Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-Istampa

Brussell, it-12 ta’ Ġunju 2013

Il-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa Il-Kummissjoni tipproponi l-usa' kamp ta' applikazzjoni għal skambju awtomatiku tal-informazzjoni fl-UE

Illum, il-Kummissjoni pproponiet li jiġi estiż l-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni bejn l-amministraturi tat-taxxa tal-UE, bħala parti mill-ġlieda intensifikata kontra l-evażjoni tat-taxxa. Skont il-proposta, id-dividends, il-gwadanji tal-kapital, il-forom l-oħra kollha tad-dħul finanzjarju u l-bilanċi tal-kont, jiddaħħlu fil-lista tal-kategoriji li huma soġġetti għal skambju awtomatiku ta' informazzjoni fl-UE (ara MEMO/13/533). Dan iwitti t-triq għall-UE biex ikollha s-sistema l-aktar komprensiva fid-dinja għall-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni.

Algirdas Šemeta, il-Kummissarju għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali, l-Awditjar u l-Ġlieda Kontra l-Frodi, qal: "Bil-proposta tal-lum, l-Istati Membri se jkunu mgħammra aħjar biex jivvalutaw u jiġbru t-taxxi li huma dovuti lilhom, filwaqt li l-UE se tkun f'pożizzjoni tajba biex tixpruna għal standards ogħla globali għall-governanza tajba tat-taxxa. Se tkun arma b'saħħitha oħra fl-arsenal tagħna biex immexxu attakk b'saħħtu kontra l-evażjoni tat-taxxa."

Żewġ partijiet ewlenin tal-leġiżlazzjoni diġà jipprovdu għall-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni fl-UE.

Id-Direttiva tal-UE dwar it-Taxxa tat-Tfaddil tiżgura li l-Istati Membri jiġbru d-dejta dwar it-tfaddil ta' individwi mhux residenti, u awtomatikament tipprovdi din id-dejta lill-awtoritajiet tat-taxxa fejn dawk l-individwi jkunu residenti. Din il-miżura ilha fis-seħħ mill-2005. Tressqet proposta lill-Kunsill biex tissaħħaħ id-Direttiva, u jitwessa' l-kamp ta' applikazzjoni tagħha. Fil-Kunsill Ewropew ta' Mejju 2013, l-Istati Membri impenjaw li jadottaw id-Direttiva riveduta dwar it-Tfaddil qabel tmiem is-sena.

Id-Direttiva dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva tbassar l-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni fuq forom oħrajn ta' dħul mill-1 ta' Jannar 2015. Dawn huma: impjiegi, il-paga tad-diretturi, assigurazzjoni fuq il-ħajja, pensjonijiet u proprjetà. Il-proposta tal-lum taħseb biex tirrevedi d-Direttiva dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva, biex l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni japplika wkoll għal dividends, gwadanji tal-kapital, dħul finanzjarju ieħor u bilanċi tal-kont minn dik id-data.

Il-proposta tal-lum, flimkien mad-dispożizzjonijiet msemmija hawn fuq dwar l-iskambju awtomatiku, se jfissru li l-Istati Membri se jikkondividu informazzjoni kemm jista' jkun bejniethom hekk kif huma impenjaw ruħhom li jagħmlu dan mal-Istati Uniti tal-Amerika skont il-Foreign Account Tax Compliance Act (FATCA).

Kuntest

F'Diċembru 2012, il-Kummissjoni ppreżentat Pjan ta' Azzjoni għal reazzjoni tal-UE aktar effettiva għall-evażjoni u għall-evitar tat-taxxa (ara IP/12/1325). Dan il-pjan jistabbilixxi sett komprensiv ta' miżuri biex jgħin lill-Istati Membri jipproteġu l-bażi tagħhom tat-taxxa u jirkupraw biljuni ta' ewro li huma dovuti legalment lilhom. Il-Pjan ta' Azzjoni jenfasizza l-ħtieġa li jitħeġġeġ l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni bħala l-istandard Ewropew u Internazzjonali ta' trasparenza u ta' skambju ta' informazzjoni fi kwistjonijiet tat-taxxa.

Il-Kunsill tal-ECOFIN tal-14 ta' Mejju 2013 laqa' l-Pjan ta' Azzjoni. Il-Kunsill Ewropew tat-22 ta' Mejju 2013 talab l-estensjoni tal-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni fil-livell tal-UE u dak globali, għal ġlieda aħjar kontra l-frodi tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa u ppjanar tat-taxxa aggressiv u laqa' l-ħsieb tal-Kummissjoni biex tagħmel proposta dwar dan.

Links Utli

Il-proposta tinsab fuq:

http://ec.europa.eu/taxation_customs/taxation/tax_cooperation/mutual_assistance/direct_tax_directive/index_en.htm

Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni u r-Rakkomandazzjonijiet jinsabu fuq: http://ec.europa.eu/taxation_customs/common/publications/com_reports/taxation/index_en.htm

Sit elettroniku ġdid dwar l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa:

http://ec.europa.eu/taxation_customs/taxation/tax_fraud_evasion/index_en.htm

Il-sit elettroniku tal-Kummissarju Algirdas Šemeta, il-Kummissarju tal-UE responsabbli għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali, l-Awditjar u l-Ġlieda Kontra l-Frodi:

http://ec.europa.eu/commission_2010-2014/semeta/index_en.htm

Segwi l-Kummissarju Algirdas Šemeta fuq Twitter

Kuntatti :

Emer Traynor (+32 2 292 15 48)

Natasja Bohez Rubiano (+32 2 296 64 70)


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site