Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, is-27 ta’ Ġunju 2013

Prezzijiet massimi ġodda aktar baxxi għar-roaming bil-mowbajl mill-1 ta’ Lulju: dejta irħas b'36 %; ir-roaming fil-Kroazja 15-il darba irħas

Mill-1 ta' Lulju 2013, ir-Regolament dwar ir-Roaming tal-Unjoni Ewropea se jbaxxi l-prezzijiet massimi għat-tniżżil tad-dejta b'36 %, u b’hekk ikun irħas li wieħed juża l-mapep, jara filmati, jiċċekkja l-emails u jaġġorna n-netwerks soċjali waqt li jkun qed jivvjaġġa fl-UE. Ir-roaming tad-dejta issa se jkun sa 91 % irħas fl-2013 meta mqabbel mal-2007. Matul dan il-perjodu l-volum tas-suq tar-roaming tad-dejta kiber b'630 %. Dawn iż-żewġ xejriet ifissru li kemm il-konsumaturi kif ukoll l-operaturi tal-mowbajl għandhom opportunitajiet ġodda sinifikanti grazzi għall-isforzi tal-UE.

L-UE kisbet tnaqqis fil-prezzijiet għall-konsumatur ta' aktar minn 80 % għat-telefonati, l-SMS u d-dejta mill-2007.

Kull sena, l-Ewropej jagħmlu miljuni ta’ żjarat fil-Kroazja, li se tingħaqad mal-UE fl-1 ta’ Lulju. Din is-sena l-viżitaturi fil-Kroazja se jgawdu minn iffrankar spettakolari minħabba li l-kost għad-dejta se jonqos bi kważi 15-il darba u l-SMS jew it-telefonati minn bnadi oħra fl-UE se jkunu 10 darbiet irħas.

Il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Neelie Kroes qalet: “L-UE trid tkun rilevanti għall-ħajja tal-persuni. It-tnaqqis reċenti fil-prezzijiet iqiegħed aktar flus f’butek għas-sajf, u huwa pass importanti biex jiġu eliminati dawn il-primjums darba għal dejjem. Dan huwa ta’ ġid kemm għall-konsumaturi kif ukoll għall-kumpaniji, għaliex ineħħi l-biża’ mis-suq u jkabbar lis-suq.

Il-prezzijiet massimi l-ġodda li se jidħlu fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2013, huma:

  • It-tniżżil ta' dejta jew in-navigazzjoni fuq l-Internet — 45 ċenteżmu / Megabyte (MB) (ħlas impost għal kull Kilobyte użat) + VAT. (tnaqqis ta' 36 % meta mqabbel mal-2012)

  • Biex tagħmel telefonata - 24 ċenteżmu / minuta + VAT (tnaqqis ta’ 17 % meta mqabbel mal-2012)

  • Biex tirċievi telefonata - 7 ċenteżmi / minuta + VAT (tnaqqis ta’ 12.5 % meta mqabbel mal-2012)

  • Biex tibgħat messaġġ - 8 ċenteżmi + VAT (tnaqqis ta’ 11 % meta mqabbel mal-2012)

L-operaturi huma liberi li joffru rati orħos, u hemm diversi minnhom li diġà bdew ineħħu għal kollox il-primjums tar-roaming għat-telefonati u l-SMS, jew joffru reġjun fejn ir-roaming ikun bla ħlas f'żona fl-Ewropa jew żona oħra.

Għal aktar informazzjoni:

Il-websajt dwar ir-roaming tal-Kummissjoni Ewropea

L-Aġenda Diġitali

Neelie Kroes

Segwi lil Neelie fuq Twitter

Kuntatti:

Linda Cain (+32 2 299 90 19)

Ryan Heath (+32 2 296 17 16)

Anness

Prezzijiet massimi ġodda għall-konsumatur (VAT mhux inkluża)

L-1 ta’ Lulju 2012

L-1 ta’ Lulju 2013

L-1 ta’ Lulju 2014

Dejta (kull MB)

70 ċenteżmu

45 ċenteżmu

20 ċenteżmu

Telefonati magħmula (kull minuta)

29 ċenteżmu

24 ċenteżmu

19-il ċenteżmu

Telefonati riċevuti (kull minuta)

8-il ċenteżmu

7-il ċenteżmu

5-il ċenteżmu

SMS (kull SMS)

9-il ċenteżmu

8-il ċenteżmu

6-il ċenteżmu

Prezzijiet massimi ġodda bl-ingrossa bil-VAT mhux inkluża
(fuq il-prezzijiet li l-operaturi jimponu lil xulxin)

L-1 ta’ Lulju 2012

L-1 ta’ Lulju 2013

L-1 ta’ Lulju 2014

Dejta (kull MB)

25 ċenteżmu

15-il ċenteżmu

5-il ċenteżmu

Telefonati (kull minuta)

14-il ċenteżmu

10-il ċenteżmu

5-il ċenteżmu

SMS (kull SMS)

3-il ċenteżmu

2-il ċenteżmu

2-il ċenteżmu

Eżempju: Familja ta' erbgħa mill-Belġju li qegħdin jużaw smart phonewaqt żjara fil-Kroazja,
l (prezzijiet f'euro):

ĠUNJU 2013

LULJU 2013

Iffrankar

1 MB

Prezz medju +/- EUR 7 VAT mhux inkluża

45 ċenteżmu VAT mhux inkluża

Użu ta' mappa għal ħames darbiet (1 MB għal kull mappa)

EUR 35

EUR 2.25

EUR 32.75

Il-verifika tal-kontijiet tal-midja soċjali kuljum għal nofs siegħa (+/- 5 MB kuljum, total ta' 35 MB)

EUR 245

EUR 15.75

EUR 229.25

Ritratt wieħed imtella' kuljum (+/- 2 MB għal kull ritratt)

EUR 98

EUR 6.30

EUR 91.70

Email wieħed mibgħut kuljum (+/- 20 KB għal kull email, total ta' 0.14 MB)

EUR 0.98

EUR 0.06

EUR 0.92

Għadd totali

EUR 378.98

EUR 24.36

EUR 354.62


Side Bar