Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea u s-CERN jappoġġaw faċilità tar-riċerka kbira fil-Lvant Nofsani

European Commission - IP/13/468   28/05/2013

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, it-28 ta' Mejju 2013

Il-Kummissjoni Ewropea u s-CERN jappoġġaw faċilità tar-riċerka kbira fil-Lvant Nofsani

Il-Kummissjoni Ewropea u s-CERN illum qablu li jappoġġjaw il-kostruzzjoni ta’ SESAME, wieħed mill-aktar faċilitajiet ta’ riċerka ambizzjużi fil-Lvant Nofsani. SESAME huwa l-hekk imsejjaħ sors ta' dawl sinkrotroni, li jaħdem b’effett simili għalmikroskopju ġgantesk. Dan se jippermetti lir-riċerkaturi mir-reġjun li jiflu l-karatteristiċi ta’ materjali avvanzati, proċessi bijoloġiċi u artefatti kulturali. SESAME huwa impriża konġunta unika bbażata fil-Ġordan li tiġbor flimkien xjenzati mill-membri tagħha l-Baħrejn, Ċipru, l-Eġittu, l-Iran, l-Iżrael, il-Ġordan, il-Pakistan, l-Awtorità Palestinjana u t-Turkija. Flimkien mal-għanijiet xjentifiċi tiegħu, il-proġett għandu l-għan li jippromwovi l-paċi fir-reġjun permezz tal-kooperazzjoni xjentifika (MEMO/13/460).

Máire Geoghegan-Quinn, il-Kummissarju Ewropew għar-Riċerka, l-Innovazzjoni u x-Xjenza, qalet: “Ninsabu kuntenti ħafna li qed ningħaqdu mas-CERN biex nappoġġaw wieħed mill-aktar proġetti xjentifiċi eċitanti fil-Lvant Nofsani. Il-faċilità SESAME mhux biss se toffri lir-riċerkaturi mir-reġjun faċilitajiet mill-aktar avvanzati, iżda għandha tiġbed l-attenzjoni lejn l-avvanzi kbar li jistgħu jinkisbu permezz ta’ kooperazzjoni paċifika fir-reġjun.”

Id-Direttur Ġenerali tas-CERN Rolf Heuer qal; "SESAME huwa wieħed mill-aktar proġetti importanti fid-dinja bħalissa. B'paralleli mill-qrib mal-oriġini tas-CERN, ninsab ferm kuntent li se nkunu nistgħu nagħtu dan il-kontribut importanti għas-suċċess tal-laboratorju l-ġdid."

Permezz tal-Ftehim mħabbar illum, il-Kummissjoni se tikkontribwixxi EUR 5 miljuni, li jippermettu lis-CERN, li qed jaħdem mas-SESAME, biex jiġu fornuti kalamiti għal ċirku ġdid fjamant għall-ħażna tal-elettroni - fil-qalba tal-faċilità. Dan se jwitti t-triq biex SESAME jibda l-ikkummissjonar fl-2015.

Id-Direttur tas-SESAME, il-Professur Khaled Toukan, qal: "Il-bini tas-SESAM miexi sew u issa rridu li l-programm xjentifiku jinbeda mill-aktar fis possibbli. L-għajnuna tant milqgħuha tajjeb mingħand is-CERN, flimkien mal-appoġġ ġeneruż tal-UE, se jippermettu li dan iseħħ."

Il-Kummissjoni Ewropea diġà kkontribwiet iktar minn EUR 3 miljun għal dan il-proġett permezz tal-Istrument Ewropew ta’ Viċinat u Sħubija, u billi tappoġġja n-netwerking tas-SESAME, l-informatika u l-immaniġġjar tas-sistemi tad-dejta.

Sfond

Il-kostruzzjoni tas-SESAME (Dawl sinkrotroni għal għanijiet xjentifiċi sperimentali u applikazzjonijiet fil-Lvant Nofsani) bdiet fl-2003. Bħas-CERN, SESAME kien stabbilit taħt l-awspiċi tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO). Xprun ewlieni biex tnieda SESAME kien id-donazzjoni ta’ komponenti mil-laboratorju BESSY f’Berlin. Minn dakinhar, issawret u kibret komunità ta’ xjenzati lokali li taħdem mill-qrib ma’ faċilitajiet imsieħba minn madwar id-dinja, u diversi laboratorji oħra kkontribwew biex il-faċilità SESAME tkun ta' klassi dinjija.

Is-CERN, l-Organizzazzjoni Ewropea għar-Riċerka Nukleari, huwa laboratorju ewlieni fid-dinja għall-fiżika tal-partiċelli. Il-kwartieri ġenerali jinsabu f’Ġinevra. Fil-preżent, l-Istati Membri tiegħu huma l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Italja, il-Pajjiżi l-Baxxi, in-Norveġja, il-Polonja, il-Portugall, is-Slovakkja, Spanja, l-Isvezja, l-Isvizzera u r-Renju Unit. Ir-Rumanija hija kandidat għas-sħubija. L-Iżrael u s-Serbja huma membri assoċjati prestadjali għas-sħubija. L-Indja, il-Ġappun, il-Federazzjoni Russa, l-Istati Uniti tal-Amerika, it-Turkija, il-Kummissjoni Ewropea u l-UNESCO għandhom status ta’ osservaturi.

Kuntatti ma’ l-istampa

Il-Kummissjoni Ewropea: Michael Jennings Tel. +3222963388

CERN: James.Gillies@cern.ch Tel. +41227674101

SESAME: Clarissa Formosa-Gauci

Ħoloq

SESAME:

CERN:

Il-politika dwar l-Infrastrutturi ta’ Riċerka tal-UE

Kuntatti :

Michael Jennings (+32 2 296 33 88) Twitter: @ECSpokesScience

Monika Wcislo (+32 2 295 56 04)


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website