Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-Istampa

Brussell, it-28 ta' Ġunju 2013

Il-futur tal-Ewropa Il-Viċi President tal-Kummissjoni Viviane Reding tiltaqa' fi djalogu man-nies ta' Esch/Alzette (il-Lussemburgu)

Wara 21 djalogu ma' ċittadini fi 13-il Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, in-nies tal-Lussemburgu ser jintalbu jagħtu l-opinjonijiet tagħhom il-Ħadd li ġej. Intom se tkunu tistgħu taqsmu mal-politiċi l-opinjonijiet, il-kummenti, il-viżjonijiet u l-mistoqsijiet tagħkom dwar il-futur tal-Ewropa, l-impatt tal-kriżi finanzjarja u d-drittijiet tagħkom bħala ċittadini tal-UE. Nhar il-Ħadd, il-Viċi President tal-Kummissjoni Viiane Reding, flimkien mal-Ministru tax-Xogħol Nicholas Schmit, l-MEP Charles Goerens u l-President tal-Partit Demokratiku Kristjan Frankofonu tal-Belġju CDH [Centre démocrate humaniste], Benoît Lutgen, ser tiltaqa' ma' madwar 400 ċittadin għal djalogu taċ-ċittadini fir- Rockhal f' Esch‑Belval, biex titkellem magħhom dwar l-aspettattivi, it-tħassib u t-tamiet tagħhom għall-futur tal-Ewropa.

'Fil-Lusssemburgu b'mod partikolari, l-idea tal-Ewropa hija realtà ta' kuljum. Il-qsim tal-fruntieri hija parti mill-ħajja ta' kuljum. L-Ewropa hija parti mill-ħajja ta' kuljum. Għalhekk qiegħda nistenna dibattitu vivaċi b'ħafna ideat, pariri u opinjonijiet dwar ir-rwol u l-futur tal-Ewropa', qalet Viviane Reding, Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea u Kummissarju tal-UE għall-Ġustizzja, id-Drittijiet Fundamentali u ċ-Ċittadinanza . 'L-Ewropa qiegħda f'salib it-toroq għalhekk f'dan il-mument partikolari għandu jkollna viżjoni ċara dwar lejn fejn sejrin fis-snin li ġejjin. Dak li jaħsbu ċ-ċittadini huwa aktar importanti minn qatt qabel. Il-messaġġ tiegħi huwa: L-Ewropa trid tkun hemm għaċ-ċittadini tagħha. Intom lesti li tkunu hemm għall-Ewropa?

Id-diskussjoni f'Esch/Alzette ser titmexxa minn Joseph Rodesch, li fil-Lussemburgu huwa magħruf bħala 's-Sur Xjenza'. Matul dawn is-sagħtejn, ser jiġu diskussi tliet suġġetti: il-kriżi finanzjarja u ekonomika, id-drittijiet taċ-ċittadini u l-iżvilupp fil-futur tal-Unjoni Ewropea.

Id-dibattitu ħa jsir ilĦadd li ġej, 30 ta' Ġunju mis-2 sal-4pm fis-sala tal-kunċerti kbira Rockhal f'Esch-Belval.

Ser issir xandira diretta permezz tal-internetwebcast (interpretazzjoni?). Ċittadini minn madwar l-Ewropa kollha jistgħu jipparteċipaw ukoll permezz ta' Twitter (#EUDeb8). Kull min huwa interessat jista' wkoll jieħu sehem fid-diskussjoni fuq il-websajt, 30juinrockhal.eu, u jsaqsi lil Viviane Reding mistoqsijiet qabel id-diskussjoni.

Il-Kuntest ġenerali

X'inhuma eżatt id-djalogi taċ-ċittadini?

F'Jannar il-Kummissjoni Ewropea bdiet is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini (IP/13/2), sena ddedikata għaċ-ċittadini u d-drittijiet tagħhom. Matul is-sena, Kummissarji tal-UE, MEPs u politiċi nazzjonali kullimkien madwar l-UE iddiskutew l-aspettattivi taċ-ċittadini għall-futur tal-Ewropa man-nies infushom.

Il-Viċi President tal-Kummissjoni Reding diġa' għamlet dibattiti f' Cádiz (Spanja), Graz (l-Awstrija), Berlin (Il-Ġermanja), Dublin (l-Irlanda), Coimbra (il-Portugall), Tessalonika (il-Greċja) u Brussell (il-Belġju). Sa Frar 2014, ser jkunu saru mill-anqas 21 djalogu ieħor madwar l-Unjoni Ewropea kollha, li ħa jaraw politiċi Ewropej, nazzjonali u lokali jieħdu sehem f'dibattitu ma' ċittadini minn kull qasam tal-ħajja. Tistgħu ssegwu d-dibattiti kollha fuq http://ec.europa.eu/european-debate.

Saru ħafna kisbiet fl-aħħar għoxrin sena mill-introduzzjoni taċ-Ċittadinanza tal-UE: Stħarriġ tal-UE ippubblikat reċentement juri li 63% tal-ċittadini issa jħossuhom 'Ewropej''. Fil-Lussemburgu, il-persentaġġ huwa ħafna ogħla: 83% (ara Anness).

Madwar l-UE iċ-ċittadini qed jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom kuljum. Madankollu mhux kulħadd huwa konxju għal kollox minn dawn id-drittijiet. Pereżempju, madwar 37% tal-Lussemburgiżi (u 54% tal-Ewropej) jgħidu li mhumiex infurmati biżżejjed dwar id-drittijiet tagħhom bħala ċittadini tal-UE.

Din hija r-raġuni għaliex il-Kummissjoni għamlet l-2013 is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini, sena ddedikata għaċ-ċittadini u d-drittijiet tagħhom. Id-Djalogi taċ-Ċittadini huma element ewlieni tad-dibattitu dwar il-futur tal-Ewropa.

Għaliex il-Kummissjoni qiegħda tagħmel dawn id-djalogi proprju issa?

Illum l-Ewropa tinsab f'salib it-toroq. Kulħadd qiegħed jitkellem dwar il-futur tal-Ewropa. Spiss tissemma unjoni politika , federazzjoni ta' stati nazzjonali jew l-Istati Uniti tal-Ewropa. Ix-xhur u s-snin li ġejjin ser ikunu deċiżivi għall-futur tal-Unjoni Ewropea. Aktar integrazzjoni tal-Ewropa għandha timxi id f'id mat-tisħiħ tal-leġittimità demokratika tal-UE.

X'ser ikun ir-riżultat tad-djalogi?

Ir-rispons miċ-ċittadini matul id-djalogi ser jiggwida lill-Kummissjoni hekk kif tfassal pjanijiet għal riforma fil-futur tal-UE u emendi imminenti tat-Trattati. Wieħed mill-għanijiet prinċipali tad-djalogi ser ikun li titwitta t-triq għall-elezzjonijiet Ewropej tal-2014.

Fit-8 ta' Mejju 2013, l-Kummissjoni ppubblikat ukoll it-tieni rapport dwar iċ-ċittadinanza Ewropea li fih ipproponiet - fis-sena Ewropea taċ-Ċittadini - 12-il miżura konkreta ġdida biex issolvi l-problemi li ċ-ċittadini għad għandhom (IP/13/410 u MEMO/13/409). Ir-Rapport taċ-Ċittadini huwa r-riżultat ta' konsultazzjoni onlajn kbira minn Mejju tal-2012 (IP/12/461). u tal-mistoqsijiet u suġġerimenti li saru fi djalogi taċ-ċittadini dwar il-politika Ewropea taċ-Ċittadini tal-Kummissjoni.

Għal aktar informazzjoni:

Għal aktar informazzjoni fuq id-diskussjoni li ser issir fi Brussell:

http://ec.europa.eu/debate-future-europe/citizens-dialogues/luxembourg/esch-sur-alzette/index_en.htm

Dibattiti maċ-ċittadini dwar il-futur tal-Ewropa:

http://ec.europa.eu/european-debate

Is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini:

http://europa.eu/citizens-2013/en/home

L-Ewropej jesprimu l-opinjonijiet tagħhom - Riżultati tal-konsultazzjoni dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE:

http://ec.europa.eu/justice/citizen/files/eu-citizen-brochure_en.pdf

Il-paġna ewlenija tal-Viċi President Viviane Reding, Kummissarju tal-UE għall-Ġustizzja:

http://ec.europa.eu/reding 2010-2014/reding/index en.htm

Segwu lill-Viċi President fuq Twitter: @VivianeRedingEU

Hudu sehem fid-dibattitu fuq Twitter: #EUdeb8

Kuntatt:

Mina Andreeva (+32 2 299 13 82)

Natasha Bertaud (+32 2 296 74 56)

ANNESS

1. Disgħa minn għaxar Lussemburgiżi jħossuhom 'Ewropej' iżda erbgħa minn għaxra iridu jkunu jafu aktar dwar id-drittijiet tagħhom

2. Għall-Lussemburgiżi, il-paċi fl-Ewropa u l-libertà tal-moviment huma l-kisbiet prinċipali tal-UE


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website