Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell/Leipzig, it-2 ta' Lulju 2013

It-tnedija tal-Alleanza Ewropea għall-Apprendistati

L-Alleanza Ewropea għall-Apprendistati ġiet imnedija llum mill-Kummissarji Androulla Vassilliou (Edukazzjoni, Kultura, Multilingwiżmu u Żgħażagħ) u László Andor (Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni) waqt il-kompetizzjoni WorldSkills f'Leipzig, il-Ġermanja. L-Alleanza se tgħin biex jiġi miġġieled il-qgħad fost iż-żgħażagħ bit-titjib tal-kwalità, u bil-ħolqien ta' apprendistati madwar l-UE, permezz ta' sħubija wiesgħa tal-partijiet interessati ewlenin fl-impjieg u l-edukazzjoni. L-Alleanza għandha wkoll l-iskop li tibdel l-attitudnijiet dwar l-apprendistati. Se tidentifika b'mod partikolari l-iktar skemi ta' apprendistat li s'issa kienu ta' suċċess fl-UE, u tapplika soluzzjonijiet xierqa f'kull Sat Membru.

L-Alleanza hija appoġġata mill-ewwel Dikjarazzjoni konġunta tal-Kummissjoni Ewropea, il-Presidenza tal-Kunsill tal-Ministri tal-UE u organizzazzjonijiet fil-livell Ewropew tat-trejdjunjins u tal-impjegaturi (il-Konfederazzjoni Ewropea tat-Trejdjunjins) - ETUC, BusinessEurope, iċ-Ċentru Ewropew ta' Intrapriżi b'Parteċipazzjoni Pubblika u ta' Intrapriżi ta' Interess Ekonomiku Ġenerali - CEEP u l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Artiġjanat u tal-Intrapriżi Żgħar u Medji - UAPME). L-Alleanza tħeġġeġ miżuri li se jkunu appoġġati mill-Fond Soċjali Ewropew, l-Inizjattiva favur l-Impjiegi taż-Żgħażagħ u l-Erasmus+, il-programm ġdid tal-UE għall-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ.

"Aħna nsejħu lill-partijiet interessati kollha biex jingħaqdu mal-Alleanza Ewropea għall-Apprendistati u jagħtu sehemhom għal żieda fl-għadd u fil-kwalità tal-apprendistati fl-Ewropa" qalu l-Kummissarji fi stqarrija konġunta. "L-Apprendistati jista' jkollhom rwol ewlieni fil-ħidma kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ billi jagħtu liż-żgħażagħ il-ħiliet u l-esperjenza mfittxa mill-impjegaturi."

Pajjiżi b'sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali (ETV) b'saħħithom, bħall-Ġermanja, id-Danimarka, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Awstrija, għandhom tendenza li jkollhom inqas qgħad fost iż-żgħażagħ. Il-Kummissjoni tikkonferma din l-analiżi fl-aħħar Reviżjoni ta' Kull Tliet Xhur tal-Qagħda Soċjali u tax-Xogħol fl-Ewropa, li tindika li l-apprendistati u l-iskemi ta' taħriġ ħafna drabi jwasslu għal impjieg permanenti (ara IP/13/601). Din hija r-raġuni għala l-apprendistati huma element ewlieni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ, proposta mill-Kummissjoni bħala parti mill-Pakkett tal-Impjiegi għaż-Żgħażagħ f'Diċembru 2012 (ara IP/12/1311 u MEMO/12/938) u adottata mill-Kunsill f'April 2013.

Il-Kummissarja Vassiliou saħqet li "Għandna bżonn naħdmu flimkien u naġixxu issa biex niżguraw li ż-żgħażagħ tagħna jiksbu l-ħiliet li jeħtieġu biex jagħmlu suċċess fil-ħajja personali u professjonali tagħhom". Il-Kummissarju Andor żied jgħid: "Fid-dawl tal-livelli inaċċettabbli ta' qgħad fost iż-żgħażagħ, teżisti l-ħtieġa urġenti li dawk li huma repsonsabbli għall-edukazzjoni u l-impjiegi jaħdmu flimkien biex iħaffu t-tranżizzjoni tal-Ewropej żgħażagħ mill-iskola għad-dinja tax-xogħol."

L-Alleanza se tappoġġa riformi nazzjonali li jkollhom l-għan li jwaqqfu jew isaħħu skemi ta' apprentistat. Il-Kummissjoni tistieden lis-sħab potenzjali kollha biex jingħaqdu fl-Alleanza: awtoritajiet pubbliċi, negozji, trejdjunjins, kmamar tal-kummerċ, provvedituri tal-edukazzjoni vokazzjonali u t-taħriġ, rappreżentanti taż-żgħażagħ u servizzi għall-impjieg. Il-Kummissjoni qiegħda tħeġġiġhom biex jintrabtu li jżidu l-finanzjament pubbliku u privat għal skemi tat-tip tal-apprendistati.

Permezz tal-iffirmar tagħhom tad-Dikjarazzjoni konġunta, ir-rappreżentanti Ewropej tat-trejdjunjins u l-impjegaturi ntrabtu li jiffukaw l-isforzi tagħhom fis-sitt xhur li ġejjin biex:

  1. ikun hemm sensibilizzazzjoni dwar il-benefiċċji tal-apprendistati għall-impjegaturi u ż-żgħażagħ

  2. ixerrdu l-esperjenza u l-prattiki tajba fl-organizzazzjonijiet tagħhom

  3. iħeġġu u jagħtu pariri lill-organizzazzjonijiet membri tagħhom dwar kif jistgħu jiżviluppaw apprendistati ta' kwalità f'sintonija mal-ħtieġa ta' ħiliet tas-suq tax-xogħol.

Ir-rappreżentanti Ewropej tat-trade unions u l-impjegaturi se jħeġġu lill-membri tagħhom ukoll biex:

  1. jikkooperaw ma' skejjel u servizzi tat-tfittix tal-impjiegi

  2. jappoġġaw it-taħriġ ta' konsulenti esperti u ta' fiduċja fil-kumpaniji u l-indukrar tal-apprendisti

  3. iżidu l-ammont u l-kwalità tal-apprendistati

Il-Kummissjoni ntrabtet li:

  1. tippromwovi t-tagħlim/ir-reviżjoni bejn il-pari biex tappoġġa r-riforma tal-politiki, partikolarment dawk b'rakkomandazzjonijiet li jkunu speċifiċi għal pajjiż u jkunu fir-rigward tal-ETV

  2. tiżgura l-aħjar użu tal-fondi tal-UE biex jikkontribwixxu għall-għanijiet tal-Alleanza (appoġġ għall-iżvilupp fil-livell tas-sistemi, il-kontenut tat-tagħlim u l-mobbiltà tal-apprendisti u l-persunal)

  3. tesplora l-inklużjoni tal-apprendistati fin-netwerk tal-EURES, b'kooperazzjoni fil-qrib mal-partijiet interessati rilevanti

  4. tistieden lill-Eurochambers u partijiet interessati rilevanti oħra biex iwegħdu miżuri li jikkontribwixxu għat-twassil konkret tal-Alleanza.

Johanna Wanka, il-Ministru Federali Ġermaniża għall-Edukazzjoni u r-Riċerka, u Algimanta Pabedinskienė, il-Ministru Litwana għas-Sigurtà Soċjali u x-Xogħol, qegħdin ukoll jieħdu sehem fit-tnedija tal-lum f'isem il-Presidenza tal-UE. Il-Laqgħa ta' Diskussjoni Ewropea għall-Industrijalisti (ERT - European Round Table of Industrialists), li tirrappreżenta 50 kumpanija multinazzjonali li jħaddmu 7 miljun persuna, tappoġġa lill-Alleanza permezz ta' netwerk ta' "ambaxxaturi" tan-negozju. Franco Bernabè, President u Uffiċjal Kap Eżekuttiv ta' Telecom Italia, qal li: "Aħna nappoġġaw b'mod sħiħ din l-Alleanza. Għandna naħdmu flimkien b'modi ġodda biex nibdlu l-attitudnijiet u nżidu l-għadd u l-kwalità tal-apprendistati."

L-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kmamar tal-Kummerċ u l-Industrija (Eurochambres) fi ħsiebha trawwem sħubijiet bbażati fuq dawk li l-membri tagħhom diġà daħlu fihom fil-Ġermanja, Spanja, l-Awstrija, ir-Rumanija u l-Ungerija. Il-Kamra Ekonomika Federali Awstrijaka qiegħda wkoll tmexxi proġett fir-Rumanija u s-Slovakkja biex twaqqaf sistema ta' apprendistat doppju, li tgħaqqad it-tagħlim fi skejjel ETV pubbliċi mal-esperjenza fl-intrapriżi.

Sfond

Il-pjan tal-Kummissjoni Reviżjonit al-Edukazzjoni initiative (see IP/12/1233) and Il-Pakkettgħall-Impjiegifostiż-Żgħażagħ (ara IP/12/1311 u MEMO/12/938). Il-Kunsill Ewropew tas-7-8 ta' Frar 2013 stieden lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi l-Alleanza bħala parti mill-miżuri biex jiġi indirizzat il-qgħad fost iż-żgħażagħ. Din hija wkoll element ewlieni tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Ġunju "Naħdmu flimkien għaż-żgħażagħ tal-Ewropa".

Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-27-28 ta' Ġunju 2013 semmew il-promozzjoni ta' apprendistati ta' kwalità għolja u tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol, notevolment permezz tal-Alleanza Ewropea għall-Apprendistati, bħala element għall-appoġġ tal-impjiegi taż-żgħażagħ.

L-Alleanza Ewropea għall-Apprendistati hija mnedija bħala parti mill-Kompetizzjoni tal-WorldSkills.

Għal aktar tagħrif:

Alleanza Ewropea għall-Apprentistati http://ec.europa.eu/apprenticeships-alliance

Miżuri tal-UE biex jiġi indirizzat il-qgħad fost iż-żgħażagħ: MEMO/13/464

Il-Kummissjoni Ewropea: Edukazzjoniutaħriġ / Impjiegi għaż-Żgħażagħ

Is-sit tal-internet ta' Androulla Vassiliou

Is-sit tal-internet ta' László Andor

Segwi lil Androulla Vassiliou fuq Twitter @VassiliouEU

Segwi lil László Andor fuq Twitter @LaszloAndorEU

Kuntatti:

Dennis Abbott (+32 2 295 92 58); Twitter: @DennisAbbott

Dina Avraam (+32 2 295 96 67)

Jonathan Todd (+32 229-94107)

Cécile Dubois (+32 229-51883)


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website