAF ikollu suspetti ta' tali offiżi kriminali, se jkun kostrett li jirrapporta dan lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew malajr kemm jista' jkun. Peress li mhuwiex se jwettaq aktar investigazzjonijiet f'dan il-qasam, l-OLAF se jibqa' jipprovdi assistenza lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew meta ssirlu talba (hekk kif qed jagħmel illum lill-prosekuturi nazzjonali). Din il-bidla se tiffaċilita proċess ta' investigazzjoni aktar mgħaġġel u se tgħin biex jiġu evitati investigazzjonijiet amministrattivi u kriminali doppji fuq l-istess każ. B'dan il-mod, il-possibbiltajiet ta' ta' prosekuzzjoni b'suċċess se jiżdiedu.

Il-passi li jmiss

Ir-Regolament propost issa jeħtieġ li jiġi adottat b'mod unanimu mill-Istati Membri fil-Kunsill, wara li jikseb il-kunsens mill-Parlament Ewropew.

Jekk ma tintlaħaqx l-unanimità fil-Kunsill, it-Trattati jipprevedu li grupp ta' mill-inqas disa' Stati Membri jistgħu jidħlu f'kooperazzjoni msaħħa (l-Artikolu 86 TFUE).

Kuntest

L-Istati Membri jirrapportaw li kull sena, madwar EUR 500 miljun fin-nefqa u fid-dħul tal-UE jintilfu minħabba suspett ta' frodi.

L-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew huwa meħtieġ skont it-Trattat ta' Lisbona (l-Artikolu 86 TFUE) kif ukoll it-tisħiħ tal-Eurojust (l-Artikolu 85 TFUE). Fid-diskors tiegħu dwar l-Istat tal-Unjoni f'Settembru 2012, il-President Barroso fakkar l-impenn tal-Kummissjoni biex tmexxi 'l quddiem dan il-proġett (DISKORS/12/296).

F'dokument konġunt tal-20 ta' Marzu 2013, il-Ministri tal-Ġustizzja ta' Franza u l-Ġermanja esprimew l-appoġġ tagħhom għall-istabbiliment ta' Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

F'Mejju 2011, il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni dwar il-ħarsien tal-interess finanzjarju tal-Unjoni Ewropea bil-liġi kriminali u bl-investigazzjonijiet amministrattivi li tinkludi proposti biex jittejjeb il-ħarsien tal-interess finanzjarju tal-UE (ara IP/11/644).

F'Lulju 2012, il-Kummissjoni pproponiet Direttiva biex tiġġieled il-frodi kontra l-baġit tal-UE permezz tal-liġi kriminali (IP/12/767, MEMO/12/544). Din inkludiet definizzjonijiet komuni kontra l-baġit tal-UE, sanzjonijiet minimi armonizzati (inkluża sentenza ta' ħabs f'każijiet serji) u statuti komuni ta' limitazzjoni.

Għal aktar informazzjoni:

MEMO/13/693

Pakkett għall-ġurnalisti

http://ec.europa.eu/justice/newsroom/criminal/news/130717_en.htm

Il-Kummissjoni Ewropea – Politika dwar il-liġi kriminali:

http://ec.europa.eu/justice/criminal/criminal-law-policy

Il-websajt ta' Viviane Reding, il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea u l-Kummissarju tal-UE għall-Ġustizzja:

http://ec.europa.eu/reding

Il-paġna ewlenija tal-Kummissarju Algirdas Šemeta:

http://ec.europa.eu/commission_2010-2014/semeta/index_en.htm

Kuntatti:

Mina Andreeva (+32 2 299 13 82)

Emer Traynor (+32 2 292 15 48)

Natasha Bertaud (+32 2 296 74 56)

Natasja Bohez Rubiano (+32 2 296 64 70)

ANNESS 1: Tqassim tal-azzjonijiet trasferiti lill-Istati Membri, deċiżjoni ġudizzjarja u kundanni, mill-2006 sal-2011

Azzjonijiet trasferiti lill-Istati Membri

Azzjonijiet b'deċiżjoni ġudizzjarja

Azzjonijiet b'deċiżjonijiet ġudizzjarji bħala % ta' trasferiti

Kundanni

Kundanni bħala % ta' azzjonijiet b'deċiżjoni ġudizzjarja

L-Awstrija

8

4

50 %

4

100 %

Il-Belġju

56

28

50 %

18

64.3 %

Il-Bulgarija

37

14

37.8 %

6

42.9 %

Ċipru

1

0

0 %

0

Mhux Disponibbli

Ir-Repubblika Ċeka

23

8

34.8 %

2

25 %

Id-Danimarka

4

3

75 %

1

33.3 %

L-Estonja

3

1

33.3 %

1

100 %

Il-Finlandja

12

12

100 %

11

91.7 %

Franza

29

12

41.4 %

9

75 %

Il-Ġermanja

168

114

67.9 %

65

57 %

Il-Ġreċja

86

26

30.2 %

5

19.2 %

L-Ungerija

10

1

10 %

0

0 %

L-Irlanda

0

0

Mhux Disponibbli

0

Mhux Disponibbli

L-Italja

112

37

33 %

14

37.8 %

Il-Latvja

4

0

0 %

0

Mhux Disponibbli

Il-Litwanja

9

9

100 %

8

88.9 %

Il-Lussemburgu

2

1

50 %

1

100 %

Malta

5

0

0 %

0

Mhux Disponibbli

Il-Pajjiżi l-Baxxi

29

16

55.2 %

5

31.3 %

Il-Polonja

90

17

18.9 %

6

35.3 %

Il-Portugall

21

9

42.9 %

6

66.7 %

Ir-Rumanija

225

128

56.9 %

30

23.4 %

Is-Slovakkja

16

9

56.3 %

0

0 %

Is-Slovenja

2

0

0 %

0

Mhux Disponibbli

Spanja

54

5

9.3 %

0

0 %

L-Isvezja

5

4

80 %

4

100 %

Ir-Renju Unit

19

13

68.4 %

3

23.1 %

Total

1030

471

45.7 %

199

42.3 %

Sors Ir-Rapport tal-OLAF għall-2011: It-12-il rapport operattiv tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi, mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2011, Tabella 6, paġna 22.


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site