Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, it-28 ta' Jannar 2013

Nifirħu lit-tradutturi żgħażagħ tal-UE

L-ismijiet tas-27 rebbieħ ta' Tradutturi Żgħażagħ tal-UE, il-konkors annwali tal-Kummissjoni Ewropea għall-istudenti tal-iskejjel sekondarji, ġew ippubblikati llum (it-28 ta' Jannar, il-lista tal-istudenti/skejjel rebbieħa tinsab hawn taħt). F’Novembru 2012, ħadu sehem fil-konkors aktar minn 3,000 student minn 750 skola. Ir-rebbieħa – wieħed minn kull pajjiż tal-UE - se jkunu mistiedna għal ċerimonja ta’ premjazzjoni fi Brussell fil-11 ta’ April biex jirċievu l-premjijiet tagħhom mingħand il-Kummissarju Androulla Vassiliou u se jingħataw ukoll l-opportunità li jaraw lit-tradutturi tal-Kummissjoni fuq xogħolhom.

“Il-konkors huwa metodu eċċellenti ta’ kif wieħed jippromwovi t-tagħlim u t-traduzzjoni tal-lingwi bħala karriera possibbli. Il-ħiliet lingwistiċi huma kwalità mill-aqwa: jiftħulek moħħok u jistgħu jżidulek iċ-ċans li ssib impjieg, fatturi partikolarment importanti fl-ambjent ekonomiku attwali,” qalet Androulla Vassiliou, il-Kummissarju għall-Edukazzjoni, il-Kultura, il-Multilingwiżmu u ż-Żgħażagħ.

Il-parteċipanti kellhom jittraduċu test ta' paġna skont l-għażla tagħhom, minn kwalunkwe waħda mill-506 pari possibbli fost it-23 lingwa uffiċjali tal-UE. Fil-fatt it-23 lingwa uffiċjali kollha ntużaw bħala lingwi sors. Ir-rebbieħa wrew livell xieraq ta’ diversità lingwistika – 11 minnhom ittraduċew mill-Ingliż, 5 mill-Franċiż, 5 mill-Ispanjol, 4 mill-Ġermaniż, 1 mill-Estonjan u 1 mill-Irlandiż. It-testi ġew ikkoreġġuti mit-tradutturi tal-Kummissjoni.

Il-konkors, li ġie organizzat l-ewwel darba fl-2007, qed ikompli jikber fil-popolarità. Kważi mal-1,750 skola rreġistraw biex jieħdu sehem fil-konkors tal-2012-2013 – numru li kellu jitnaqqas għal 750 minħabba raġunijiet ta' loġistika wara selezzjoni aleatorja bil-kompjuter. Il-konkors ħoloq in-netwerk tiegħu stess, li jippermetti lill-istudenti, lill-għalliema u lill-professjonisti jikkomunikaw permezz ta' Facebook, Twitter u blogg.

Il-konkors joffri wkoll l-opportunità lill-iskejjel li jitgħallmu minn xulxin u li jippruvaw metodi differenti ta' tagħlim tal-lingwi. L-iskola Salzmannschule Schnepfenthal f’Thuringia, il-Ġermanja, hija waħda li għandha tiġbed l-attenzjoni: l-istudenti tagħha rebħu l-premju tliet darbiet. Forsi l-isem tal-għalliema ewlenija tal-lingwi – Susanne Bravo – huwa indikazzjoni tas-suċċess li kisbet din l-iskola.

It-testi għat-traduzzjoni saħqu fuq is-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet, li hija t-tema tas-Sena Ewropea 2012, u varjaw minn stejjer dwar żgħażagħ li jgħallmu lill-anzjani jużaw il-kompjuter sa lezzjonijiet tal-istorja mogħtija mill-anzjani lit-tfal. It-testi tħejjew minn tradutturi tal-Kummissjoni biex jiżguraw l-istess livell ta’ diffikultà lingwistika fil-lingwi kollha.

L-istudenti Kroati se jkunu jistgħu jieħdu sehem fil-konkors tal-2013-2014 għall-ewwel darba wara li pajjiżhom jissieħeb fl-UE u l-Kroat isir l-24 lingwa uffiċjali.

Sfond

Il-konkors Juvenes Translatores (li bil-Latin tfisser "tradutturi żgħażagħ") jiġi organizzat kull sena mid-Direttorat Ġenerali għat-Traduzzjoni tal-Kummissjoni Ewropea. L-għan huwa l-promozzjoni tat-tagħlim tal-lingwi fl-iskejjel, u li ż-żgħażagħ jingħataw idea dwar xi jfisser li tkun traduttur. Huwa miftuħ għal studenti ta' 17-il-sena fl-iskejjel sekondarji (fil-każ tal-konkors tal-2012-2013 għal dawk li twieldu fl-1995) u jsir fl-istess żmien fl-iskejjel kollha magħżula minn madwar l-Ewropa kollha. Il-kompetizzjoni ħeġġet lil xi wħud mill-parteċipanti jagħżlu li jistudjaw il-lingwi u jsiru tradutturi.

Kuntatti :

Dennis Abbott (+32 2 295 92 58); Twitter: @DennisAbbott

Dina Avraam (+32 2 295 96 67)

Ir-rebbieħa (u l-pari tal-lingwi li għażlu għat-test) u l-iskejjel tagħhom huma dawn li ġejjin

PAJJIŻ

REBBIEĦ

SKOLA

L-Awstrija

Sophie Maurer (ES-DE)

Sir-Karl-Popper-Schule/Wiedner Gymnasium, Wien

Il-Belġju

Juliette Louvegny (DE-FR)

Collège du Christ-Roi, Ottignies

Il-Bulgarija

Пламена Малева (DE-BG)

Езикова гимназия „Проф. д-р Асен Златаров“, Велико Търново,

Ċipru

Μαρία Μυριανθοπούλο (EN-EL)

Ενιαίο Λύκειο Κύκκου Α, Λευκωσία

Ir-Repubblika Ċeka

Daniela Ottová (EN-CS)

Gymnázium a Střední odborná škola, Jilemnice

Id-Danimarka

Maria Priego Christiansen (ES-DA)

Rybners stx, Esbjerg

L-Estonja

Eeva Aleksejev (FR-ET)

Gustav Adolfi Gümnaasium, Tallinn

Il-Finlandja

Annika Metso (FR-FI)

Puolalanmäen lukio, Turku

Franza

Lou Barra-Thibaudeau (ES-FR)

Lycée Victor Hugo, Poitiers

Il-Ġermanja

Valentin Donath (ET-DE)

Salzmannschule Schnepfenthal, Waltershausen

Il-Greċja

Μαρία Φανή Δεδεμπίλη (ES-EL)

Γενικό Λύκειο Βέλου, Βέλο Κορινθίας

L-Ungerija

Rebeka Tóth (EN-HU)

Erkel Ferenc Gimnázium és Informatikai Szakképző Iskola, Gyula

L-Irlanda

Maeve Walsh (GA-EN)

Loreto High School Beaufort, Dublin

L-Italja

Francesca Magri (DE-IT)

Liceo Linguistico Europeo paritario S.B Capitanio, Bergamo

Il-Latvja

Elvis Ruža (EN-LV)

Mērsraga vidusskola, Mērsrags

Il-Litwanja

Giedrė Pupšytė (EN-LT)

Žemaičių Naumiesčio gimnazija, Šilutės rajonas

Il-Lussemburgu

Sophie Maurer (FR-DE)

Athénée de Luxembourg

Malta

Janice Valentina Bonnici (EN-MT)

G.F. Abela Junior College

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Anne-Mieke Thieme (EN-NL)

Marnix College, Ede

Il-Polonja

Urszula Iskrzycka (EN-PL)

I Liceum Ogólnokształcące im. K.Miarki, Mikołów, śląskie

Il-Portugall

Catarina Pinho (ES-PT)

Escola Secundária de Rio Tinto, Rio Tinto

Ir-Rumanija

Diana Alexandra Amariei (FR-RO)

Liceul Teoretic Sfantu-Nicolae, Gheorgheni, jud.Harghita

Is-Slovakkja

Lenka Mišíková (FR-SK)

Gymnázium bilingválne, Žilina

Is-Slovenja

Gita Mihelčič (EN-SL)

Gimnazija in srednja šola Kočevje, Kočevje

Spanja

Jaime Bas Domínguez (EN-ES)

IES El Burgo de Las Rozas, Las Rozas, Madrid

L-Isvezja

Agnes Forsberg (EN-SV)

Johannes Hedberggymnasiet, Helsingborg

Ir-Renju Unit

Angus Russell (DE-EN)

City of London School, London

L-istudenti rebbieħa huma disponibbli għall-intervisti (id-dettalji jistgħu jinkisbu mingħand il-kelliem).

Mappa li turi minn fejn ġejjin ir-rebbieħa:

Aktar tagħrif:

Is-sit tal-konkors: ec.europa.eu/translatores

Facebook: facebook.com/translatores

Twitter: @translatores

Blogg tal-JT għall-għalliema: http://blogs.ec.europa.eu/translatores/

Id-DĠ tat-Traduzzjoni: ec.europa.eu/dgs/translation

Is-sit ta' Androulla Vassiliou: ec.europa.eu/commission_2010-2014/vassiliou


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site