Navigation path

Left navigation

Additional tools

Ripatrijazzjoni iżjed faċli ta' teżori nazzjonali li jkunu ttieħdu illegalment

European Commission - IP/13/477   30/05/2013

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-Istampa

Brussell, it-30 ta' Mejju 2013

Ripatrijazzjoni iżjed faċli ta' teżori nazzjonali li jkunu ttieħdu illegalment

Il-Kummissjoni Ewropea qiegħda tieħu azzjoni ġdida biex tgħin lill-Istati Membri jiksbu lura teżori nazzjonali li ttieħdu illegalment mit-territorju tagħhom. Il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Antonio Tajani llum propona t-tisħiħ tal-possibbiltà ta' radd lura disponibbli għall-Istati Membri, peress li l-leġiżlazzjoni preżenti mhix tkun effettiva biżżejjed biex tikseb ir-radd lura ta' teżori nazzjonali li jkunu ttieħdu illegalment. It-tibdiliet ikunu jiżguraw li iktar oġġetti kulturali jinkisbu lura, id-data ta' għal talbiet għar-radd lura se tkun estiża, kull min hu fil-pussess ta' oġġett li jeħtieġ kumpens biex l-oġġett jintradd lura ikun mitlub juri li dan ma kienx meħud illegalment b'mod konxju filwaqt li l-qsim tat-tagħrif bejn l-awtoritajiet nazzjonali dwar il-moviment ta' oġġetti kulturalment sinifikanti se jkun imtejjeb. It-telf ta' oġġetti kulturali, klassifikati bħala "teżori nazzjonali ta' valur artistiku, storiku jew arkeoloġiku" huwa forma partikolarment severa ta' traffikar illeċitu ta' propjetà kulturali. Dan iċaħħad liċ-ċittadini mill-istorja u l-identità tagħhom u jipperikola l-preservazzjoni tal-wirt kulturali tal-Istati Membri.

Il-Viċi President Antonio Tajani, responsabbli għall-Industrija u l-Intraprenditorija, qal: "Il-ħarsien tal-wirt kulturali tal-Istati Membri kollha huwa ta' importanza ewlenija għall-Unjoni Ewropea. Il-proposta tagħna għaldaqstant hija meħtieġa biex tissaħħaħ iktar l-effettività tal-ġlieda kontra t-traffikar illegali ta' oġġetti kulturali. L-effett ħażin fuq it-teżori nazzjonali tagħna jirrappreżenta theddida serja għall-preservazzjoni tal-oriġini u l-istorja taċ-ċivilità tagħna."

Il-Kummissarju Androulla Vassiliou, inkarigata mill-Edukazzjoni, il-Kultura, il-Multilingwiżmu u ż-Żgħażagħ qalet: "Aħna lkoll naqblu dwar il-valur għoli tal-wirt Ewropew u l-ħtieġa li jintuża kull mod possibbli biex dan jiġi protett, inkluż permezz ta' miżuri tal-UE. Nemmen li t-tagħrif marbut ma' oġġetti meħuda illegalment għandha tiċċirkola b'mod iktar mgħaġġel u mifrux u hija meħtieġa l-kooperazzjoni iktar b'saħħitha bejn l-awtoritajiet responsabbli tal-Istati Membri."

Direttiva attwali fuq ir-ritorn ta' oġġetti ta' kultura illegalment imneħħija

Iktar tagħrif

Proposta għat-tisħiħ tar-radd lura ta' oġġetti kulturali meħuda illegalment

Il-modifiki proposti jkunu japplikaw għall-oġġetti kulturali klassifikati bħala "teżori nazzjonali" illegalment meħuda wara l-1993 li issa jinsabu fit-territorju ta' Stat Membru ieħor.

Il-liġi preżenti tal-UE għandha tissaħħaħ billi:

  • Jiġi estiż il-kamp ta' applikazzjoni tad-definizzjoni ta' oġġetti kulturali. Din għandha tinkludi l-oġġetti kulturali kollha kklassifikati bħala "teżori nazzjonali ta' valur artistiku, storiku jew arkeoloġiku" skont il-liġijiet jew il-proċeduri amministrattivi tal-pajjiżi tal-UE

  • L-estensjoni tad-data ta' għeluq għat-tnedijata' proċeduri ta' radd lura fil-qrati tal-pajjiż fejn il-propjetà tinsab fil-preżent, għal użu mill-Istati Membri li tilfu l-propjetà.

  • L-użu ta' sistema ta' tagħrif għas-suq intern biex tħaffef il-kooperazzjoni amministrattiva u l-iskambju tat-tagħrif bejn l-awtoritajiet nazzjonali

  • It-tqegħid tal-oneru tal-provi fuq il-pussessur (jekk ikun imfittex kumpens). Fejn ir-radd lura tal-oġġett ikun ordnat mill-qorti nazzjonali, jekk il-pussessuri jfittxu kumpens talli ċedew il-oġġetti inkwistjoni, huma se jkunu mitlubin juru li, fiż-żmien meta l-oġġett ġie miksub, huma kienu viġilanti biżżejjed biex jaċċertaw l-oriġini legali tal-oġġetti kulturali.

Il-passi li jmiss

Il-proposta għall-aġġornament tad-Direttiva issa se tkun diskussa mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill. Hekk kif tiġi adottata, l-Istati Membri se jkollhom sena żmien biex iħarsu d-dispożizzjonijiet il-ġodda.

Sfond

It-traffikar illegali ta' oġġetti kulturali jkopri firxa wiesgħa ta' attivitajiet, mit-teħid illegali ta' propjetà kulturali mingħajr il-permess obbligatorju, sal-kummerċ f'oġġetti misruqa. Ħafna drabi dan huwa riżultat tal-kriminalità organizzata, partikolarment f'suq intern mingħajr fruntieri b'wirt kulturali u storiku sinifikanti.

Id-Direttiva tal-Kunsill 93/7/KEE preżenti kienet adottata biex tiżgura r-radd lura ta' oġġetti kulturali klassifikati bħala "teżori nazzjonali li għandhom valur artistiku, storiku jew arkeoloġiku" u li jiffurmaw parti mill-kategoriji msemmija fl-Annessi tagħha jew li jiffurmaw parti integrali mill-kollezzjonijiet pubbliċi jew l-inventarji ta' istituzzjonijiet ekkleżjastiċi. L-Anness jinkludi elenku ta' kategoriji differenti ta' oġġetti kulturali li jikkwalifikaw għar-radd lura għall-Istat Membru nattiv tagħhom, elenkati skont iż-żmien u ċertu valur jew livell limitu finanzjarju (pereż. oġġetti arkeoloġiċi li għandhom iktar minn mitt sena, stampi u pitturi magħmula bl-idejn li għandhom iktar minn ħamsin sena u b'valur ta' €150,000).

Rapporti nazzjonali u evalwazzjonijiet tal-Kummissjoni jindikaw li d-Direttiva rari tintuża u għandha effett limitat. Bħalissa mhix deterrent suffiċenti għall-kriminali li jimmiraw b'mod speċifiku l-propjetà kulturali u lanqas ma tipprevjeni t-traffikar tal-oġġetti kulturali bi provenjenza mhux magħrufa.

Kuntatti :

Carlo Corazza (+32 2 295 17 52) Twitter: @ECspokesCorazza

Sara Tironi (+32 2 299 04 03)


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website