Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

Intlaħaq ftehim dwar il-miżuri ta’ awsterità u r-riformi għas-servizz ċivili Ewropew

Commission Européenne - IP/13/629   28/06/2013

Autres langues disponibles: FR EN DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO HR

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-Istampa

Brussell, 28 Gunju 2013

Intlaħaq ftehim dwar il-miżuri ta’ awsterità u r-riformi għas-servizz ċivili Ewropew

Rappreżentanti tal-Istati Membri llum approvaw pakkett ta’ miżuri ta’ awsterità u riformi għas-servizz ċivili Ewropew li se jiffranka EUR 2.7 biljun sal-2020, u EUR 1.5 biljun fis-sena fuq medda twila ta' żmien.

Huma kkonfermaw ftehim milħuq nhar it-Tlieta (25) mir-rappreżentanti tal-Parlament, il-Presidenza Irlandiża u l-Kummissjoni li diġà kienet appoġġata mill-Kumitat dwar l-Affarijiet Legali tal-Parlament(27) ilbieraħ.

Il-Viċi President Maroš Šefčovič qal: “Nilqa’ bi ħġari d-deċiżjoni tal-Istati Membri u l-Kumitat għall-Affarijiet Legali. Dan il-Ftehim huwa tweġiba xierqa għall-kriżi, li jippriżerva wkoll il-kapaċità tal-istituzzjonijiet Ewropej li jwettqu l-missjonijiet tagħhom. Għalkemm ħadd ma jista’ jkun kompletament sodisfatt bir-riżultat ta’ dan, huwa kompromess raġonevoli. In-negozjati kienu diffiċli ħafna, iżda ninsab kuntent li lħaqna kompromess aċċettabbli. Is-servizz ċivili Ewropew se jkompli jiġi modernizzat, b’mod partikolari permezz ta’ rabta aħjar bejn is-salarji u r-responsabbiltajiet. Kull min jgħaddi minn wieħed mill-proċeduri diffiċli ta’ reklutaġġ għandu jkun lest jaħdem qatigħ għall-Ewropa u għaċ-ċittadini tagħha, inkluż iktar sigħat ta’ xogħol u età akbar tal-irtirar”.

Din il-proposta tinkludi:

• l-iffriżar tal-pensjonijiet u l-pagi għal sentejn.

• Tnaqqis ta’ 5 % tal-persunal fl-Istituzzjonijiet kollha fil-perjodu bejn l-2013 u l-2017. Dan jirrappreżenta 2,500 karigi b’kollox — aktar mill-persunal kollu tal-Qorti tal-Ġustizzja.

• Żieda fil-ġimgħa minima tax-xogħol għall-persunal fl-istituzzjonijiet kollha minn 37 siegħa u nofs għal 40 siegħa, mingħajr kumpens finanzjarju.

• L-età tal-irtirar se togħla minn 63 għal 66 għall-persunal ġdid, u 65 għall-persunal eżistenti. Il-possibbiltà li wieħed jibqa’ jaħdem sakemm jagħlaq 70 se ssir iktar faċli, u se jkun hemm ħolqa ġdida bejn l-età tal-irtirar u l-istennija tal-għomor.

• "Imposta tas-solidarjetà" ġdida ta’ 6 % għandha titħallas fuq ir-rati tat-taxxa fuq id-dħul eżistenti sa 45 %. Għal-ogħla żewġ gradi ta’ uffiċjali, u l-Kummissarji, it-taxxa tas-solidarjetà se tkun ta’ 7 %. Dan se jkun introdott matul l-iffriżar tal-pagi, biex b'hekk jirriżulta fi tnaqqis fis-salarji netti għal ħafna mill-istaff.

• Ir-rata ta’ akkumulazzjoni tal-pensjoni għall-persunal il-ġdid se titnaqqas minn 1.9 % għal 1.8 % kull sena. L-irtirar kmieni mingħajr telf tad-drittijiet miksubin tal-pensjoni se jitneħħa.

• Salarji aktar baxxi fi tmiem il-karriera (-22 %) għal għadd kbir ta’ amministraturi u assistenti minħabba rabta iktar b’saħħitha bejn il-grad u r-responsabbiltà, u tnaqqis fir-rati ta’ promozzjoni. Dan se jittraduċi ruħu f’pensjonijiet iktar baxxi wkoll.

• Is-salarji tal-membri segretarjali u klerikali ġodda tal-persunal se jitnaqqsu bi -13 % (salarju tal-bidu) sa -40 % (salarju fi tmiem il-karriera).

• Metodu ġdid u simplifikat għall-aġġustament tas-salarji u tal-pensjonijiet bbażat fuq deċiżjonijiet politiċi meħuda minn 11-il Stat Membru għall-ħaddiema taċ-ċivil nazzjonali tagħhom, li madanakollu jipprovdu wkoll għal sitwazzjonijiet ta’ kriżi ekonomika u finanzjarja profonda. Dan il-metodu ġdid se jkun sospiż sal-2015.

• Tnaqqis tal-għadd massimu ta’ ġranet ta’ lif mogħtija lill-persunal għall-vjaġġ annwali tagħhom lejn pajjiżhom minn sitt ijiem għal jumejn u nofs, bil-benefiċċji mnaqqsa.

• Il-possibbiltà għal użu aktar estensiv ta’ persunal kuntrattwali irħas, billi jkun estiż it-tul massimu tal-kuntratti minn tliet snin għal sitta.

Sfond

Il-Ftehim issa se jitressaq quddiem il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għad-deċiżjoni finali. Huwa jibni fuq il-pakkett ta’ riforma u awsterità maġġuri fl-2004 li diġà qed iwassal għal iffrankar b’valur ta’ EUR 8 biljun sal-2020.

F'dawn l-aħħar snin, il-Kummissjoni mxiet fuq linja politika fejn il-postijiet ma jiżdiedu xejn, indirizzat il-prijoritajiet politiċi ġodda permezz ta' riallokazzjoni interna tal-persunal, u daħħlet għodod u proċeduri biex ittejjeb l-organizzazzjoni u l-effiċjenza interni tagħha. In-nefqa amministrattiva kienet iffriżata f’termini reali fl-2012 u l-2013. U l-Kummissjoni pproponiet li tkompli tiffriżaha f’termini reali fil-livell tal-2013 matul il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020.

In-nefqa amministrattiva tirrappreżenta madwar 4.5 % tal-baġit tal-UE, li min-naħa tiegħu jirrappreżenta bejn wieħed u ieħor 1% tal-PDG tal-UE.

Kuntatti :

Marilyn Carruthers (+32 2 299 94 51)

Antonio Gravili (+32 2 295 43 17)


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site