Navigation path

Left navigation

Additional tools

Tisnin tal-għodod tagħna kontra l-estremiżmu vjolenti

European Commission - IP/13/59   28/01/2013

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, it-28 ta' Jannar 2013

Tisnin tal-għodod tagħna kontra l-estremiżmu vjolenti

Kif tista’ ssinn l-għodod tal-Ewropa biex jipprevjenu l-estremiżmu vjolenti? Konferenza ta' Livell Għoli fi Brussell fid-29 ta’ Jannar 2013 għandha l-għan li toffri tweġibiet għal dawn il-mistoqsijiet, abbażi tax-xogħol li twettaq minn esperti u professjonisti fin-Netwerk ta' Sensibilizzazzjoni dwar ir-Radikalizzazzjoni (RAN), imnedija mill-Kummissarju tal-UE għall-Affarijiet Interni, Cecilia Malmström fl-2011. Il-proposti ta’ politika jinkludu taħriġ tal-pulizija lokali sabiex jikxfu s-sinjali ta’ radikalizzazzjoni lejn l-estremiżmu vjolenti, u jipprovdi d-deradikalizzazzjoni jew programmi ta’ ħruġ għal membri ta' gruppi estremisti. Billi jlaqqgħu flimkien ħaddiema f’dan il-qasam mal-Ministri, mal-akkademja u mal-awtoritajiet lokali, il-konferenza biħsiebha tieħu l-ħidma tal-UE kontra l-estremiżmu għal livell ġdid.

"L-estremiżmu vjolenti jirrappreżenta waħda mill-akbar theddid lejn is-sigurtà taċ-ċittadini tal-UE. Dan jikkonċerna sigurtà li qed tizie u kluma jmur dejjem tikber. It-theddida terroristika tbiegħdet parzjalment minn gruppi organizzati lejn individwi, li huma diffiċli tinduna bihom, u li l-azzjonijiet tagħhom huma aktar diffiċli biex wieħed ibassarhom. Ħafna tagħlimiet jistgħu jinkisbu minn professjonisti impenjati u r-rakkomandazzjonijiet tagħhom jipprovdu għodod importanti għal dawk li jfasslu l-politika kontra l-estremiżmu," qalet il-Kummissarju Cecilia Malmström.

"Aħna mhux se negħlbu l-estremiżmu vjolenti mingħajr ma nindirizzaw ukoll il-propaganda tal-populisti u d-demagoġiċi li twitti t-triq għal vjolenza b'motivazzjoni ideoloġika fl-Ewropa," żiedet il-Kummissarju Malmström. "Qatt daqs mit-Tieni Gwerra Dinjija l-forzi estremisti u populisti ma kellhom tant influwenza fuq il-parlamenti nazzjonali daqskemm għandhom illum. Neħtieġu aktar mexxejja Ewropej biex jesprimu l-oppożizzjoni tagħhom għall-estremiżmu li qiegħed iżid. Għandu jkollna l-kuraġġ li niġġieldu u nipproteġu l-valuri Ewropej komuni tagħna."

In-nies fl-aħjar pożizzjoni biex jindirizzaw il-fenomenu tal-estremiżmu vjolenti huma dawk f’kuntatt dirett ma’ individwi jew gruppi vulnerabbli. Madwar l-Ewropa kollha hemm il-ħaddiema f’dan il-qasam, ir-riċerkaturi, l-għalliema u l-mexxejja tal-Komunità li qegħdin jippruvaw jidentifikaw u jgħinu individwi li huma f'riskju li jsiru radikalizzati u jikkommettu atti vjolenti. Fil-Konferenza fuq Livell Għoli, dawn il-ħaddiema li jaħdmu f’dan il-qasam se jingħaqdu mal-Ministri tal-Intern jew tal-Ġustizzja tal-Belġju, Ċipru, Franza, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, in-Norveġja u l-Isvezja, kif ukoll mar-rappreżentanti minn firxa ta' pajjiżi oħrajn.

In-Netwerk ta' Sensibilizzazzjoni dwar ir-Radikalizzazzjoni ġabar qabel kollox esperti u professjonisti fil-qasam fi tmien gruppi ta' ħidma, li jittrattaw l-infurzar tal-liġi u tal-pulizija; L-ilħna tal-vittmi tat-terroriżmu; l-internet u l-midja soċjali; il-prevenzjoni; id-deradikalizzazzjoni; il-ħabs u l-perjodu ta’ prova; is-saħħa; id-dimensjoni interna u esterna. Il-gruppi ta' ħidma elaboraw 15-il rakkomandazzjoni fi tliet oqsma prinċipali: esperjenzi u tagħlimiet meħudin minn atturi lokali fil-prevenzjoni tal-estremiżmu vjolenti; is-sehem tad-dijaspori fil-prevenzjoni tal-estremiżmu vjolenti; komunikazzjoni u counter-messaging permezz tal-internet.

Id-dokument ta' diskussjoni, mal-proposti għal 15-il azzjoni konkreta fil-qasam, kif ukoll id-dokumenti ta’ ħidma tal-gruppi, huma disponibbli onlajn.

Il-proposti li se jiġu diskussi fil-konferenza jinkludu wkoll għajnuna lill-vittmi tat-terroriżmu li jaqsmu l-istejjer tagħhom bħala għodda soda ta’ prevenzjoni; l-ingaġġ tal-estremisti ta’ qabel sabiex jitwaqqfu n-narrattivi tal-vjolenza estremista u bl-użu ta' riżorsi minn kumpaniji ta' relazzjonijiet pubbliċi u l-industrija tal-films fl-iżvilupp ta’ counter-narratives u jgħinu fil-promozzjoni effettiva tal-messaġġi alternattivi onlajn.

Kuntest

It-terroriżmu, fil-forom kollha tiegħu, jibqa’ sfida ewlenija għas-sigurtà interna tal-UE. Il-prevenzjoni u l-indirizzar tar-radikalizzazzjoni huma fost l-għanijiet ewlenin stabbiliti fil-Komunikazzjoni dwar l-istrateġija ta’ sigurtà interna adottata fl-2010 (IP/10/1535 u MEMO/10/598).

Bir-rikonoxximent li r-radikalizzazzjoni tista’ l-aħjar issibha fl-eqreb livell tal-individwi vulnerabbli fil-komunitajiet l-aktar milquta, il-Kummissjoni nediet f’Settembru 2011, Netwerk ta' Sensibilizzazzjoni dwar ir-Radikalizzazzjoni– RAN tal-UE (IP/11/1011).

Ir-RAN jappoġġa prattikanti lokali tal-ewwel għażla involuti fil-ġlieda kontra l-estremiżmu vjolenti madwar l-UE, u jiffaċilita l-iskambju ta' esperjenzi u l-aħjar prattiki bejniethom.

Attendenza tal-midja

Il-Konferenza ta’ Livell Għoli se ssir fid-29 ta’ Jannar fi Brussell fil-Palais d'Egmont fejn xi wħud mill-esperti se jkunu disponibbli għal kuntatt u intervisti mal-midja.

L-attendenza tal-midja hija strettament bil-kundizzjoni li ssir reġistrazzjoni minn qabel. Biex tirreġistra jekk jogħġbok ibgħat imejl lil Tove Ernst.

Il-materjal awdjoviżiv mill-konferenza se jkun disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/avservices/

Links Utli

Kuntatti:

Michele Cercone (+32 2 298 09 63)

Tove Ernst (+32 2 298 67 64)


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website