Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

Il-veloċità neċessità: Biex ikollhom aktar veloċità, 45 % tal-utenti tal-internet Ewropej lesti jaġġornaw l-internet jew jibdlu l-fornitur tagħhom

Commission Européenne - IP/13/660   08/07/2013

Autres langues disponibles: FR EN DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO HR

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, it-8 ta’ Lulju 2013

Il-veloċità neċessità: Biex ikollhom aktar veloċità, 45 % tal-utenti tal-internet Ewropej lesti jaġġornaw l-internet jew jibdlu l-fornitur tagħhom

Skont l-aħħar stħarriġ li sar mal-UE kollha, dwar kif l-Ewropej jużaw l-internet, il-veloċità tal-Internet qed issir kwistjoni importanti għall-utenti tal-internet. Bħala l-aktar fattur importanti fl-għażla tal-pjan tal-internet, kważi nofs (45 %) l-unitajiet domestiċi Ewropej lesti jaġġornaw l-abbonament tal-internet jew jidblu l-fornitur tagħhom għal broadband aktar veloċi, biex b'hekk tonqos id-diskrepanza mal-prezz.

Skont Neelie Kroes, il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea: "Il-konsumaturi jinteressahom dejjem aktar li jkollhom internet veloċi biżżejjed biex pereżempju jkunu jistgħu jaraw il-filmati. U għal min imexxi negozju mid-dar, il-veloċità hi kwistjoni wkoll ta' kompetittività. Issa meta jiġu biex jagħżlu, il-konsumaturi qed iqisu l-veloċità kif ukoll il-prezz."

L-istħarriġ sab ukoll li aktar minn nofs (54 %) l-unitajiet domestiċi jitħassbu dwar l-ispiża u allura jillimitaw it-telefonati tagħhom bil-mowbajl lejn pajjiżhom u barra minn pajjiżhom. Kroes qalet "Dan huwa ż-żmien tal-ismartphones, meta servizzi mobbli ta’ kwalità għolja huma parti essenzjali mill-ħajja ta’ kuljum. Mhuwiex aċċettabbli li nofs il-popolazzjoni għandha tillimita t-telefonati tagħha minħabba l-kwistjonijiet tal-ispiża, u mhux aċċettabbli li n-nuqqas ta’ suq uniku konness qed jinkoraġġixxi dawn il-limitazzjonijiet." Madankollu, l-istħarriġ tal-2013 wera tnaqqis ta' 11 % (minn 60 % għal 49 %) fl-għadd ta' dawk imħassba mill-prezz tat-telefonati lejn netwerks li mhumiex in-netwerks domestiċi tagħhom stess. Dan juri ċar u tond li l-isforzi tal-Kummissjoni biex tnaqqas ir-rati ta’ terminazzjoni tas-servizzi mobbli qed ikollhom effett pożittiv fuq il-konsumatur.

Minn dan l-istħarriġ tal-Ewrobarometru joħroġ ukoll li:

Il-veloċità hija iżjed u iżjed importanti

  1. Effettivament il-kompetizzjoni ħolqot prezzijiet raġonevoli, iżda jeħtieġ li tingħata aktar attenzjoni sabiex ikun żgurat li tiġi ssodisfata d-domanda għal veloċitajiet ogħla.

  2. Madwar 40 % sabuha diffiċli jaċċessaw il-kontenut u l-applikazzjonijiet fuq l-internet għax m'għandhomx veloċità jew kapaċità biżżejjed biex iniżżlu.

Il-kwalità tas-servizz

  1. 20 % qalu li xi kultant sabuha diffiċli jaċċessaw kontenut online jew l-apps tal-mowbajls ibblukkaw. (sa 4 pp f’Diċembru 2011). Dan ġara l-aktar meta ppruvaw jaraw il-filmati (42 %), jisimgħu l-mużika (22 %), iniżżlu kontenut tal-filmat bla ħlas (22 %), jaraw avvenimenti live (20 %) jew jilagħbu logħob online (19 %).

  2. Il-kwalità tajba tal-ħoss kienet kwistjoni. Meta mqabbla ma' 49 % għal-linji fissi u 25 % għat-telefonati bl-internet, 38 % biss qablu li l-kwalità tal-ħoss fuq il-mowbajl tagħhom hi tajba ħafna.

Internet miftuħ u newtrali

  1. Il-blokok tal-filmati huma l-aktar kwistjoni tedjani fejn jidħlu n-newtralità tal-internet u d-drittijiet tal-awtur.

  2. 34 % tal-adulti jużaw is-servizzi tat-telefonati VOIP (żdiedu minn 27 % fl-2012).

Ix-xejriet fix-xiri

  1. 44 % tal-unitajiet domestiċi għandhom mill-inqas abbonament tal-internet mobbli wieħed (żdiedu minn 30 % fl-2012).

  2. 45 % tal-unitajiet domestiċi jixtru pakkett ta' servizzi tal-komunikazzjoni (eż. taħlita ta’ servizzi tat-televiżjoni, broadband, telefown, u mowbajl) mingħand l-istess fornitur (45 %).

  3. 40 % (tal-45 % tal-unitajiet domestiċi) ikkunsidraw li jbiddlu l-fornitur tal-pakkett tagħhom, iżda 29 % jidhrilhom li mhux faċli tqabbel it-termini tal-pakketti.

Il-kuntest

L-Istħarriġ dwar il-Komunikazzjoni Elettronika fl-Unitajiet Domestiċi ilu jsir kull sena mill-2006 – ir-rapport sħiħ se jiġi ppubblikat fil-ġimgħat li ġejjin.

L-istħarriġ għandu l-għan li jappoġġa l-iżvilupp tal-politika fil-qasam tal-komunikazzjoni elettronika billi sikwit jinġabru l-fatti u x-xejriet dwar l-imġiba tal-unitajiet domestiċi u l-individwi fejn jidħol il-forniment tas-servizzi ewlenin tal-komunikazzjoni elettronika.

It-tagħrif ta' dan l-istħarriġ inġabar f'Marzu 2013. 27,786 rispondent, minn gruppi soċjali u demografiċi rappreżentattivi differenti tal-popolazzjoni tal-UE, ġew intervistati wiċċ imb'wiċċ fid-dar tagħhom. Billi t-tagħrif inġabar qabel d-data uffiċjali tas-sħubija tal-Kroazja fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Lulju 2013, ir-riżultati huma ppreżentati għall-UE27 u l-Kroazja, u l-medji tal-UE jirreferu għal UE27 biss.

Links utli

It-tabella ta' valutazzjoni tal-Agenda Digitali

L-Aġenda Diġitali

Neelie Kroes

Segwi lil Neelie fuq Twitter

Kuntatti:

Email: comm-kroes@ec.europa.eu Tel: +32.229.57361 Twitter: @RyanHeathEU


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site