Navigation path

Left navigation

Additional tools

Is-servizzi elettroniċi tal-gvern tjiebu iżda ċ-ċittadin qed jitlob aktar

European Commission - IP/13/466   28/05/2013

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, it-28 ta' Mejju 2013

Is-servizzi elettroniċi tal-gvern tjiebu iżda ċ-ċittadin qed jitlob aktar

Kważi nofs iċ-ċittadini tal-UE (46 %) illum jużaw l-Internet biex ifittxu impjieg, jużaw librerija pubblika, jibagħtu d-dikjarazzjoni tat-taxxa, jirreġistraw twelid, japplikaw għal passaport jew jużaw xi servizzi elettroniċi oħra tal-gvern. Tmenin fil-mija jgħidu li s-servizzi pubbliċi online ffrankawlhom il-ħin, 76 % iħobbu l-flessibbiltà tagħhom u 62 % jgħidu li grazzi għalihom jiffrankaw il-flus. Iżda dawn l-utenti huma aktar sodisfatti bis-swieq bankarji online (8.5 ta' sodisfazzjon fuq skala minn 0 sa 10), u x-xiri online (7.6) mis-servizzi pubbliċi online (6.5).

Ir-reazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Neelie Kroes għar-riżultati kienet: “Dawn huma tendenzi promettenti dwar is-servizzi elettroniċi tal-gvern fl-Ewropa. Madankollu, meta l-utenti huma aktar sodisfatti bis-servizzi bankarji online milli bis-servizzi elettroniċi pubbliċi, dan juri li l-amministrazzjonijiet pubbliċi għandhom jagħmlu xi ħaġa aktar biex ifasslu s-servizzi elettroniċi tal-gvern skont il-bżonnijiet tal-utenti. U aħna għandna nagħmlu aktar biex is-servizzi elettroniċi tal-gvern jiffunzjonaw transkonfinalment.”

L-Aġenda Diġitali għall-Ewropa timmira li żżid l-użu tas-servizzi elettroniċi tal-gvern għal 50 % taċ-ċittadini tal-UE sal-2015.

L-istudju dwar il-Valutazzjoni Komparattiva tal-Gvern Elettroniku tal-2012 stħarreġ 28,000 utent tal-Internet fi 32 pajjiż f'daqqa. Fost is-sejbiet ewlenin:

  1. l-aktar servizzi popolari kienu qed jiddikjaraw taxxi fuq id-dħul (73 % tal-utenti jiddikjaraw taxxi onlajn), li jiċċaqalqu jew it-tibdil indirizz (57 %) u biex jinkitbu fl-edukazzjoni għolja u/jew biex tapplika għal għotja tal-istudenti (56 %).

  2. Filwaqt li 54 % ta’ dawk mistħarrġa xorta jippreferu l-kuntatt personali jew mezzi tradizzjonali oħra, mill-inqas 30 % minnhom indikaw li jistgħu jkunu wkoll utenti regolari tal-gern elettroniku jekk aktar servizzi rilevanti jkunu ipprovduti.

  3. Sebgħa u erbgħin utent tas-servizzi tal-gvern elettroniku kisbu kull ma riedu mis-servizzi online filwaqt li 46 % ma rċevewx kull ma kienu qed ifittxu.

Ir-rapport juri wkoll li hemm bżonn ta' titjib fis-servizzi online għall-avvenimenti importanti tal-ħajja bħalma huma t-telf jew it-tfittxija ta' impjieg, it-twaqqif ta' kumpanija u r-reġistrazzjoni għall-istudju.

  1. Għan-nies li jgħixu f’pajjiżhom stess, bħala medja aktar min-nofs tal-passi amministrattivi relatati ma’ dawn l-avvenimenti ewlenin tal-ħajja jistgħu jitwettqu online. Il-websajts jagħtu informazzjoni dwar il-passi li jifdal. Madankollu, hemm bżonn ta' aktar trasparenza u interazzjoni mal-utenti biex tingħata setgħa aħjar liċ-ċittadini.

  2. L-istampa hija inqas sabiħa għal kważi żewġ miljun ruħ li jiċċaqilqu jew jivvjaġġaw bejn l-Istati Membri tal-UE. Filwaqt li l-maġġoranza tal-Istati Membri jipprovdu xi tagħrif dwar l-istudju jew it-twaqqif ta’ kumpanija minn barra l-pajjiż, ir-reġistrazzjoni online hija inqas komuni. Disa' pajjiżi biss jippermettu liċ-ċittadini minn Stat Membru ieħor tal-UE li jirreġistraw online biex jistudjaw , u 17-il pajjiż biss jippermettulhom li jieħdu xi passi biex jibdew kumpanija b’dan il-mod.

Sfond

Dawn u kwistjonijiet oħra se jiġu diskussi minn rappreżentanti ta’ Livell Għoli mill-UE u pajjiżi oħrajn (inklużi pajjiżi li qed jiżviluppaw) fil-"Leading the way in eGovernment development Conference" li se ssir f’Ħelsinki bejn it-28 u t-30 ta’ Mejju.

Din huwa l-għaxar Rapport dwar il-Valutazzjoni Komparattiva tal-Gvern Elettroniku mill-2001. L-istħarriġ ta’ din is-sena eżamina s-sitwazzjoni fis-27 Stat Membru tal-UE, flimkien mal-Kroazja, l-Iżlanda, in-Norveġja, l-Iżvizzera u t-Turkija. Għall-ewwel darba, ir-rapport ħares kemm lejn in-naħa tal-provvista kif ukoll fuq in-naħa tad-domanda tal-gvern elettroniku, inkluż stħarriġ tal-utenti tal-gvern elettroniku. Ir-rapport studja wkoll l-użabbiltà, it-trasparenza u l-fatturi determinanti. Finalment, ir-rapport ivvaluta servizzi online relatati ma’ tliet avvenimenti importanti fil-ħajja: Telf/sejba ta' impjieg, it-twaqqif ta' kumpanija u l-istudju.

Minn Diċembru 2010 il-Kummissjoni u l-awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri kienu qegħdin jaħdmu sabiex jespandu u jtejbu s-servizzi li joffru permezz tal-Internet. Il-Pjan ta' Azzjoni dwar il-Gvern Elelettroniku fih 40 miżura li jippermettu liċ-ċittadini u lin-negozji jużaw il-faċilitajiet online (ara IP/10/1718). Il-Kummissjoni issa qiegħda tevalwa l-progress u se tirrapporta lura sa tmiem l-2013.

Il-Kummissjoni hija impenjata li tappoġġja l-iżvilupp u l-użu ta’ servizzi pubbliċi online li jaħdmu bejn il-fruntieri. B’mod partikolari, il-Kummissjoni għenet biex tiffinanzja Proġetti Pilota fuq Skala Kbira li jgħaqqdu s-sistemi nazzjonali differenti online u jipprovdu s-sisien bażiċi għal servizzi pubbliċi transkonfinali Ewropea. Bħalissa għaddejja ħidma dwar ID elettronika (STORK 2.0), is-Saħħa elettronika (epSOS) u l-Ġustizzja elettronika (e-CODEX). Proġetti pilota bikrija għan-Negozju elettroniku (SPOCS) u l-Akkwist elettroniku (PEPPOL, issa Open PEPPOL ASBL) lestew b’suċċess il-ħidma tagħhom. Il-Kummissjoni għandha l-għan li tkompli tappoġġja infrastrutturi interkonnessi tas-servizz diġitali bħal L-iIdentifikazzjoni elettronika u l-Akkwist elettronika tul il-perjodu 2014-2020 mill-Connecting Europe Facility l-ġdida.

Fl-istess waqt, abbozz ta’ regoli tal-UE dwar l-identifikazzjoni elettronika, l-awtentikazzjoni u l-firem proposti s-sena l-oħra (IP/12/558) għandhom l-għan li jiżguraw li ċ-ċittadini u n-negozji jistgħu jużaw l-ID elettronika nazzjonali tagħhom stess biex ikollhom aċċess għas-servizzi pubbliċi f’pajjiżi oħra tal-UE. Dawn se joħolqu wkoll suq intern għall-Firem elettroniċi u servizzi online relatati mal-fiduċja .

Links utli

Build Connect Grow magazine on Large Scale Pilots

@EU_eGov

Is-sit tal-Aġenda Diġitali

Is-sit ta' Neelie Kroes

Segwi lil Neelie Kroes fuq Twitter

Kuntatti:

Ryan Heath (+32 2 296 17 16), Twitter: @RyanHeathEU

Linda Cain (+32 2 299 90 19)


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website