Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, l-10 ta' Lulju 2013

L-Istati Membri u r-reġjuni m'għandhomx jaħlu żmien fit-tħejjija tal-ġenerazzjoni li jmiss tal-programmi tal-UE għat-tkabbir, qal il-Kummissarju Hahn wara l-vot tal-Parlamentari Ewropej dwar riforma radikali tal-Politika Reġjonali tal-UE

Il-Kummissarju tal-UE għall-Politika Reġjonali, Johannes Hahn, qal lill-Istati Membri u r-reġjuni li m’hemmx żmien x’jintilef fl-ippjanar tal-programmi ta’ fondi strutturali tal-UE għall-2014-2020. Is-sejħa għall-azzjoni saret wara li l-membri tal-Kumitat tal-Iżvilupp Reġjonali tal-Parlament Ewropew adottaw serje ta’ rapporti li fil-prinċipju jaqblu dwar riforma radikali tal-politika reġjonali.

Ir-rapporti jirriflettu l-eżitu tan-negozjati bejn il-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew u l-Istati Membri dwar tibdil mifrux fil-mod kif jitmexxew il-programmi ta' politika reġjonali sabiex ikollhom impatt massimu. L-approċċ il-ġdid jiffoka l-akbar parti tal-investimenti tal-UE fuq oqsma ewlenin għat-tkabbir u l-impjiegi. Jitlob li jkun hemm miri biex ikunu jistgħu jitkejlu r-riżultati u jistabbilixxi kundizzjonijiet ġodda għall-finanzjament.

Meta tkellem wara li ttieħed il-vot, il-Kummissarju Hahn qal, "Fl-aħħar Kunsill Ewropew, l-UE appellat biex l-Istati Membri jaċċelleraw l-użu tal-fondi strutturali u ta' investiment Ewropej għat-tkabbir u l-impjiegi. Il-vot tal-lum jagħtihom l-għodda biex jaġixxi. M'għandniex żmien x’nitilfu. B'dawn ir-riformi l-politika reġjonali tal-UE se tiġi mgħammra biex tindirizza l-ostakli ewlenin tal-UE għal tkabbir fit-tul. Huma jiffokaw l-investimenti tagħna fuq l-oqsma ewlenin għal żvilupp ekonomiku: L-appoġġ għall-SMEs, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-aġenda diġitali u l-ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju — kif stabbilit fl-aġenda ta’ tkabbir Ewropa 2020. Permezz ta’ dawn ir-riformi, qegħdin nimmodernizzaw il-politika sabiex noħorġu b’riżultati tanġibbli u prestazzjoni aħjar. U b’mod kruċjali l-politika l-ġdida tagħna se timmobilizza l-potenzjal sħiħ tar-reġjuni tal-Ewropa biex din l-aġenda tkun tista' titwettaq.”

Il-Kummissarju Hahn żied jgħid, "Nixtieq nagħti ġieħ b'mod partikolari lill-isforzi tal-President tal-Kumitat tal-Iżvilupp Reġjonali Danuta Hübner, kif ukoll lill-parlamentari Ewropej li fasslu dawn ir-rapporti. Hi u l-kollegi tagħha ħadmu qatigħ biex jgħinuna nfasslu l-politika tagħna biex iservu l-għan li huma maħsuba għalih. Issa huwa f’idejn l-Istati Membri, ir-reġjuni u l-bliet tagħhom, biex jieħdu 'l quddiem il-preparazzjonijiet għall-perjodu li jmiss. "

Il-ftehim preliminari tal-lum ikopri l-biċċa l-kbira tal-pakkett ta’ riforma għall-Politika Reġjonali. Filwaqt li jkomplu n-negozjati dwar il-kwistjonijiet li fadal, bħalma huma r-riżerva tal-prestazzjoni u l-kundizzjonalità makroekonomika, il-miżuri approvati llum jipprovdu bażi soda biex l-ipprogrammar jipproċedi. Huma jistabbilixxu r-regoli li se jagħtu sura lill-objettivi ewlenin u l-prijoritajiet ta’ finanzjament li għandhom jiġu stabbiliti fil-“ftehimiet ta’ sħubija” bejn kull Stat Membru u l-Kummissjoni Ewropea. Dawn huma l-punti tat-tluq għall-programmi nazzjonali u reġjonali aktar dettaljati.

F’xi Stati Membri tlestew l-abbozzi tal-ftehimiet ta’ sħubija. Il-Kummissjoni tistenna li dawn kollha jkunu lesti sa tmiem din is-sena biex ikun jista' jintlaħaq qbil dwar il-programmi kollha fl-ewwel parti tal-2014 sabiex ikun jista' jiġi indirizzat mingħajr dewmien l-investiment lejn it-tkabbir u l-impjiegi.

L-elementi ewlenin tar-riforma kkonfermati mill-vot tal-lum:

  • L-iffokar tal-investimenti fuq oqsma ewlenin għat-tkabbir u l-impjiegi kif imfisser fl-istrateġija Ewropa 2020 permezz ta’ sett komuni ta’ regoli li japplikaw għall-ħames Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment (il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd)

  • Il-biċċa l-kbira tal-baġit għandu jiġi kkonċentrat fuq ftit prijoritajiet marbuta mill-qrib mal-istrateġija għal tkabbir UE 2020. B’mod partikolari:

  • Bejn 50 % u 80 % tal-baġit tal-FEŻR jiġi kkonċentrat fuq miżuri li jappoġġaw l-innovazzjoni u r-R&Ż, l-aġenda diġitali, il-kompetittività tal-SMEs, u l-bidla lejn ekonomija b’livell baxx ta’ karbonju.

  • Fejn tidħol l-ekonomija b’livell baxx ta’ karbonju jkun hemm obbligu ulterjuri li jiġi allokat mill-inqas bejn 12 % u 20 % għall-effiċjenza fl-enerġija u l-enerġija li tiġġedded.

  • L-Istati Membri u r-reġjuni jistabbilixxu miri ċari u li jistgħu jitkejlu dwar l-impatt tal-investimenti. Jitkejjel il-progress u jiġi kkomunikat.

  • Miżuri biex titnaqqas il-burokrazija u jiġi ssimplifikat l-użu tal-fondi tal-UE: regoli aktar komuni fost il-fondi kollha, rappurtar aktar immirata iżda anqas voluminuż, aktar użu mit-teknoloġija diġitali (“e-cohesion”).

L-isfond

Il-Kummissjoni adottat il-proposti leġiżlattivi tagħha għall-2014-2020 fis-6 ta’ Ottubru 2011.

Politika Reġjonali tal-UE 2014-2020: proposti leġiżlattivi

Il-karatteristiċi ewlenin kienu dimensjoni strateġiku msaħħa tal-politika biex tiżgura li l-investiment tal-UE jkun immirat lejn il-miri għat-tul tal-Ewropa għat-tkabbir u l-impjiegi (Ewropa 2020) kif ukoll enfasi qawwija fuq ir-riżultati.

Il-prinċipju ta’ sħubija mal-awtoritajiet reġjonali u lokali, l-imsieħba ekonomiċi u soċjali u korpi li jirrappreżentaw is-soċjetà ċivili huma element ewlieni tal-politika l-ġdida, b’mod partikolari permezz tal-adozzjoni ta’ kodiċi ta' kondotta Ewropew dwar is-sħubija.

Għal aktar tagħrif:

Rapporti li dwarhom intlaħaq qbil illum fil-Kumitat tar-REGI tal-PE (meta disponibbli)

Filmat tal-votazzjoni fil-Kumitat REGI disponibbli fuq EbS

MEMO/13/678: Aktar tagħrif u sensiela ta' mistoqsijiet bi tweġiba fuq ir-riforma tal-politika ta’ koeżjoni.

https://www.yammer.com/regionetwork

Twitter @EU_Regional @JHahnEU

Kuntatti:

Shirin Wheeler (+32 2 296 65 65)

Annemarie Huber (+32 2 299 33 10)


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website