Navigation path

Left navigation

Additional tools

Ir-Roma: Il-Kummissjoni tappella lill-Istati Membri biex iżidu l-isforzi dwar l-integrazzjoni

European Commission - IP/13/607   26/06/2013

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-Istampa

Brussell, is-26 ta’ Ġunju 2013

Ir-Roma: Il-Kummissjoni tappella lill-Istati Membri biex iżidu l-isforzi dwar l-integrazzjoni

Il-Kummissjoni Ewropea appellat lill-Istati Membri biex jaħdmu fuq l-impenji tagħhom biex jassiguraw ugwaljanza u biex jagħmlu aktar biex itejbu l-integrazzjoni ekonomika u soċjali tal-10 sa 12-il miljun nies Roma fl-Ewropa. Is-sejħa tiġi wara r-rapport ta' progress mill-Kummissjoni li nħareġ illum li juri li l-Istati Membri jeħtieġu li jagħmlu aktar biex jimplimentaw l-istrateġiji nazzjonali tagħhom għall-integrazzjoni tar-Roma mressqa skont il-Qafas tal-UEgħall-istrateġiji nazzjonali għall-integerazzjoni tar-Roma. Ir-rapport il-ġdid huwa akkumpanjat minn proposta għal Rakkomandazzjoni indirizzata lill-pajjiżi tal-UE li tipproponi lill-Istati Membri fuq naħa waħda, miżuri speċifiċi, inkluża azzjoni pożittiva, u mill-banda l-oħra, miżuri politiċi orizzontali, fosthom azzjonijiet lokali biex tittejjeb is-sitwazzjoni tan-nies Roma. L-Istati Membri ngħataw sentejn biex japplikaw miżuri konkreti biex jagħmlu differenza għan-nies Roma fil-pajjiż

“Jekk l-Istati Membri huma serji dwar l-istrateġiji nazzjonali tagħhom, jeħtieġu li jaħdmu aktar fuq l-integrazzjoni tar-Roma. Il-Qafas tal-UE għall-integrazzjoni nazzjonali tar-Roma ilu fis-seħħ aktar minn sentejn. Huwa ż-żmien li l-istrateġiji jiġu segwiti minn azzjonijiet konkreti," qalet il-Viċi-President Viviane Reding, il-Kummissarju tal-UE għall-Ġustizzja. "Minkejja li sar xi ftit progress, xorta jibqa' wieħed limitat. Din hija r-raġuni għaliex issa qed nagħtu gwida speċifika biex ngħinu lill-Istati Membri biex isaħħu u jaċċeleraw l-isforzi tagħhom: l-azzjoni biex ngħinu lir-Roma teħtieġ li tkun lokali, pajjiżi differenti jeħtieġu li jaħdmu flimkien, u hemm bżonn ta' intervent urġenti biex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni taż-żgħażagħ Roma."

"Il-miżuri ta' inklużjoni tar-Roma għandhom ikunu implimentati u monitorjati bl-involviment sħiħ tas-soċjetà ċivili, fosthom rappreżentanti tal-komunitajiet tar-Roma nfushom. Humaflimkien mal-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali tar-Romagħandhom ikunu wkoll involuti fl-ippjanar attwali tal-użu tal-fondi tal-UE għall-2014-2020," qal László Andor, il-Kummissarju għall-Impjieg, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni. "L-Istati Membri speċjalment dawk b'komunitajiet kbar tar-Romagħandhom jippromwovu b'mod urġenti u b'saħħa aċċess ugwali effettiv għar-Roma għall-edukazzjoni u s-suq tax-xogħol. Il-Kummissjoni pproponiet ukoll Rakkomandazzjonijiet għal Pajjiżi Speċifiċi lill-Istati Membri l-aktar ikkonċernati. Il-provvediment ta' opportunitajiet indaqs lir-Roma jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-miri ta' Ewropa 2020 fl-oqsma tal-edukazzjoni, ix-xogħol u t-tnaqqis tal-faqar."

Rapport ta' progress

Ir-rapport ta' progress tal-lum tar-Roma jikkonkludi li filwaqt li bosta Stati Membri stabbilixxew mekkaniżmi biex jikkoordinaw aħjar l-isforzi tagħhom għall-integrazzjoni tar-Roma u biex isaħħu d-djalogu mal-awtoritajiet lokali u reġjonali, hemm spazju għal titjib billi jiġu involuti organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u billi jiġu applikati metodi b'saħħithom ta' monitoraġġ u evalwazzjoni biex jitkejjlu r-riżultati. Ir-rapport isib ukoll li parti kbira tal-Istati Membri ma allokawx biżżejjed riżorsi mill-baġits nazzjonali tagħhom biex jimplimentaw l-istrateġiji. Barra minn hekk, l-awtoritajiet pubbliċi għandhom jagħmlu aktar biex jiġġieldu d-diskriminazzjoni u jispjegaw il-benefiċċji soċjali u ekonomiċi tal-integrazzjoni tar-Roma.

Minkejja l-kritika, ir-rapport jiġbed attenzjoni wkoll fuq serje ta' eżempji ta' prassi tajba mill-Istati Membri, bħall-pjan ta; azzjoni reġjonali għall-inklużjoni tar-Roma żviluppat mill-Istat ta' Berlin, il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali u l-atturi lokali fiFranza, u l-ħidma li saret fil-Bulgarija biex jiġu mobilizzati aħjar il-fondi tal-UE. L-Ungerija fasslet sistema b'saħħitha biex tagħmel monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-istrateġija nazzjonali tagħha, Spanja ħarrġet 158 uffiċjal tal-pulizija biex jittrattaw mad-diskriminazzjoni etnika, u ir-Rumanija allokat 15 000 post għal studenti Roma fi skejjel, universitajiet u taħriġ vokazzjonali.

Rakkomandazzjoni

Il-proposta tal-Kummissjoni għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill hija l-ewwel strument legali tal-UE għall-inklużjoni tar-Roma. Il-proposta tirrakkomanda lill-Istati Membri biex jieħdu azzjoni pożittiva biex inaqqsu d-distakk bejn ir-Roma u l-bqija tal-poplu. Din issaħħaħ il-Qafas tal-UE għall-istrateġiji nazzjonali għall-integrazzjoni tar-Roma miftiehem bejn l-Istati Membri kollha fl-2011 billi jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għal inklużjoni effettiva tan-nies Roma fl-Istati Membri. Ibbażata fuq Komunikazzjonijiet ta' qabel, ir-Rakkomandazzjoni proposta tiffoka fuq erba' oqsma fejn il-mexxejja tal-UE ffirmaw għal għanijiet komuni għall-integrazzjoni tar-Roma skont il-Qafas tal-UE: aċċess għall-edukazzjoni, l-impjiegi, il-kura tas-saħħa u d-djar. Biex jiddaħħlu fis-seħħ l-azzjonijiet immirati, hija titlob lill-Istati Membri biex jallokaw mhux biss fondi tal-UE imma wkoll fondi nazzjonali, privati u mit-tielet settur għall-inklużjoni tar-Roma – fattur ewlieni identifikat mill-Kummissjoni fl-evalwazzjoni tagħha tas-sena l-oħra tal-istrateġiji nazzjonali tal-Istati Membri (IP/12/499). Barra minn hekk, hija toffri gwida billi tgħin lill-Istati Membri jbidlu kwistjonijiet orizzontali f'azzjonijiet għall-integrazzjoni tar-Roma, bħal li jiżguraw li l-strateġiji jkunu lokali, jinfurzaw ir-regoli ta' kontra d-diskriminazzjoni, b'segwitu ta' approċċ ta' investiment soċjali, jitħarsu t-tfal u n-nisa Roma u jiġi indirizzat il-faqar.

Finanzjament

Ir-Rakkomandazzjoni proposta tissuġġerixxi lill-Istati Membri biex minn kwalunkwe sors disponibbli jallokaw fondi suffiċjenti għall-istrateġiji nazzjonali u lokali u l-pjanijie ta' azzjoni tagħhom għall-inklużjoni tar-Roma. Dan għandu jkun iffaċilitat bl-allokazzjoni ta' sehem xieraq ta' riżorsi mill-politika ta' koeżjoni tal-UE f'investiment fin-nies permezz tal-Fond Soċjali Ewropew, u jkunu allo0kati mill-inqas 20% ta' dan l-ammont f'kull Stat Membru għall-inklużjoni soċjali. Ir-Rakkomandazzjoni proposta tissuġġerixxi wkoll li l-integrazzjoni tar-Roma tkun inkluża fil-Ftehimiet ta' Sħubija tal-Istati Membri konċernati. Biex tkun assigurata implimentazzjoni effettiva, għandhom jissaħħu l-kapaċitajiet tal-awtoritajiet lokali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.

Il-passi li jmiss

Biex tidħol fis-seħħ, il-proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill l-ewwel teħtieġ li tiġi adottata b'mod unanimu mill-Istati Membri fil-Kunsill u tirċievi kunsens mill-Parlament Ewropew. Dan se jsaħħaħ l-impenji politiċi eżistenti tal-Istati Membri. Il-pajjiżi tal-UE għandhom sentejn biex japplikaw il-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw mar-Rakkomandazzjoni. Jeħtieġu li jinfurmaw il-Kummissjoni fuq bażi annwali dwar kif applikawha. Min-naħa tagħha l-Kummissjoni se tkompli tivvaluta l-progress fir-rapporti ta' progress annwali proprji dwar ir-Roma kull rebbiegħa. Ir-riżultati se jiddaħħlu wkoll fil-proċess tas-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika. Fl-eżerċizzju ta' Mejju 2013, il-Kummissjoni pproponiet rakkomandazzjonijiet għal pajjiżi speċifiċi għal ħames Stati Membri rċevew skont is-Semestru Ewropew dwar kwistjonijiet relatati mar-Roma (il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, ir-Rumanija, is-Slovakkja). Dan iċ-ċiklu annwali jiżgura li l-integrazzjoni tar-Roma tibqa' soda u kontinwa fl-aġenda Ewropea.

Ir-Rakkomandazzjonijiet għal Pajjiżi Speċifiċi jiffukaw fuq l-impediment strutturali l-aktar importanti li qed jaffettwaw il-progress lejn il-miri tal-Ewropa 2020 biex jitnaqqsu l-faqar u l-esklużjoni soċjali u biex tingħata spinta lill-edukazzjoni f'kull Stat Membru. Għalhekk, huma jindikaw ukoll il-prijoritajiet ta' finanzjament għall-perjodu 2014-2020. In-negozjati li għaddejjin mal-Istati Membri dwar l-użu tal-fondi tal-UE għandhom jassiguraw allokazzjoni xierqa tal-fondi biex l-impenji jiddawru f'azzjonijiet konkreti.

Kuntest

L-integrazzjoni tar-Roma hija fl-interess tal-Istati Membri, speċjalment għal dawk b'minorità kbira ta' Roma. Ir-Roma jirrappreżentaw proporzjon sinifikanti u li qed dejjem jikber tal-popolazzjoni li tmur l-iskola u l-forza tax-xogħol tal-ġejjieni. F'pajjiżi bħall-Bulgarija u r-Rumanija, wieħed minn kull erba' sa ħames atturi ġodda fis-suq huma Roma. Politiki effiċjenti għall-attivazzjoni tax-xogħol u servizzi ta' appoġġ individwalizzati u aċċessibbli għal nies Roma li qed ifittxu impjieg huma kruċjali biex jippermettu lir-Roma jesprimu l-potenzjal tagħhom u jieħdu sehem b'mod attiv fis-soċjetà.

Fir-rapport tagħha tal-2012, il-Kummissjoni Ewropea appellat lill-Istati Membri tal-UE biex jimplimentaw l-istrateġiji nazzjonali tagħhom biex itejbu l-integrazzjoni ekonomika u soċjali tar-Roma fl-Ewropa. L-Istati Membri żviluppaw dawn il-pjanijiet b'reazzjoni għall-Qafas tal-UE tal-Kummissjoni għall-istrateġiji nazzjonali għall-integrazzjoni tar-Roma, adottat fil-5 ta' April 2011 (ara IP/11/400, MEMO/11/216) li kien approvat mill-mexxejja tal-UE ftit wara Ġunju 2011 (IP/11/789).

Il-Fond Strutturali tal-UE – il-Fond Soċjali Ewropew (FSE), il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) kif ukoll il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) - ġew immobilizzati biex jixprunaw l-isforzi nazzjonali u huma għajnuna finanzjarja importanti biex tiġi żgurata t-tranżizzjoni tal-istrateġiji nazzjonali għall-integerazzjoni tar-Roma f'inklużjoni soċjo-ekonomika reali tal-komunitajiet tar-Roma, flimkien mal-baġits nazzjonali. Iżda minkejja, it-tliet fondi jammontaw għal EUR 50 biljun fis-sena, mhux biżżejjed biex jibbenefikaw minnu n-nies żvantaġġati fosthom ir-Roma.

Fil-15 ta' Mejju 2013, il-Viċi-President Reding u l-Kummissarju Andor iltaqgħu ma' persuni ewlenin tas-soċjetà ċivili Roma biex jiddiskutu l-integrazzjoni tar-Roma fl-Ewropa u jħejju l-proposta tar-Rakkomandazzjoni tal-lum (MEMO/13/437).

Fis-27 ta' Ġunju 2013, ir-rapport tal-Kummissjoni u l-proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill se jiġu ppreżentati fil-laqgħa tal-Pjattaforma Ewropea għall-inklużjoni tar-Roma, li, din is-sena, se tiffoka fuq il-ħtieġa urġenti biex tittejjeb is-sitwazzjoni tat-tfal u taż-żgħażagħ Roma.

Għal aktar informazzjoni:

MEMO/13/610

Pakkett tal-ġurnalisti:

http://ec.europa.eu/justice/newsroom/discrimination/news/130626_en.htm

Il-Kummissjoni Ewropea - Roma:

http://ec.europa.eu/roma

Il-paġna ewlenija tal-Viċi President u l-Kummissarju tal-UE għall-Ġustizzja, Viviane Reding:

http://ec.europa.eu/reding

Segwi lill-Viċi-President fuq Twitter: @VivianeRedingEU

Is-sit tal-internet tal-Kummissarju László Andor, il-Kummissarju tal-UE għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali:

http://ec.europa.eu/commission_2010-2014/andor/

Segwi lil László Andor fuq Twitter: http://twitter.com/#!/LaszloAndorEU

Kuntatti:

Mina Andreeva (+32 2 299 13 82)

Natasha Bertaud (+32 2 296 74 56)

ANNEX

Overview of efforts for a successful implementation of the national Roma strategies:

1. Involving local and regional authorities: further efforts are needed

2. Working closely with civil society: civil society involvement not yet sufficient

3. Allocating proportionate financial resources

Weaknesses in allocating financial resources matching the policy commitments made in the strategies remain a major obstacle to implementation.

4. Monitoring and evaluation

5. Fighting discrimination convincingly

II. Roma population figures - Council of Europe estimates

Document prepared by the Support Team of the Special Representative of the Secretary General of the Council of Europe for Roma Issues.

Updated on 2 July 2012. Most estimates include both local Roma, Roma-related groups (Sinti, Travellers, etc.) and Roma migrants.


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website