Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

Il-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa: tnejn minn kull ħames Ewropej iġorru waħda magħhom

Commission Européenne - IP/13/683   11/07/2013

Autres langues disponibles: FR EN DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO HR

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, il-11 ta' Lulju 2013

Il-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa: tnejn minn kull ħames Ewropej iġorru waħda magħhom

L-aħħar ċifri juru li aktar minn 190 miljun persuna għandhom Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa (EHIC), li permezz tagħha jistgħu jirċievu kura tas-saħħa f'każ ta' emerġenza u b'hekk ikunu jistgħu jgawdu l-vaganzi tagħhom mingħajr inkwiet meta jsiefru fl-Unjoni Ewropea, fl-Isvizzera, fil-Liechtenstein, fin-Norveġja u fl-Islanda. L-għadd ta' detenturi tal-EHIC żdied b'mod konsistenti. Fl-2012 kien hemm żieda ta' 15-il miljun ċittadin li għandu l-EHIC meta mqabbel mas-sena ta' qabel.

László Andor, il-Kummissarju Ewropew għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni qal: "Il-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa kienet suċċess kbir, fejn attwalment tnejn minn kull ħames Ewropej għandhom il-karta li tista' tiffrankalhom il-ħin u l-flus jekk jimirdu jew iweġġgħu waqt vjaġġ barra l-pajjiż. Ħafna drabi, min ikollu l-EHIC ma jiltaqa' mal-ebda problema meta jiġi biex jużha. Madankollu, jekk Stat Membru jonqos milli jissodisfa l-obbligi tiegħu skont il-liġi tal-UE u jirrifjuta li jirikonoxxi l-karta, il-Kummissjoni tieħu azzjoni biex tiddefendi d-drittijiet taċ-ċittadini Ewropej."

L-EHIC tikkonferma li persuna hija intitolata li tirċievi trattament ta' emerġenza fis-sistema pubblika tal-kura tas-saħħa tal-pajjiż ospitanti bl-istess termini u spejjeż taċ-ċittadini ta' dak il-pajjiż. Il-karta tinħareġ mingħajr ħlas mill-fornitur nazzjonali tal-assigurazzjoni tas-saħħa fil-pajjiż ta' oriġini. L-EHIC ma tistax tintuża biex tkopri trattament ippjanat f'pajjiż ieħor.

L-isptarijiet li jipprovdu servizzi ta' saħħa pubblika huma obbligati li jirrikonoxxu l-EHIC. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, il-pazjenti li jippreżentaw l-EHIC, jirċievu l-kura tas-saħħa neċessarja u jiġu rimborżati mingħajr l-ebda problema. F'każ li l-EHIC ma tiġix aċċettata, il-pazjenti għandhom jikkuntattjaw lill-awtorità tas-saħħa rilevanti fil-pajjiż li qed iżuru. In-numri ta' kuntatt ta' emerġenza huma faċilment aċċessibbli permezz tal-applikazzjoni tal-EHIC għall-ismartphones u t-tablets (ara hawn taħt). F'każ li xorta waħda ma tiġix aċċettata, il-pazjenti għandhom jitolbu l-appoġġ tal-awtoritajiet tas-saħħa tal-pajjiż ta' oriġini tagħhom. Jekk jibqgħu jiltaqgħu ma' problemi, il-pazjenti għandhom jikkuntattjaw lill-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni tista' tinvestiga l-pretensjonijiet u tqajjem il-kwistjoni mal-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat, kif għamlet dan l-aħħar ma' Spanja (IP/13/474). Se jinfetħu proċeduri ta' ksur kontra kull Stat Membru li ma japplikax il-liġi tal-UE dwar l-użu tal-EHIC.

Niżżel l-applikazzjoni!

L-applikazzjoni tal-EHIC tagħti informazzjoni dwar il-karta, in-numri tat-telefon ta' emerġenza, it-trattamenti koperti u l-ispejjeż, kif jintalab ir-rimborż u l-punt ta' kuntatt fil-każ li tintilef il-karta. L-applikazzjoni tkopri s-27 pajjiż tal-UE, l-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Isvizzera. Hija disponibbli f'24 lingwa u l-utent jista' jaqleb minn lingwa għal oħra. L-applikazzjoni dalwaqt se tiġi adattata għall-isħubija riċenti tal-Kroazja fl-UE.

L-applikazzjoni ma tiħux post l-EHIC.

Għal aktar informazzjoni:

Il-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa

Il-website ta' László Andor

Segwi lil László Andor fuq Twitter

Abbona b'xejn għall-bulettin bil-posta elettronika tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-impjiegi, l-affarijiet soċjali u l-inklużjoni

Kuntatti:

Jonathan Todd (+32 2 299 41 07)

Cécile Dubois (+32 2 295 18 83)

Anness: L-għadd ta' EHICs u PRCs maħruġa u fiċ-ċirkolazzjoni fl-2012

Pajjiż

EHICs maħruġa fl-2012

EHICs fiċ-ċirkolazzjoni

Ċertifikati ta' Tibdil Provviżorju (PRCs)

Għadd ta' persuni assigurati

% ta' EHICs fiċ-ċirkolazzjoni għall-popolazzjoni assigurata

L-Awstrija

963,081

8,106,607

5,843

8,466,000

95.75

Il-Belġju

2,607,452

3,077,431

38,881

mhux disponibbli

-

Il-Bulgarija

126,107

226,514

31,785

6,269,207

3.6

L-Isvizzera

2,900,000

7,800,000

0

7,800,000

100

Ċipru

43,331

44,789

36

650,000

6.89

Ir-Repubblika Ċeka

100,000

10,000,000

8,000

10,406,849 

96.09

Il-Ġermanja 

0

45,000,000

0

69,909,869

64.37

Id-Danimarka

216,545

1,896,449

253

5,580,000

33.99

L-Estonja

76,689

100,005

12,172

1,237,104

8.08

Il-Ġreċja

160,939

132,593

18,027

10,000,000

13.26

Spanja

1,699,470

3,541,197

746,436

5,428,465

65.23

Il-Finlandja

623,017

1,188,595

11,686

5,390,175

22.05

Franza

5,436,031

5,436,031

1,923,934

mhux disponibbli

-

L-Ungerija

332,184

1,126,512

32,588

9,591,813

11.74

L-Irlanda

380,864

1,254,160

90,159

mhux disponibbli

-

L-Islanda

45,069

82,605

498

321,857

25.67

L-Italja

9,000,000

60,000,000

100,000

60,000,000

100

Il-Liechtenstein

9,899

37,544

96

37,544

100

Il-Litwanja

125,393

244,604

7,899

3,019,985

8.10

Il-Lussemburgu

144,428

529,403

13,850

726,351

72.88

Il-Latvja

71,295

174,019

448

2,279,036

7.64

Malta

60,934

155,788

21

205,459

75.82

Il-Pajjiżi l-Baxxi

3,519,513

6,992,233

8,365

16,733,629

41.79

In-Norveġja

717,617

1,250,000

8,890

mhux disponibbli

-

Il-Polonja

1,552,145

1,304,123

16,717

32,936,838

3.96

Il-Portugall

411,170

1,299,425

24,362

mhux disponibbli

-

Ir-Rumanija

286,553

109,210

76,827

18,290,954

0.60

L-Isvezja

1,000,000

3,000,000

8,000

mhux disponibbli

-

Is-Slovenja

689,090

648,463

157,661

2,313,251

28.03

Is-Slovakkja

895,691

1,849,210

106,468

5,219,751

35.43

Ir-Renju Unit

5,352,713

24,065,266

10,062

mhux disponibbli

-

TOTAL

39,547,220

190,672,776

3,459,964


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site