Navigation path

Left navigation

Additional tools

abbozz tal-baġit 2014 tal-UE: Il-Kummissjoni tressaq proposta f’armonija mal-Ewropa tal-lum

European Commission - IP/13/606   26/06/2013

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, is-26 ta’ Ġunju 2013

abbozz tal-baġit 2014 tal-UE: Il-Kummissjoni tressaq proposta f’armonija mal-Ewropa tal-lum

Il-Kummissjoni adottat l-abbozz tal-baġit 2014 li jammonta għal EUR 142.01 biljun f’approprjazzjonijiet ta' impenn u EUR 135.9 biljun f’approprjazzjonijiet ta' pagament. L-abbozz tal-baġit tal-2014 hu xi 6 % aktar baxx din is-sena kemm f'approprjazzjonijiet ta’ impenn kif ukoll f'ta’ pagament.

“Qed nippreżentaw dan l-abbozz tal-baġit illum billi t-Trattat ta’ Lisbona jiddikkjara b’mod ċar li l-Kummissjoni trid tagħmel dan sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju”, qal il-Kummissarju tal-UE għall-Ipprogrammar Finanzjarju u l-Baġit, Janusz Lewandowski. “Madankollu, naġġustaw il-proposta tagħna aktar tard fid-dawl tar-riżultat finali dwar il-proċedura ta’ adozzjoni tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020 (QFP)”.

Il-Kummissjoni ħejjiet l-abbozz tal-baġit tal-2014 fuq il-bażi tal-aħħar stadju tan-negozjati tal-QFP kurrenti. L-ammont għall-2014 hu bbażat fuq il-kundizzjoni li riżorsi baġitarji addizzjonali li jkopru l-ħtiġijiet ta’ ħlas fl-2013 kif propost mill-Kummissjoni huma miftiehma fil-ħin fl-2013.

Sadanittant, u minkejja qtugħ, l-abbozz tal-baġit għall-2014 juri żieda ta’ 3.3 % f’impenji fil-“Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi” (intestatura 1a) peress li r-riżorsi mnaqqsa tal-UE jridu jiffokaw fuq miżuri biex jiġu indirizzati l-qgħad u jiġġeneraw tkabbir. Dawn jinkludu Orizzont 2020 — il-programm il-ġdid tal-UE ta’ finanzjament għar-riċerka u l-innovazzjoni (kważi EUR 9 biljun), l-Inizjattiva tal-Impjiegi għaż-Żgħażagħ (EUR 3.6 biljun), il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (kważi EUR 2 biljun) u miżuri ta’ appoġġ għall-intrapriżi Ewropej, b’mod partikolari għall-intrapriżi żgħar u medji (SMEs).

Trażżin tan-nefqa amministrattiva (Intestatura 5)

Għat-tieni sena konsekuttiva, il-Kummissjoni qed tipproponi tnaqqis ta’ 1 % fil-membri tal-persunal tagħha (eskluż l-impatt tal-adeżjoni tal-Kroazja), bħala parti mill-proposta tagħha biex jintlaħaq tnaqqis ta’ 5 % tal-persunal fuq ħames snin.

Il-Kummissjoni qed tipproponi wkoll qtugħ ta' 1.1 % fin-numru ta’ oqsma diskrezzjonali tan-nefqa amministrattiva tagħha stess.

Iż-żieda globali fl-intestatura 5 hija prinċipalment minħabba n-numru dejjem jikber ta’ pensjonanti u l-ispejjeż relatati mal-adeżjoni tal-Kroazja.

F'termini relattivi...

L-abbozz tal-baġit tal-2014 jammonta għal 1,05 % tad-ING tal-UE f’impenji (kontra 1.15 % fil-baġit 2013) u 1.01 % minnu f’pagamenti (1.1 % fl-2013). Fi kliem ieħor, peress li hu persentaġġ iżgħar mill-ġid annwali prodott mill-Istati Membri, jirrappreżenta tnaqqis sinifikanti kemm f’termini relattivi kif ukoll f’termini assoluti.

Għal aktar tagħrif:

Il-websajt tal-Kummissarju Lewandowski:
http://ec.europa.eu/commission_2010-2014/lewandowski/index_fr.htm

Abbozz tal-baġit tal-2014:
http://ec.europa.eu/budget/biblio/documents/2014/2014_en.cfm

Ħarsa lejn l-abbozz tal-baġit 2014 (power point):
http://ec.europa.eu/budget/library/biblio/documents/2014/DB2014_Press_Presentation_en.pdf

Kuntatti:

Patrizio Fiorilli (+32 2 295 81 32)

Wojtek Talko (+32 2 297 85 51)

L-abbozz tal-Baġit għall-2014:

(Approprjazzjonijiet ta' impenn (AI) u approprjazzjonijiet ta' pagament (AP) f’miljuni ta’ EUR, ċifri approssimattivi bil-prezzijiet attwali)


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website