Navigation path

Left navigation

Additional tools

Ir-rapporti tal-Kummissjoni dwar il-moviment ħieles tal-UE

European Commission - IP/13/496   03/06/2013

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, il-3 ta' Ġunju 2013

Ir-rapporti tal-Kummissjoni dwar il-moviment ħieles tal-UE

Iż-żona ta' moviment liberu ta' Schengen tippermetti lil aktar minn 400 miljun ċittadin tal-UE minn 26 pajjiż Ewropew u għadd dejjem jikber ta' ċittadini mhux tal-UE, li jivvjaġġaw mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni. Illum il-Kummissjoni adottat it-tielet "test tas-saħħa" ta' Schengen li huwa ħarsa ġenerali biennali lejn it-tħaddim taż-żona Schengen. Ir-rapport jipprovdi rendikont ċar tal-istat taż-żona Schengen,biex jiġu żgurati interpretazzjoni u implimentazzjoni koerenti tar-regoli komunifost il-pajjiżi parteċipanti kollha ta' Schengen1.

"Schengen hija waħda mill-kisbiet Ewropej l-aktar siewja u konkreta. Hija apprezzata ħafna miċ-ċittadini tal-UE u tagħmel kontribut ewlieni lill-prosperità ekonomika tagħna. Il-mistoqsija ta' kif nistgħu nsaħħu l-kooperazzjoni tagħna u niżguraw moviment liberu hija importanti ħafna. Nafuh liċ-ċittadini tagħna li niżguraw li Schengen tibqa' żona mingħajr kontrolli tal-fruntiera. ", qalet Cecilia Malmström, il-Kummissarju tal-UE għall-Affarijiet Interni.

Dan it-tielet rapport ikopri l-perjodu mill-1 ta' Novembru 2012 sat-30 ta' April 2013 u jivvaluta b'mod partikolari:

L-applikazzjoni tar-regoli ta’ Schengen

Matul il-perjodu ta' sitt xhur kopert mir-rapport, il-kontrolli fil-fruntieri interni ġew introdotti mill-ġdid darba waħda biss, min-Norveġja fl-okkażjoni tal-Premju Nobel għall-Paċi fiċ-ċerimonja f'Oslo (l-10 ta' Diċembru 2012). Mit-3 sat-12 ta' Diċembru 2012, ġew ikkontrollati 3 136 persuna, 19 ma ngħatalhomx il-permess li jidħlu utmienja ġew arrestati.

Il-verifiki tal-applikazzjoni korretta tar-regoli twettqu permezz ta' kontrolli fuq il-post f’bosta Stati parteċipanti (permezz tal-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni ta’ Schengen) fir-rigward ta': kooperazzjoni tal-pulizija (fl-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja), fruntieri tal-ajru (fil-Polonja, is-Slovakkja u r-Repubblika Ċeka), fruntieri tal-art (fl-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja) u viża (fl-Estonja, il-Polonja, is-Slovakkja). Dawn il-valutazzjonijiet ma wrewx it-tip ta' nuqqasijiet li kieku jkunu jirrikjedu azzjoni immedjata mill-Kummissjoni.

Proċeduri għall-għoti tal-viża u għas-sigurtà

Is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) bħalissa hija operattiva f'ħames reġjuni, fejn l-aħħar li tnediet kien fl-Afrika tal-Punent u fl-Afrika Ċentrali (Marzu 2013). Dalwaqt se tibda operazzjonijiet fl-Afrika tal-Lvant u fl-Afrika t'Isfel (is-6 ta' Ġunju 2013), fl-Amerika t'Isfel (il-5 ta' Settembru 2013), kif ukoll fl-Asja Ċentrali, fl-Asja tax-Xlokk u fil-Palestina (l-14 ta' Novembru 2013). Il-VIS qed taħdem sew u sas-6 ta' Mejju 2013, is-sistema kienet ipproċessat madwar 2,9 miljun applikazzjoni għall-viża, ħarġet madwar 2,4 miljun viża u ċaħdet xi 348,000 viża.

Fid-9 ta' April 2013 is-Sistema ta’ Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) bdiet topera b'suċċess (IP/13/309 u MEMO/13/309). Is-SIS II tipprovdi lill-Istati Membri b'funzjonalitajiet u kategoriji ta' twissija mtejba u ġodda, li jippermettu għal skambju ta' informazzjoni faċli bejn l-awtoritajiet ta' kontroll tal-fruntiera nazzjonali, id-dwana u l-awtoritajiet tal-pulizija dwar persuni li setgħu kienu involuti f'reati serji jew li jistgħu jkunu mitlufa.

Is-sitwazzjoni fil-fruntieri esterni ta' Schengen

Matul Ottubru u Diċembru 2012, instabu madwar 13,600 qsim irregolari tal-fruntieri, li huwa tnaqqis ta' 52% meta mqabbel mar-reba' kwart tal-2011. Filwaqt li l-Greċja matul Lulju u Settembru 2012 irrapportat aktar minn nofs is-sejbiet kollha ta' qsim irregolari tal-fruntieri, din is-sitwazzjoni nbiddlet f'Awwissu 2012, meta l-Greċja ċaqilqet madwar 1,800 għassies tal-fruntiera mal-fruntiera tagħha tal-art fejn tmiss mat-Turkija. Matul Ottubru u Diċembru 2012, l-Italja rrapportat 31% tas-sejbiet kollha (4 231 persuna), warajha kien hemm il-Greċja, li rrapportat 30% tas-sejbiet (4 035 persuna).

Se jkun hemm sforzi biex nibqgħu intejbu l-ġbir ta' informazzjoni dwar il-flussi ta' migrazzjoni fiż-żona Schengen, bil-għan li jitnedaġbir regolari tad-dejta u analiżi ta' movimenti migratorji rregolari fl-2014.

Kuntest

F’Settembru 2011, il-Kummissjoni għamlet proposti biex issaħħaħ l-effiċjenza u l-leġittimità tas-sistema Schengen (IP/11/1036 u MEMO/11/606). Fil-Komunikazzjoni tagħha 'Il-ġestjoni ta’ Schengen - it-tisħiħ taż-żona mingħajr kontroll fuq il-fruntieri interni', il-Kummissjoni ħabbret l-intenzjoni tagħha li tippreżenta lill-istituzzjonijiet tal-UE, darbtejn fis-sena, b'ħarsa ġenerali lejn il-funzjonament ta' Schengen.

Dawn ir-rapporti se jipprovdu l-bażi għal dibattitu fil-Parlament Ewropew u fil-Kunsill u se jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-gwida u l-kooperazzjoni politika bejn il-pajjiżi ta' Schengen. Ir-rapport preċedenti tal-Kummissjoni ġie adottat f'Novembru 2012 (IP/12/1256).

Barra minn hekk, in-negozjar dwar iż-żewġ proposti leġiżlattivi mressqa f'Settembru 2011 għadu għaddej. Dawn il-proposti leġiżlattivi jistabbilixxu valutazzjoni fil-livell tal-UE aktar b’saħħitha u jissorveljaw sistema biex jivverifikaw u jiżguraw l-applikazzjoni tar-regoli ta’ Schengen, u għal mekkaniżmu Ewropew tat-teħid tad-deċiżjonijiet aktar strutturat li jista’ jippermetti introduzzjoni temporanja mill-ġdid ta’ kontrolli tal-fruntieri interni f’każ ta’ theddid serju lill-politika pubblika jew lis-sigurtà interna. Fid-29 u fit-30 ta' Mejju ntlaħaq ftehim dwar il-proposti ta' Schengen fi trilogu u fil-livell tal-Coreper, li jġib aktar viċin sistema aktar b'saħħitha għal moviment liberu.

Links Utli

It-tieled rapport biannwali dwar il-funzjonament taż-żona Schengen

Il-websajt ta' Cecilia Malmström

Segwi lill-Kummissarju Malmström fuq Twitter

Il-websajt tad-DĠ għall-Affarijiet Interni

Segwi lid-DĠ għall-Affarijiet Interni fuq Twitter

Inforgrafika: 'Entering the EU - Borders and Visas' 

Kuntatti :

Michele Cercone (+32 2 298 09 63)

Tove Ernst (+32 2 298 67 64)

1 :

L-Istati Membri kollha tal-UE - għajr ir-Renju Unit, l-Irlanda, ir-Rumanija, il-Bulgarija u Ċipru, u l-pajjiżi mhux tal-UE, jiġifieri l-Islanda, in-Norveġja, l-Isvizzera u l-Liechtenstein.


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website