Navigation path

Left navigation

Additional tools

It-Tixjiħ Attiv u f’Saħħtu: Bliet u reġjuni tal-UE jiġu kklassifikati f'kategoriji ta' stilel meta jirrikonoxxu proġetti eċċellenti

European Commission - IP/13/633   02/07/2013

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, it-2 ta' Lulju 2013

It-Tixjiħ Attiv u f’Saħħtu: Bliet u reġjuni tal-UE jiġu kklassifikati f'kategoriji ta' stilel meta jirrikonoxxu proġetti eċċellenti

Tnejn u tletin belt u reġjun madwar l-Ewropa ġew ippremjati għal modi ġodda ta' kif jiġu megħjuna l-anzjani. Dawn ir-rebbieħa ilhom jimplimentaw soluzzjonijiet innovattivi, teknoloġiċi, soċjali jew organizzazzjonali biex itejbu l-effiċjenza tas-sistemi tal-kura soċjali u tas-saħħa, u ġew ippreżentati bi premijiet mill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Neelie Kroes, li hija responsabbli mill-Aġenda Diġitali.

Ir-rebbieħa li ngħataw il-premjijiet kienu mir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, l-Irlanda, l-Italja, il-Portugall, Spanja, l-Isvezja, il-Pajjiżi l-Baxxi u r-Renju Unit. Tlettax-il sit ta’ referenza rċevew tliet stilel, tnax-il sit żewġ stilel u seba' siti stilla waħda (ara l-Anness u l-katalogu għad-dettalji kollha).

Neelie Kroes qalet: "Kulħadd irid ikun indipendenti huwa u jikber fl-età, u kulħadd fl-Ewropa għandu jkollu dan iċ-ċans. Jekk nippremjaw l-aktar ideat li jagħmlu suċċess nistgħu nxerrduhom u nagħtu lil kull persuna anzjana din l-opportunità."

Il-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa, Tonio Borg qal "Ninsab kuntent li r-rappreżentanti ta’ dawn it-32 sit ġew Brussell biex jaqsmu l-ideat u l-opinjonijiet tagħhom. Huwa importanti li dawn il-każijiet ta’ kif l-innovazzjoni diġà qed tintuża sabiex tgħin liċ-ċittadini anzjani tagħna jgħixu ħajja b’saħħitha u attiva jservu ta’ ispirazzjoni għalina lkoll. It-tħaddim fuq skala kbira ta’ dawn is-soluzzjonijiet huwa l-pass li jmiss."

Hemm sitt kategoriji ta' innovazzjoni fis-Sħubija għal Innovazzjoni dwar it-Tixjiħ Attiv u b'Saħħtu tal-Kummissjoni: il-konformità medika, il-prevenzjoni mill-waqgħat, il-fraġilità u l-malnutrizzjoni, il-kura integrata, l-għajxien indipendenti u l-ambjenti kompatibbli mal-età. Xi eżempji ta' prattiki tajbin huma:

  • Andalusia, Spanja integrat elettronikament l-informazzjoni tas-saħħa tat-8,5 miljun abitant kollha tagħha, ottimizzat il-koordinazzjoni tal-kura tas-saħħa u l-kura soċjali tagħhom, u tejbet is-servizzi soċjali għal kważi 1,3 miljun ċittadin tagħha ta’ 'l fuq minn 65 sena.

  • L-Iskozja ppreżentat għodda għall-previżjoni tar-riskju sabiex b'mod antiċipat tingħata kura sabiex jintlaħaq l-għan tagħha fejn kulħadd jgħix ħajja itwal u iktar b’saħħitha f’daru, jew f’ambjent ta' dar sal-2020. Ir-riżultat kien inqas ammissjonijiet fl-isptarijiet, perjodi iqsar fl-isptar, u ffrankar nett ta’ £190 għal kull pazjent.

  • Ir-reġjun Bask fi Spanja, qed juża 14-il-proġetti tal-ICT sabiex jimplimenta l-istrateġija tiegħu dwar il-kundizzjonijiet kroniċi. S’issa dan naqqas bi 38 % ir-rikoverar fl-isptar ta' każijiet gravi ħafna u b'26 % iż-żjarat ta' emerġenza.

  • L-Università ta’ Coimbra, il-Portugall, tappoġġja ekosistema olistika ta' partijiet interessati sabiex timplimenta prattiki innovattivi. Kien hemm riżultati pożittivi fil-qasam tat-tixjiħ konoxxittiv, tad-demenzja u tad-deterjorament tal-vista, b’1350 pazjent li kull sena jiġu eżaminati minn speċjalisti, u bil-ħolqien ta’ 'l fuq minn 100 impjieg.

Sfond

F’Diċembru 2011, il-Kummissjoni Ewropea nediet l-ewwel Sħubija għal Innovazzjoni dwar it-Tixjiħ Attiv u b'Saħħtu (EIP AHA), bil-mira ewlenija li n-numru ta’ snin ta’ ħajja b’saħħitha fl-Ewropa jiżdied b'sentejn sal-2020. Pjan Strateġiku ta' Implimentazzjoni tas-Sħubija (SIP), jistabbilixxi tliet modi ta’ ħidma: Gruppi ta' Azzjoni, Siti ta' Referenza u Suq Diġitali għall-ideat innovattivi.

Is-Siti ta’ Referenza huma koalizzjonijiet ta’ reġjuni, bliet, sptarijiet integrati jew organizzazzjonijiet tal-kura li għandhom l-għan li jipprovdu eżempji konkreti ta’ servizzi innovattivi b’valur miżjud ippruvat għaċ-ċittadini u għas-sistemi tal-kura fir-reġjuni tal-UE. Xi wħud minnhom kkontribwew għat-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi fiż-żoni tagħhom, ħafna minnhom estendew l-aħjar prattiki tagħhom, mil-livell lokali għal dak reġjonali jew nazzjonali.

Tnieda Suq Diġitali għall-ideat innovattivi sabiex jiġu involuti aktar partijiet interessati fil-proċess ta’ innovazzjoni tal-EIP-AHA, biex jgħinu fid-disseminazzjoni u t-tqassim tar-riżultati, tal-ideat u tal-inizjattivi, u sabiex tkun iffaċilitata l-kooperazzjoni fi ħdan u bejn il-Gruppi ta’ Azzjoni. Inħolqu konnessjonijiet internazzjonali bl-inizjattiva Silver Economy tal-OECD u bid-WHO (kooperazzjoni f’bosta oqsma relatati mat-tixjiħ u speċifikatament fil-Grupp ta’ Azzjoni għal Ambjenti u Bliet li jiffavorixxu lill-anzjani).

Ħoloq relevanti:

Is-Sħubija Ewropea għal Innovazzjoni dwar it-Tixjieħ Attiv u b'Saħħtu

Fuq Twitter

Fuq Youtube

Involvi ruħek hawm.

Il-Pjanijiet ta' Azzjoni ta' 6 Gruppi ta'Azzjoni tal-EIP

Ktieb ta' Gwida għas-Siti ta' Referenza

Aġenda Diġitali

Neelie Kroes

Segwi lil Neelie fuq Twitter

Kuntatti:

Ryan Heath (+32 2 296 17 16)

Frédéric Vincent (+32 2 298 71 66)

Annex

MS

Reference Site

Description

Stars

Links

CZ

University Hospital Olomouc (with its unit Czech National eHealth Center - NTMC)

The University Hospital Olomouc is a major regional hospital providing general and specialized healthcare services. They are in particular focusing on telemonitoring of patients with advanced heart failure or heart infarct (of myocardium/ AMI).

1

http://www.fnol.cz/

DK

Region of Southern Denmark

Agreement on collaboration between health sectors based on digital technologies, aiming at higher quality, efficiency and patient satisfaction, and better collaboration between all health and social care players in the Region.

3

http://www.regionsyddanmark.dk/wm258038

http://www.improvingchroniccare.org

FL

City of Oulu

Oulu aims at being a global pioneer as a user and developer of wellness technology.

2

http://www.ouka.fi/oulu/english/elderly-people

http://oulu.ouka.fi/ttkaakkuri/en/

FR

Region Ile de France: Assistance Publique-Hopitaux de Paris (APHP)

HTLA: Health Territory Local Agreement. T4H (Technology and Human Help at Home after Hospitalisation)

2

http://prs.sante-iledefrance.fr/

Region Languedoc-Roussillon: Contre les Maladies Chroniques pour un Vieillissement Actif et en bonne sante en Languedoc Roussillon (MACVIA-LR)

The Dossier Pharmaceutique

Early management and coaching for frailty

Interoperable Integrated Care Pathways (ICPs) for co-morbid chronic diseases in the elderly

1

http://www.macvia.cr-languedocroussillon.fr

Region Pays de la Loire: Centre D’Expertise National des Technologies de l’Information et de la Communication pour l’Autonomie (CENTICH)

Regional House for Autonomy and Longevity and the Living Laboratory « Lena»

Hearing Impairments and Low Vision Regional Centre

1

http://www.centich.fr/

The Lower-Rhine Council

« Innovative policy for active and independent ageing » public policy

1

http://bit.ly/12YZplO

DE

Saxon State Ministry for Social Affairs and Consumer Protection

2

https://webgate.ec.europa.eu/eipaha/initiative/index/show/id/218

http://www.mk3.uniklinikum-dresden.de/html/de/praevention/index.html

https://publikationen.sachsen.de/bdb/artikel/11680

IE

Collaboration on Ageing (COLLAGE

The CARTS (Community Assessment of Risk and Treatment Strategies)

Programme aims to delay or prevent functional decline and frailty and 3adverse outcomes: institutionalisation, hospitalisation and death.

3

http://www.collage-ireland.eu/

IT

Regione Liguria

The Memory Training (MT) programme

The Adapted Physical Activity (APA) programmel

1

http://www.regione.liguria.it/argomenti/sanita-e-politiche-sociali.html

Campania Health Care Authority

The “Campania nel Cuore”

The Campania Electronic Health Record (eHR)

2

http://www.beta.regione.campania.it/it/tematiche/sanita

Regione Emilia Romagna: Agenzia Sanitaria e Sociale Regionale dell’Emilia-Romagna (ASSR)

PROFITER

SOLE (Healthcare online) and EHR (Fascicolo Sanitario Elettronico - FSE Emilia-Romagna)

ARIA project

2

http://assr.regione.emilia-romagna.it/it

Regione Friuli Venezia Giulia : Istituto Regionale Rittmeyer per i Ciechi

The Institute provides services for blind and visually impaired people of all ages in education, rehabilitation, social and labour integration, recovery and development of skills.

1

http://www.istitutorittmeyer.it/istit_rittmeyer.html

Regione Piemonte: Assessorato Regionale alla Tutela della Salute, Sanita, Edilizia Sanitaria, Politiche Sociali e per la Famiglia, Coordinamento Interassessorile per il Volontariato(AReSS)

University ‘nurses advanced learning programme’

1

http://www.regione.piemonte.it/sanita/cms/

PT

University of Coimbra (Ageing@Coimbra, consortium)

The University of Coimbra, together with the other members of the consortium “Ageing@Coimbra“ supports a holistic ecosystem of stakeholders and it implements innovative practices to manage cognitive ageing, dementia, vision impairment, human kinetics and mobility.

2

https://webgate.ec.europa.eu/eipaha/initiative/index/show/id/302

ES

Regional Ministry of Health and Social Welfare of Andalusia

Andalusian e-Health Strategy (AeHS)

Andalusian Strategy on Active Ageing (ASAA)

3

http://www.juntadeandalucia.es/salud/sites/csalud/portal/index.jsp

Basque Country

Basque Strategy for the chronic conditions

Extean Ondo pilot project

3

http://cronicidad.blog.euskadi.net

http://www.osasun.ejgv.euskadi.net/r52-ghhome00/eu/

TicSalut/InnohealthHub Catalunya

TicSalut/InnohealthHub Catalunya

NEXES project

MECASS project

3

http://www.ticsalut.cat

Galicia

IANUS system

“Innova Saude” and “Hospital 2050” strategic programs

2

www.sergas.es

Region de Madrid-Consejeria de Sanidad-Hospital Universitario de Getafe

Falls and Fractures Clinic for integrated care programme for older in- and out-patients

3

http://www.madrid.org/cs/Satellite?language=es&pagename=HospitalGetafe%2FPage%2FHGET_home

Departamento de Salud Valencia-La Fe

Electronic Health Care Record and Integrated Information Systems

Integrated Chronic Disease Management Model (GECHRONIC)

3

http://www.lafe.san.gva.es/departamento-de-saludvalencia-la-fe

SE

Region Skane

Action plan to encourage, strengthen and intensify cooperation between home care, primary care and hospital care for the most ill elderly people.

2

http://bit.ly/11Itwce

NL

Province of South Holland: Medical Delta

Leiden Lab on Health&Wellbeing

Walcheren Integrated Care Model (WICM)

Network for integrated falls prevention andManagement

For further information:

society/eip-active-andhealthy-ageing/best-practices

2

http://www.medicaldelta.nl /

Nijmegen: Health Valley

Nijmegen Model of Networking for Active and Healthy Aging

AchterhoekConnect system

Innovation Living and Care Programme

For further information:

http://www.health-valley.nl/

1

Northern Netherlands Provinces Alliance (Samenwerkingsverband Noord-Nederland)

Healthy Ageing Network Northern Netherlands (HANNN)

Groningen Active Living Model (GALM)

EurSafety Health-net

Embrace (SamoOud)

For further information:

http://www.eursafety.eu/

http://www.galm.nl

3

Province of Noord-Brabant: Cooperatie Slimmer Leven 2020 U.A.Innovation network for Active and Healthy Ageing

Care Site online platform

“Zorgcirkels” (Circles of Care) initiative

For further information:

http://www.slimmerleven2020.org/en

3

Region Twente: Municipality of Enschede

The Region Twente builds on the integrated neighbourhood approach to combine social innovation with supportive technology for healthy ageing.

2

U.K.

The Ageing Well in Wales Programme

Welsh Government Strategy for Older People in Wales 2003-23

3

http://www.olderpeoplewales.com/en/Ageingwell/The-programme.aspx

Yorkshire and the Humber Digital Health Community

Yorkshire and the Humber Regional Telehealth Hub

For further information:

3

http://www.airedaledigitalhealthcarecentre.nhs.uk/Telehealth_Hub/

Read a patient’s story: http://bit.ly/105JIb7

Liverpool: Mersey Care NHS Trust on behalf of More Independent (Mi) partnership

More Independent (Mi) programme

2

http://www.moreindependent.co.uk/

NHS24, Acting on behalf of the Scottish Government / NHSScotland

National Telecare Development programme

SPARRA risk prediction tool

National Falls Programme

3

http://www.nhs24.com/

http://www.sctt-wp.scot.nhs.uk/

Department of Health, Social Services and Public Safety, Northern Ireland

Integrated Medicines Management (IMM) service

3

http://www.dhsspsni.gov.uk/


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website