Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

Autres langues disponibles: FR EN DE ES IT EL SL HR

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, il-11 ta' Lulju 2013

Tittejjeb il-governanza tal-ispazju tal-baħar: opportunità għat-Tkabbir Blu fil-baħar Mediterran

Studju ġdid ippreżentat mill-Kummissjoni Ewropea sab li permezz tat-twaqqif ta' żoni marittimi, inklużi Żoni Ekonomiċi Esklussivi (ŻEE) fil-Mediterran, se jibbenefikaw it-Tkabbir Blu tal-UE u aġendi usa' ta' sostenibbiltà. L-istudju jagħti ħarsa lejn l-ispejjeż u l-benefiċċji tat-twaqqif ta’ żoni marittimi fil-Mediterran u jipprovdi analiżi tal-impatti tat-twaqqif ta' ŻEE fuq attivitajiet differenti marbuta mal-baħar. Iż-ŻEE jistgħu jippermettu li ssir politika aktar effettiva dwar l-ippjanar tal-ispazju, li fl-aħħar mill-aħħar tista' tgħin biex tattira aktar investimenti u attivitajiet ekonomiċi.

Il-Kummisarju Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, Maria Damanaki qalet: “Hemm opportunitajiet enormi mhux sfruttati fil-Baħar Mediterran, li jistgħu jwasslu għal riżultati permezz tat-twaqqif ta' Żoni Ekonomiċi Esklussivi (ŻEEs). Il-proklamazzjoni u t-twaqqif ta' żoni marittimi jibqgħu d-dritt sovran ta’ kull Stat kostali. Għandna r-responsabbiltà konġunta tal-UE biex niżguraw il-preżenza tal-kundizzjonijiet tajba biex tiffjorixxi l-ekonomija blu. L-Istati Kostali tal-Mediterran jistgħu jaqblu dwar iż-żoni marittimi tagħhom abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar (UNCLOS”.

L-istudju jiffoka fuq l-opportunitajiet li ż-ŻEE u żoni oħra simili se jġibu f’termini ta' spejjeż u benefiċċji ekonomiċi, is-sostenibbiltà u t-tmexxija tal-ispazju marittimu u għandu jitqies fil-kuntest tal-aġenda tal-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tkabbir Blu .

L-istrateġija tal-UE dwar it-Tkabbir Blu għandha l-għan li toħloq tkabbir ekonomiku sostenibbli flimkien ma' impjiegi fl-ekonomija tal-baħar u marittima sabiex tgħin l-irkupru ekonomiku tal-Ewropa. Dawn is-setturi ekonomiċi jipprovdu impjiegi lil 5.4 miljun ruħ u jirrappreżentaw valur gross totali miżjud ta' madwar EUR 500 biljun. Sal-2020, dawn għandhom jiżdiedu għal 7 miljun ruħ u għal kważi EUR 600 biljun. Hija tenfasizza l-ħames oqsma bl-akbar potenzjal ta’ tkabbir: l-enerġija blu, l-akkwakultura, it-turiżmu marittimu, kostali u dak tal-kruċieri, ir-riżorsi minerali tal-baħar u l-bijoteknoloġija blu.

Il-kuntest

Fil-Mediterran bħal f’baċini ta’ ibħra oħra, l-istati kostali għandhom ir-responsabbiltà li jirregolaw l-attivitajiet tal-bniedem u jkomplu jiżviluppaw l-ekonomija blu tagħhom b’mod sostenibbli.

Parti kbira mill-Baħar Mediterran bħalissa tinsab lil hinn mill-ġurisdizzjoni jew is-sovranità tal-Istati kostali. Għalhekk din għadha fil-biċċa l-kbira mingħajr protezzjoni kemm rigward ir-riżorsi akwatiċi ħajjin kif ukoll rigward l-ambjent tal-baħar. Fl-istess ħin, huwa diffiċli li jsir żvilupp ekonomiku adegwat f’qafas regolatorju inċert.

Fl-2002, fis-Summit Dinji dwar l-Iżvilupp Sostenibbli li sar f’Johannesburg, il-komunità globali kkommettiet ruħha li tibqa' żżomm il-produttività u l-bijodiversità ta’ żoni tal-baħar u kostali importanti u vulnerabbli, kemm fi ħdan il-ġuriżdizzjoni nazzjonali kif ukoll lil hinn minnha. Madankollu, ma hemm l-ebda reġim legali għall-implimentazzjoni ta' dispożizzjonijiet rilevanti tal-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Liġi tal-Baħar (UNCLOS), partikolarment fir-rigward tal-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar f’żoni lil hinn minn xi ġurisdizzjoni nazzjonali. Din il-kwistjoni ilha tiġi diskussa fin-NU mill-2006.

Il-kopertura ta’ porzjon akbar tal-baħar Mediterran taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri tal-UE se tiżgura li f'żoni bħal dawn, se jkunu japplikaw ir-regolamenti tal-UE dwar is-sajd, l-ambjent u t-trasport u b'segwitu jkun hemm livell ogħla ta’ protezzjoni.

Aktar informazzjoni

Ir-rapport finali u s-sommarju eżekuttiv tal-istudju jistgħu jinstabu fuq:

http://ec.europa.eu/maritimeaffairs/documentation/studies/study-maritime-zones-in-mediterranean-sea_en.htm

Kuntatti:

Oliver Drewes (+32 2 299 24 21)

Lone Mikkelsen (+32 2 296 05 67)


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site