Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

Il-politika reġjonali tal-UE: Il-bini ta’ fiduċja f’komunitajiet diviżi

Commission Européenne - IP/13/61   29/01/2013

Autres langues disponibles: FR EN DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO GA

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, id-29 ta' Jannar 2013

Il-politika reġjonali tal-UE: Il-bini ta’ fiduċja f’komunitajiet diviżi

Wara l-għotja rebbieħa tal-Premju Nobel fl-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea qed tistieden komunitajiet diviżi fl-UE u lil hinn minnha sabiex tikkunsidra jekk u kif dawn jistgħu jutilizzaw l-esperjenza tal-programm PEACE tal-UE fl-Irlanda ta’ Fuq u fir-Reġjun tal-Fruntiera tal-Irlanda.

Il-Kummissarju għall-Politika Reġjonali, Johannes Hahn, se jospita konferenza: "Inġibu Komunitajiet Mifruda Flimkien - Naqsmu l-Esperjenza tal-Programm PEACE tal-UE” nhar il-Ħamis, il-31 ta’ Jannar fid-9:00 am fil-binja Charlemagne.

Huwa se jingħaqqad mal-ewwel Ministru tal-Irlanda ta' Fuq, Peter Robinson, l-Ewwel Viċi Ministru Martin McGuinness u l-Ministru Irlandiż tal-Infiq Pubbliku u r-Riforma, Brendan Howlin. Il-konferenza se jattendu għaliha r-rappreżentanti tal-Istati Membri tal-UE, il-kandidati, il-pajjiżi ġirien u oħrajn.

Parteċipanti fi tliet proġetti ta' tkattir tal-paċi mill-Irlanda ta’ Fuq se jkunu ukoll preżenti biex jaqsmu l-esperjenzi tagħhom. Il-preżentazzjonijiet tagħhom se jkunu segwiti minn diskussjoni dwar sa fejn l-approċċ tal-Programm PEACE jista’ jiġi traspost f'partijiet oħra tad-dinja.

F’kumment qabel l-avveniment, il-Kummissarju Hahn qal: "Il-Programmi PEACE tal-UE missew mal-ħajja ta’ madwar miljun persuna fl-Irlanda ta' Fuq u fir-Reġjun Konfinali tal-Irlanda, u għenu biex jinħolqu l-kundizzjonijiet li fihom il-paċi u r-rikonċiljazzjoni jistgħu jibdew jikbru. Din hija opportunità biex tiġi ċċelebrata l-ħidma ta’ ħafna individwi kuraġġużi u impenjati miż-żewġ komunitajiet – u biex jitqis safejn oħrajn jistgħu jitgħallmu mill-esperjenzi tagħhom " Hu żied jgħid, "L-avvenimenti reċenti fl-Irlanda ta' Fuq urew li għad hemm xogħol xi jsir, imma wkoll li l-biċċa l-kbira jixtiequ l-paċi.. Il-fondi tal-UE għandhom rwol importanti li jgħin biex jitqegħdu l-pedamenti għal sehem fis-soċjetà li minnu kull komunità tibbenifika mill-frott tal-paċi. Il-politika reġjonali qiegħda hemm biex tagħmel investimenti li jagħmlu differenza fil-ħajjiet tan-nies – u jien għandi fiduċja li l-Programm PEACE se jkompli irrispettivament mir-riżultat tad-diskussjonijiet dwar il-baġit attwali".

Il-proġetti preżenti huma:

Groundwork NI kienu responsabbli għall-ġestjoni ta’ żewġ proġetti li jiffokaw fuq żoni fiżiċi ikkontestati, bil-prova li jgħelbu s-settarjaniżmu u s-segregazzjoni fi ħdan il-komunitajiet lokali fl-Irlanda ta’ Fuq u ż-żona tal-fruntiera. Minbarra l-provvista ta’ użu prattiku għal siti abbandunati jew mhux użati, inbnew relazzjonijiet tajbin bejn il-komunitajiet, mat-teħid konġunt tad-deċiżjonijiet dwar żoni lokali għar-riġenerazzjoni u t-trasformazzjoni, li jikkontribwixxu għall-viżjoni ta’ paċi komuni għall-ġejjieni.

It-Theatre of Witness huwa bbażat fuq il-prestazzjoni: l-istejjer reali tal-ħajja tan-nies minn sfondi diversi jitwettqu min-nies stess, il-produzzjonijiet tat-Teatru tax-Xhud jitwettqu bil-kelma mitkellma, bil-mużika, bil-moviment u immaġini ċinematografika. Xi programmi riċenti mit-Theatre of Witness ġabu superstiti ta’ vjolenza flimkien ma‘ awturi u xhieda biex jesploraw kwistjonijiet ta' responsabbiltà, sens ta' ħtija, maħfra u tifdija.

Football for All hija impenjata li taffronta s-settarjaniżmu u r-razziżmu permezz tal-futbol ma’ għadd ta’ miżuri tal-edukazzjoni fil-livell bażi, bħall-ħidma mal-klabbs tal-lega Irlandiża u ma' gruppi komunitarji, fans u voluntiera.

Sfond:

Il-Programm PEACE III għall-Irlanda ta’ Fuq u r-Reġjun fuq il-Fruntiera tal-Irlanda huwa ffinanzjat parzjalment mill-Unjoni Ewropea (€225 miljun mill-UE b'aktar kontribuzzjonijiet nazzjonali ta' €108 miljun) permezz tal-fondi tal-Politika Reġjonali tiegħu. L-għanijiet prinċipali tal-Programm PEACE III huma li jissaħħaħ il-progress lejn soċjetà paċifika u stabbli u li jippromwovi r-rikonċiljazzjoni billi jassistu għall-operazzjonijiet u proġetti li jgħinu biex iġibu l-komunitajiet flimkien u jikkontribwixxu lejn soċjetà komuni għal kulħadd. It-tnedija tal-Programm PEACE li fl-1995 kien ir-riżultat dirett tax-xewqa tal-Unjoni Ewropea li twieġeb b’mod pożittiv għall-opportunitajiet ġodda fil-proċess ta’ paċi fl-Irlanda ta’ Fuq matul id-dikjarazzjonijiet ta’ ġlied paramilitari. Minn dak iż-żmien l-UE pprovdiet assistenza finanzjarja addizzjonali permezz tal-Programm PEACE II kif ukoll dak kurrenti PEACE III (2007-2013), b'total ta' €1.3 biljun. L-enfasi qawwija tal-programm hija dwar l-inizjattivi ispirati mill-komunità biex toħloq viżjoni kondiviża tas-soċjetà, biex jaħdmu flimkien fuq proġetti komuni u biex jirrikonoxxu u jitrattaw il-passat. Il-filmati disponibbli u l-avveniment se jkunu koperti.

Għal aktar tagħrif

Is-Stockshots għax-Xandara tal-proġetti kurrenti ta' PEACE III f’Belfast huma disponibbli fuq EbS

Il-Programm ta’ Avvenimenti

http://ec.europa.eu/avservices/video/player.cfm?ref=I075772&sitelang=en

http://ec.europa.eu/regional_policy/country/prordn/details_new.cfm?gv_PAY=UK&gv_reg=520&gv_PGM=1288&LAN=7&gv_per=2&gv_defL=7

Kuntatti :

Shirin Wheeler Tel. +32 2 296 65 65, Mobile: +32 460 766 565

Annemarie Huber Tel. +32 2 299 33 10, Mobile: +32 460 793310


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site