Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, is-6 ta’ Ġunju 2013

Il-Kummissjoni Ewropea tlesti t-triq għal proġett tal-lingwa bis-sinjali

Illum il-Kummissjoni Ewropea lestiet it-triq għal proġett bi prova ġdid biex ittejjeb il-komunikazzjoni bejn l-istituzzjonijiet Ewropej u l-persuni neqsin jew ibatu mis-smigħ. Id-deċiżjoni ta' finanzjament tal-lum, tfisser li l-proġett pilota, li għalih il-Parlament Ewropew alloka baġit ta' EUR 750,000, jista' jiġi implimentat.

"Kull ċittadin tal-UE għandu l-istess dritt li jipparteċipa fil-ħajja demokratika tal-Unjoni. Iżda wħud miċ-ċittadini tagħna jaffaċċaw ostakli meta jagħmlu dan, u dan huwa punt li rridu nindirizzaw," qalet il-Viċi President Viviane Reding, il-Kummissarju tal-UE għall-Ġustizzja. “Il-lingwa hija mezz qawwi ta' komunikazzjoni u biex jingħataw ideat u jiġu espressi l-emozzjonijiet. U lingwi bis-sinjali huma l-ewwel lingwa, il-"lingwa omm", ta' ħafna nies li huma neqsin jew ibatu bis-smigħ, kif ukoll it-tieni u t-tielet lingwa tal-familji tagħhom u ta' sħabhom. Għalhekk l-istituzzjonijiet u l-politiċi jridu jagħmlu l-aħjar li jistgħu biex iħeġġu l-użu tal-lingwi bis-sinjal u joffru soluzzjonijiet faċli għan-nies li nies li huma neqsin jew ibatu bis-smigħ. Dan il-proġett bi prova jagħmel hekk. Nixtieq nirringrazzja lill-Parlament Ewropew u speċjalment lil Ádám Kósa u Werner Kuhn għall-appoġġ sħiħ tagħhom fl-għajnuna biex jagħtu l-ħajja lill-dan il-proġett bi prova importanti.”

Bosta drabi l-involviment ta' interpretu tal-lingwa bis-sinjali jieħu ħafna ħin, jiswa l-flus u huwa diffiċli biex torganizza. Dawn il-professjonist mħarrġa ta' livell għoli jridu jiġu riservati minn qabel u mħallsa għas-servizzi, għall-ivvjaġġar u għall-akkomodazzjoni tagħhom. Huwa għalhekk faċli biex nifhmu għaliex persuni li jużaw tali servizz isibu ruħhom fi żvantaġġ. Dawn ma jistgħux jitkellmu mal-uffiċjali nazzjonali u Ewropej faċilment u spontanjament bħaċ-ċittadini sħabhom li jużaw il-lingwi mitkelllma.

Il-proġett bi prova, li għandu l-għan li jtejjeb il-komunikazzjoni bejn l-istituzzjonijiet Ewropej u l-persuni neqsin jew li jbatu bis-smigħ, jipprova jindirizza dan billi, pereżempju, jinstalla teknoloġiji awdjo jew vidjo fl-istituzzjonijiet tal-UE ħalli l-uffiċjali jistgħu jikkomunikaw aktar faċilment mal-persuni li jużaw il-lingwa bis-sinjali. Il-proġett bi prova jkopri kemm il-komponent tas-soluzzjoni bit-teknoloġija u tal-interpretazzjoni tal-lingwa bis-sinjali ta' dan il-proġett.

Fil-perjodu fit-tul, il-proġett bi prova għandu l-għan li jgħin biex jiġu żviluppati soluzzjonijiet għal kważi l-miljun ċittadin tal-Istati Membri li huma neqsin jew ibatu bis-smigħ billi jużaw lingwi bis-sinjali differenti biex jaċċedu għall-istituzzjonijiet kollha tal-UE permezz ta' komunikazzjoni diretta.

Il-Kummissjoni Ewropea ħadmet mill-qrib mal-Parlament Ewropew biex tniedi dan il-proġett bi prova.

Għal aktar informazzjoni:

Il-Kummissjoni Ewropea – People with disabilities:

http://ec.europa.eu/justice/discrimination/disabilities/index_en.htm (EN/FR/DE)

Il-paġna ewlenija tal-Viċi President u l-Kummissarju tal-UE għall-Ġustizzja, Viviane Reding:

http://ec.europa.eu/reding

Segwi lill-Viċi-President fuq Twitter: @VivianeRedingEU

Contacts :

Mina Andreeva (+32 2 299 13 82)

Natasha Bertaud (+32 2 296 74 56)


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website