Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, it-8 ta' Lulju 2013

Il-Kummissjoni tagħti finanzjament lil 18-il inizjattiva Ewropea għall-mobbiltà sostenibbli

Bħala parti mill-kampanja tagħha ta' tliet snin għall-Mobbiltà Urbana Sostenibbli bl-isem "Do The Right Mix" (ikkombina tajjeb), illum il-Kummissjoni Ewropea ħarġet l-ismijiet ta' 18-il azzjoni mmexxija minn kampanja li se jingħataw finanzjament. Kull azzjoni se tieħu sa EUR 7000 u dawn jistgħu jintużaw biex jissaħħu l-attiviatajiet li jippromwovu l-mobbiltà urbana sostennibbli, jiġifieri minn korsijiet tar-rota sa użu kondiviż tal-karozzi, attivtajiet li jferrħu t-tfal u aktar.

Il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Siim Kallas, li hi responsabbli mit-trasport qalet "Li tinħoloq il-kultura ta' mobbiltà urbana sostenibbli hija sfida. Iżda wara li rnexxiet l-ewwel sejħa għal finanzjament fl-2012, jidhrilna li hemm bosta u bosta Ewropej li lesti jilqgħu din l-isfda. Irridu nappoġġawhom kemm jista' jkun u ngħinuhom jinbidlu b'mod pożittiv mill-qiegħ."

Minn mindu tnediet il-kampanja fl-2012, fuq il-website ewlenija www.dotherightmix.eu ġew irreġistrati kważi 380 azzjoni ta' mobbiltà urbana. L-azzjonijiet li qed isiru bħalissa u li jridu jsiru, qed jidhru fuq il-Mappa tal-Mobbiltà, li permezz tagħha l-attivisti jkollhom stampa ċara ta' x'qed jiġri mal-Ewropa kollha. It-tieni sejħa għal finanzjament laqgħet 74 applikazzjoni mingħand 18-il pajjiż eleiġibbli. It-tielet u l-aħħar sejħa għal finanzjament tal-mobbiltà sostenibbli se tiftaħ f'Marzu 2014

Bħas-sena ta’ qabel, il-gruppi ta’ individwi kif ukoll l-entitajiet mhux kummerċjali (l-iskejjel, l-NGOs, l-amministrazzjonijiet pubbliċi, u l-bqija) kienu eliġibbli biex japplikaw. Iżda attivisti fil-Bulgarija, il-Greċja, l-Italja, il-Latvja, ir-Rumanija u r-Renju Unit kienu, ma kinux mistiedna japplikaw għax dawn il-pajjiżi diġà ħadu appoġġ immirat biex iwaqqfu kampanji nazzjonali. L-applikanti rebbieħa għażilhom bord ta' mħallfin esperti, ilkoll b'esperjenza fil-qasam tal-mobbiltà sostenibbli

Il-kampanja tal-Mobbiltà Urbana Sostenibbli tal-Kummissjoni Ewropea hi relatata mal-Ġimgħa Ewropea tal-Mobbiltà, li ssir mis-16 u sat-22 ta' Settembru kull sena u tintemm bil-Ġurnata "In Town Without My Car!" (fil-belt mingħajr karozzi). Il-kampanja hija ffinanzjata bil-Programm Eweopew għall-Enerġija Intelliġenti — il-programm ta' appoġġ tal-UE għal azzjonijiet mhux teknoloġiċi fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika u sorsi rinovabbli tal-enerġija.

Għal aktar tagħrif:

Il-lista sħiħa tar-rebbieħa

"Do The Right Mix" fuq Twitter u fuq Facebook

Segwi lill-Viċi President Kallas fuq Twitter

Kuntatti:

Helen Kearns (+32 2 298 76 38)

Dale Kidd (+32 2 295 74 61)


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site