Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

L-UE u l-industriji jgħaqqdu l-isforzi tagħhom biex jinvestu €22 biljun fir-riċerka u l-innovazzjoni

Commission Européenne - IP/13/668   10/07/2013

Autres langues disponibles: FR EN DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO GA HR

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, l-10 ta' Lulju 2013

L-UE u l-industriji jgħaqqdu l-isforzi tagħhom biex jinvestu €22 biljun fir-riċerka u l-innovazzjoni

Il-Kummissjoni Ewropea, l-Istati Membri tal-UE u l-industriji Ewropej se jinvestu aktar minn €22 biljun matul is-seba’ snin li ġejjin fl-innovazzjoni għas-setturi li jipprovdu impjiegi ta’ kwalità għolja. Il-biċċa l-kbira tal-investiment se jingħata lil ħames sħubijiet pubbliċi-privati fil-mediċini innovattivi, l-aeronawtika,l-industriji b'bażijiet bijoloġiċi, iċ-ċelloli tal-fjuwil u l-idroġenu, u l-elettronika. Dawn is-sħubijiet ta’ riċerka se jagħtu spinta lill-kompetittività tal-industrija tal-UE f'setturi li diġà jipprovdu aktar minn 4 miljun impjieg. Se jsibu wkoll soluzzjonijiet għall-isfidi ewlenin għas-soċjetà li mhumiex qed jiġu solvuti malajr biżżejjed mis-suq waħdu, bħat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-karbonju, jew il-forniment tal-antibijotiċi lill-ġenerazzjoni li jmiss (MEMO/13/669). Il-pakkett jipproponi wkoll estensjoni ta’ inizjattiva biex jinġabar l-investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni fil-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru, b'appoġġ għall-Ajru Uniku Ewropew (IP/13/664).

José Manuel Barroso, il-President tal-Kummissjoni Ewropea, qal: "L-UE għandha tibqa’ mexxejja fis-setturi tat-teknoloġija globali strateġiċi li jipprovdu impjiegi ta’ kwalità għolja. Sabiex dan iseħħ, il-pakkett ta' investiment tal-innovazzjoni ser jgħaqqad il-finanzjament pubbliku u privat. Din hija turija perfetta għaliex il-baġit tal-UE huwa baġit għat-tkabbir."

Il-proposta ta' investiment ta’ €8 biljun għall-programm ta’ riċerka u innovazzjoni tal-UE li jmiss, Orizzont 2020, se tiżgura madwar €10 biljun mill-industrija, u qrib l-€4 biljun mill-Istati Membri tal-UE.

Máire Geoghegan-Quinn, il-Kummissarju Ewropew għar-Riċerka, l-Innovazzjoni u x-Xjenza, qalet: "Dawn l-inizjattivi mhux biss isaħħu l-ekonomija tagħna, iżda huma investiment fi kwalità ta’ ħajja aħjar. Billi naħdmu flimkien, se nkunu nistgħu nindirizzaw kwistjonijiet li l-ebda kumpanija jew pajjiż ma jistgħu jindirizzaw waħidhom.”

Il-ħames sħubijiet pubbliċi-privati, imsejħa “Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti” (l-ITKs), huma:

  • Mediċini Innovattivi 2 (IMI2): għall-iżvilupp ta' vaċċini, mediċini u trattamenti tal-ġenerazzjoni li jmiss, bħal antibijotiċi ġodda (Link għall-iskeda informattiva)

  • Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 (FCH2): biex jitwessa' l-użu ta’ teknoloġiji nodfa u effiċjenti fit-trasport, l-industrija u l-enerġija (Link għall-iskeda informattiva)

  • Clean Sky 2 (CS2): għall-iżvilupp ta' inġenji tal-arju aktar nodfa, inqas storbjużi u li jipproduċu anqas emissjonijiet tad-CO2 (Link għall-iskeda informattiva)

  • L-Industriji Bbażati fuq il-Prodotti Bijoloġiċi (BBI): għall-użu ta' riżorsi naturali li jiġġeddu u teknoloġiji innovattivi għal prodotti aktar ekoloġiċi fil-ħajja ta’ kuljum (Link għall-iskeda informattiva)

  • Komponenti u Sistemi Elettroniċi (ECSEL): għat-titjib tal-kapaċitajiet tal-Ewropa fl-immanifatturar tal-elettronika (Link għall-iskeda informattiva u MEMO/13/673)

Il-kuntest

L-ITK huma miftuħa għal firxa wiesgħa ta’ industriji madwar l-Ewropa, li jinkludu l-SMEs, u t-tipi kollha ta’ organizzazzjonijiet ta’ riċerka jistgħu japplikaw għall-finanzjament. Il-Kummissjoni żviluppat inizjattivi ġodda bi sħubija mill-qrib mal-industriji, li min-naħa tagħhom impenjaw ammont sostanzjali ta' riżorsi finanzjarji. Ġew introdotti bidliet kbar biex tiġi indirizzata l-kritika li l-inizjattivi attwali huma wisq kumplessi u diffiċli biex dawk interessati jipparteċipaw fihom.

L-ITK tal-Inizjattiva Mediċini Innovattivi, Clean Sky u ċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu diġà jeżistu kollha, filwaqt li l-ITK tal-Elettronika se tgħaqqad żewġ sħubijiet attwali. L-ITK tal-Industriji b'bażi bijoloġika hija inizjattiva ġdida. Issa neħtieġu proposti leġiżlattivi ġodda sabiex jiġu stabbiliti l-inizjattivi taħt il-programm ta’ riċerka u innovazzjoni tal-UE li jmiss, Orizzont 2020, li huwa soġġett għall-approvazzjoni mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

Il-pakkett jinkludi wkoll erba’ sħubiji pubbliċi-pubbliċi bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri tal-UE: trattamenti ġodda kontra l-mard relatat mal-faqar, teknoloġiji tal-kejl għall-kompetittività industrijali, appoġġ għal SMEs ta' teknoloġija avvanzata, u soluzzjonijiet għall-anzjani u l-persuni b’diżabilità biex dawn jgħixu mingħajr periklu fi djarhom.

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni li takkumpanja l-proposti leġiżlattivi tistabbilixxi wkoll kif il-Kummissjoni beħsiebha ssaħħaħ l-involviment industrijali fl-Orizzont 2020 permezz ta’ aktar sħubijiet pubbliċi-privati, bħal fl-oqsma tal-Vetturi Ekoloġiċi, tal-Bini Effiċjenti fl-Użu tal-Enerġija, il-Fabbriki tal-Futur, l-Industriji tal-Ipproċessar Sostenibbli, ir-Robotika u l-Fotonika.

Ħoloq

Komunikazzjoni

Orizzont 2020

Kuntatti :

Michael Jennings (+32 2 296 33 88) Twitter: @ECSpokesScience

Inma Martínez García (+32 2 298 73 03)

Il-Pakkett ta’ Investiment tal-Innovazzjoni — l-investimenti totali (2014-20) (f’€ miljuni)

Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti

ITK      

UE (Orizzont 2020) + l-Istati Membri tal-UE (għall-elettronika biss)

L-Industriji

Għadd totali

L-Inizjattiva Mediċini Innovattivi 2

€1725

€1725

€3450

Ċelloli tal-Fjuwil u Idroġenu 2

€700

€700

€1400

Clean Sky 2

€1800

€2250

€4050

Industriji b'bażijiet bijoloġiċi

€1000

€2800

€3800

Komponenti u Sistemi Elettroniċi:

€1215 (+ €1200 mill-Istati Membri tal-UE)

€2400

€4815

ITKs Totali

€7640 (€6440 mill-Orizzont 2020 + €1200 mill-Istati Membri tal-UE)

€9 875

€17 515

Programmi Konġunti mal-Istati Membri

Sħubija pubblika-pubblika

L-UE (Orizzont 2020)

L-Istati Membri

Għadd totali

Is-Sħubija għall-Provi Kliniċi bejn Pajjiżi Ewropej u Pajjiżi li qed Jiżviluppaw 2 (EDCTP 2)

€683

€683

€1366

Il-Programm Ewropew ta' Riċerka dwar il-Metroloġija (EMRP)

€300

€300

€600

Eurostars 2 (għall-SMEs)

€287

€861

€1148

Il-Programm ta' Żvilupp u ta' Riċerka tal-Għajxien attiv u Megħjun (Active and Assisted Living)

€175

€175

€350

Programmi konġunti totali

€1445

€2019

€3464

L-Impriża Konġunta SESAR.

IK

L-UE (Orizzont 2020)

L-Eurocontrol u membri oħra

Għadd totali

Is-Sistema Ewropea għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru (SESAR)

€600

€1000

€1600

TOTALI

€22579


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site