Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni tagħti EUR 100 miljun għal negozji teknoloġiċi li jkunu għadhom jiftħu u għall-SMEs — biex twettaq dak li wegħdet

European Commission - IP/13/682   11/07/2013

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO HR

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, il-11 ta' Lulju 2013

Il-Kummissjoni tagħti EUR 100 miljun għal negozji teknoloġiċi li jkunu għadhom jiftħu u għall-SMEs — biex twettaq dak li wegħdet

Madwar 1000 negozju ġdid u kumpaniji innovattivi ferm oħra se jirċievu għotjiet minn finanzjament ġdid ta' madwar EUR 100 miljun mis-Sħubija Pubblika-Privata tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-Internet tal-Ġejjieni għall-iżvilupp ta’ applikazzjonijiet u servizzi diġitali oħrajn, f’oqsma bħat-trasport, is-saħħa, il-manifattura għaqlija, l-enerġija u l-midja.

Il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, Neelie Kroes, qalet: "F'Diċembru li għadda f'Le Web f'Pariġi jien wegħedt l-azzjoni u issa qed inżomm kelmti. Fl-Ewropa neħtieġu aktar innovazzjoni u ekonomija aktar diġitali u dan kollu jibda b'ekosistema aħjar għan-negozji li jkunu għadhom jiftħu. Qed inwettqu dak li wegħedna."

Dan it-tielet stadju ta’ finanzjament mis-sħubija għandu l-għan li jiżviluppa applikazzjonijiet u servizzi ġodda tal-internet għal firxa wiesgħa ta’ oqsma. Il-fondi se jgħaddu minn 20 konsorzju — timijiet mill-ekosistema tal-internet — li jinkludu: aċċeleraturi, pjattaformi ta' finanzjament kollettiv, kapitalisti ta’ riskju, spazji tax-xogħol kondiviżi, organizzazzjonijiet ta' finanzjament reġjonali , kumpaniji tat-teknoloġija u assoċjazzjonijiet tal-SMEs, kumpaniji tat-teknoloġija. Il-konsorzji magħżulin se jintgħażlu skont kif huma jippjanaw li jimmassimizzaw l-impatt ekonomiku tal-finanzjament tagħhom madwar l-ekosistema tal-internet.

Is-servizzi u l-applikazzjonijiet se jinbnew madwar it-teknoloġiji żviluppati fil-programm tas-Sħubija Pubblika-Privata tal-Kummissjoni dwar l-Internet tal-Ġejjieni (il-PPP).

Il-kuntest

Dan l-avviż ta' finanzjament huwa t-tielet u l-aħħar sejħa tal-PPP dwar l-internet tal-ġejjieni, sħubija ta' EUR 500 miljun imnedija fl-2011 biex tgħin lin-negozji u l-gvernijiet jikkapitalizzaw mill-internet ċellulari u r-revoluzzjoni tad-dejta u biex tistimula l-innovazzjoni u l-impjiegi fl-industriji diġitali Ewropej (ara IP/11/525).

Il-PPP dwar l-Internet tal-Ġejjieni qed jaħdem sabiex jagħmel l-infrastrutturi u l-proċessi tan-negozju aktar għaqlin (jiġifieri aktar intelliġenti, aktar effiċjenti, aktar sostenibbli) permezz ta’ integrazzjoni aktar stretta man-netwerks tal-internet u l-kapaċitajiet tal-informatika. Il-PPP iħares lejn setturi differenti bħat-trasport, is-saħħa, il-midja, il-manifattura għaqlija u l-enerġija . Huwa jiddefinixxi l-possibbiltà ta' mudelli tan-negozju innovattivi għal dawn is-setturi. Huwa żviluppa teknoloġiji Ewropej uniċi u s-sisien għal għodod u servizzi f’oqsma bħal cloud, bliet intelliġenti, dejta kbira, u l-internet tal-oġġetti. Fl-2013 bdew ħames provi fuq skala kbira biex jivvalidaw it-teknoloġiji żviluppati fl-ambjent reali tal-utent. Il-pjattaformi speċifiċi għas-setturi żviluppati minn dawn il-provi se jkun disponibbli għall-SMEs u l-intraprendituri tal-web biex jiżviluppaw servizzi u applikazzjonijiet.

Dan il-finanzjament jagħmel parti wkoll mill-pjan tal-Kummissjoni għal Negozji li għadhom kemm jiftħu biex jgħaġġlu, jgħaqqdu u jiċċelebraw l-ekosistemi tal-intraprenditorija Ewropej sabiex negozji teknoloġiċi ġodda mhux biss jibdew fl-Ewropa, iżda jibqgħu fl-Ewropa. Dan jikkonsisti minn:

  • Klabb ta' Mexxejja  (ara IP/13/262) li huwa grupp indipendenti ta' fundaturi fil-qasam tal-intraprenditorija teknoloġika li jservi ta' xempju għall-intraprendituri tal-web Ewropej.

  • Premjijiet u kompetizzjonijiet. Europioneers: din hija inizjattiva biex jiġu ċċelebrati l-aħjar intraprendituri Ewropej fit-teknoloġija billi jiġu ppremjati żewġ intrapendituri teknoloġiċi tas-sena (ara IP/13/359). Tech All Stars: tidentifika l-aħjar negozjanti żgħażagħ ġodda tal-Ewropa u tgħaqqadhom mal-aħjar sorsi ta' finanzjament tal-UE, ma' intraprendituri li għamlu suċċess u ma' individwi influwenti oħra (ara MEMO/13/557). 

  • Netwerking. In-netwerk tal-UE għall-Aċċellaturi jagħti bidu u jiffaċilita l-ħolqien ta’ netwerk Ewropew tal-aċċeleraturi tan-negozju tal-web.

  • Jinkoraġġixxi t-talent Ewropew fil-web (permezz tal-edukazzjoni, bħall-"Korsijiet Massivi Miftuħa Onlajn"; l-appoġġ għan-netwerks, programmi u riżorsi għall-bdil, l-aċċellerazzjoni u l-inkubazzjoni, kif ukoll il-mentoring).

Links utli

Il-paġna tas-sejħa

Il-vidjo dwar il-PPP għall-Internet tal-Ġejjieni

Il-vidjo tal-intraprendituri tal-Clikkers Web

Il-websajt ta' Neelie Kroes

Segwi lil Neelie fuq Twitter

Kuntatti

Indirizz elettroniku: comm-kroes@ec.europa.eu Tel: +32.229.57361 Twitter: @RyanHeathEU


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website