Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, it-30 ta' Mejju 2013

Opportunitajiet tas-Sajd għall-2014: aktar eliminazzjoni gradwali tas-sajd eċċessiv

L-aħħar ċifri dwar l-istokkijiet tal-ħut fl-ibħra tal-UE jindikaw li l-isforzi tal-Kummissjoni Ewropea sabiex jiġi eliminat b'mod gradwali s-sajd eċċessiv taw ir-riżultati mistħoqqa. F’dokument ta’ konsultazzjoni adottat illum il-Kummissjoni Ewropea tirrapporta dwar l-istat tal-istokkijiet tal-ħut Ewropej u tistabbilixxi l-intenzjonijiet tagħha biex tipproponi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2014. Issa s-sajd eċċessiv tal-istokkijiet tal-ħut ivvalutati fl-ibħra tal-UE fil-grigal tal-Atlantiku huwa ta' 39 %, tnaqqis minn 47 % għas-sena l-oħra u 95 % fl-2005. Il-politika qed tibda turi benefiċċji reali għall-industrija tas-sajd kif ukoll skont l-aħħar dejta dwar il-profitti li tindika żieda ta’ 40 % fuq is-sena preċedenti. Madankollu, għad irid isir progress.

Il-Kummissarju tal-UE għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, Maria Damanaki, qalet: "Dawn iċ-ċifri juru li l-miżuri ta' ġestjoni tas-sajd responsabbli tassew jaħdmu. Madankollu, irridu nsaħħu l-isforzi tagħna biex inwaqqfu s-sajd eċċessiv sad-data li qbilna dwarha. Irridu nlestu r-riforma tal-Politika Komuni tas-Sajd sabiex niksbu dan."

Permezz ta' dan id-dokument annwali, il-Kummissjoni titlob l-opinjonijiet tal-Istati Membri, u tal-partijiet interessati dwar l-iffissar tal-Qabdiet Totali Permissibbli (TACs), il-kwoti u l-isforz tas-sajd (il-jiem fuq il-baħar) għas-sena ta' wara. Id-dokument juri li l-isforzi tal-Kummissjoni sabiex telimina b'mod gradwali s-sajd eċċessiv qed jibdew jagħtu l-frott. Illum hemm 25 stokk tal-ħut fl-ibħra Ewropej li huwa magħruf li mhumiex mistada żżejjed, meta mqabbla ma' 2 stokkijiet biss fl-2005.

Il-bażi xjentifika għall-valutazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut qed titjieb. Metodi ġodda introdotti mill-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) fissru li issa huwa disponibbli parir għaż-żieda ta’ 30 stokk meta mqabbel mas-sena l-oħra.

Kien hemm madwar 40 % żieda medja fil-profitti nett li saru mill-flotta tas-sajd tal-UE mill-2011, li turi li qed isir titjib fid-dħul għas-sajjieda wara tnaqqis tas-sajd eċċessiv, anki jekk l-ispejjeż tal-fjuwil ipoġġu piż żejjed fuq il-flotta.

Għas-sena d-dieħla, il-Kummissjoni trid li l-industrija timxi skont il-parir xjentifiku. Għall-istokkijiet koperti mill-pjanijiet ta’ ġestjoni fit-tul, it-TACs u l-livelli tal-isforz għandhom jiġu ffissati skont il-pjanijiet fis-seħħ (rekwiżit legali). Għal stokkijiet oħra ta’ ħut, li mhumiex koperti mill-pjanijiet, it-TACs għandhom ikunu bbażati fuq il-parir xjentifiku, bil-għan li s-sajd eċċessiv jiġi eliminat gradwalment sal-2015. Fejn ma jeżisti ebda parir, għandu jiġi applikat il-prinċipju ta’ prekawzjoni.

Sfond

L-istokkijiet fl-ibħra tal-UE fil-grigal tal-Atlantiku li ġew ivvalutati bħala mhux mistada żżejjed huma:

Speċi

Erja

Stokkafixx

Il-Grigal tal-Atlantiku

Merluzz

Il-Baħar Ċeltiku u l-Kanal Ingliż

Il-Lvant tal-Baħar Baltiku

Lingwata komuni

L-istretta ta' Skagerrak, iż-żona baħrija ta' Kattegat u l-Baħar Baltiku

Il-kanal Ingliż tal-Punent

Il-Lbiċ tal-Irlanda

Il-Baħar Ċeltiku

Il-haddock

Il-Baħar tat-Tramuntana, Skagerrak u Kattegat

Il-gżira ta' Rockall

Il-Punent tal-Iskozja

Aringi

Il-Baħar tat-Tramuntana

Il-Punent tal-Iskozja

Il-Baħar Irlandiż

Il-Baħar Ċeltiku

Il-Punent tal-Baħar Baltiku

Il-Bajja tal-Botnja u l-Baħar ta’ Botnja

Il-megrims

Il-Baħar tat-Tramuntana u l-punent tal-Iskozja

Il-ksampu

Skagerrak u Kattegat

Il-Baħar tat-Tramuntana

Il-Punent tal-Iskozja

Barbun tat-tbajja’

Il-Baħar tat-Tramuntana

Pollakkju (saithe)

Il-Baħar tat-Tramuntana u l-punent tal-Iskozja

Laċċa kaħla

Il-Baħar Baltiku

Il-mazzola griża

Iż-żoni kollha

Merlangu

Il-Baħar Ċeltiku

Għall-istokkijiet ta’ ħut fejn tista’ titwettaq valutazzjoni xjentifika, l-istat tal-istokk tjieb matul l-aħħar snin. Fil-grigal tal-Atlantiku u fl-ibħra tal-qrib, l-istokkijiet mistada żżejjed naqsu minn 32 minn 34 stokk fl-2005 għal 16 minn 41 stokk fl-2012, jiġifieri minn 94 % għal 39 %. Fil-Baħar Mediterran u l-Baħar l-Iswed, teżisti biżżejjed dejta dwar 85 tal-istokkijiet. Minn dawn, 75 (88 %) huma mistada żżejjed.

Aktar dettalji jinsabu fid-dokument sħiħ ta’ konsultazzjoni:

http://ec.europa.eu/fisheries/cfp/fishing_rules/tacs/index_mt.htm

Kuntatti:

Oliver Drewes (+32 2 299 24 21)

Lone Mikkelsen (+32 2 296 05 67)


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website