Navigation path

Left navigation

Additional tools

Immexxu lill-Ewropa lil hinn mill-kriżi: rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż tal-2013

European Commission - IP/13/463   29/05/2013

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, id-29 ta' Mejju 2013

Immexxu lill-Ewropa lil hinn mill-kriżi: rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż tal-2013

Brussell, id-29 ta' Mejju 2013 – Illum il-Kummissjoni Ewropea adottat rakkomandazzjonijiet għall-Istati Membri tal-UE mfassla biex imexxu lill-UE lil hinn mill-kriżi u jsaħħu l-pedamenti għat-tkabbir. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet huma bbażati fuq analiżi dettaljata ta' kull sitwazzjoni tal-pajjiż u jipprovdu gwida lill-gvernijiet dwar kif jixprunaw il-potenzjal tagħhom għat-tkabbir, iżidu l-kompetittività u joħolqu l-impjiegi fl-2013-2014. Flimkien, jirrappreżentaw sett ambizzjuż ta' riformi għall-ekonomija tal-UE. Bħala parti mill-pakkett tal-lum, li jimmarka l-qofol tat-tielet Semestru Ewropew tal-koordinazzjoni tal-politika, il-Kummissjoni adottat ukoll bosta deċiżjonijiet taħt il-Proċedura ta' Defiċit Eċċessiv.

Il-President Barroso qal: "Issa huwa ż-żmien biex inżidu r-riformi ekonomiċi fundamentali li se jwasslu għal tkabbir u l-impjiegi, li ċ-ċittadini tagħna, speċjalment iż-żgħażagħ tagħna, huma anzjużi għalihom. Dan huwa l-uniku mod biex jiġu indirizzati ż-żewġ problemi, li ilhom magħna, ta' din il-kriżi – it-telf sostanzjali tal-kompetittività f'ħafna mill-Istati Membri tagħna, u l-qgħad persistenti, bil-konsegwenzi soċjali kollha tiegħu. Ir-rakkomandazzjonijiet li nħarġu llum mill-Kummissjoni huma parti mill-istrateġija komprensiva tagħna biex immexxu lill-Ewropa lil hinn mill-kriżi. Dawn huma konkreti, realistiċi u adattati għas-sitwazzjoni ta' kull Stat Membru tagħna."

Għadd ta' messaġġi ewlenin ħarġu minn din is-sensiela ta' rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż (RSP). L-analiżi tal-Kummissjoni turi li bħalissa għaddej ibbilanċjar mill-ġdid fl-UE. Bosta Stati Membri qed jagħmlu progress fil-konsolidazzjoni fiskali u qed jimplimentaw riformi biex iżidu l-kompetittività. Madankollu, il-pass u l-impatt ta' dawn l-isforzi jvarjaw. Ċerti Stati Membri jeħtieġu li jaċċelleraw ir-riformi jew jimplimentawhom b'aktar urġenza.

Sfida kbira hija dik li jiġi miġġieled il-qgħad li qed jiżdied, speċjalment il-qgħad fost iż-żgħażagħ, billi jiżdied l-użu tal-politika attiva fis-suq tax-xogħol jew billi tiġi rriformata l-edukazzjoni u s-sistemi ta' taħriġ biex jiġi żgurat li dawk li qed jfitxu xogħol ikunu mgħammra bil-ħiliet it-tajba għall-impjiegi li għandna. Affarijiet oħrajn jistgħu jsiru wkoll biex jinħolqu l-kundizzjonijiet għal negozji biex jinvestu u joħolqu impjiegi, fosthom billi jtejbu l-kompetizzjoni fis-swieq tal-prodott u tas-servizz u jippromwovu investiment fir-riċerka, innovazzjoni u effiċjenza tar-riżorsi. Barra minn hekk, il-konsolidazzjoni fiskali għandha tkompli, minkejja li hija b'pass differenti, filwaqt li għandhom jiġu indirizzati oqsma ta' vulnerabbiltà fis-settur bankarju.

Il-Pakkett

Il-pakkett jinkludi:

  • Komunikazzjoni li tiddeskrivi r-riżultati ewlenin tal-analiżi tal-Kummissjoni skont il-pajjiż, u kif dan jista' jixpruna t-tkabbir u l-ħolqien tax-xogħol fl-UE inġenerali.

  • Erbgħa u għoxrin sett ta' rakkomandazzjonijiet, sett għal kull Stat Membru - għajr il-Greċja, l-Irlanda, il-Portugall u Ċipru,- u sett separat taż-żona tal-ewro inġenerali. Ir-rakkomandazzjonijiet jinkludu gwida speċifika għall-pajjiż dwar il-politiki baġitarji, ekonomiċi u soċjali, filwaqt li jqisu s-sitwazzjoni individwali ta' kull Stat Membru.

  • Analiżi dettaljata li tenfasizza ir-rakkomandazzjonijiet, ppreżentata fid-29 dokument ta' ħidma tal-persunal (wieħed għal kull Stat tal-UE, wieħed għaż-żona tal-ewro u wieħed għall-Kroazja).

  • B'mod parallel mar-rakkomandazzjonijiet tas-Semestru Ewropew, il-Kummissjoni adottat wkoll għadd ta' deċiżjonijiet taħt il-Proċedura ta' Defiċit Eċċessiv, li jirriflettu l-aħħar żviluppi fl-Istati Membri li huma mistennija li ġibu d-defiċit tal-gvern tagħhom għal taħt il-limitu tal-PDG ta' 3% tal-UE. 1

  1. Ir-rakkomandandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż tal-2013 (ara MEMO/13/458)

Ir-RiSP joffru parir ta' politika apposta li jigwida l-politiki nazzjonali kull sena. Dan isir fuq il-bażi ta' analiżi tar-rendiment soċjali u ekonomiku ta' kull Stat Membru għas-sena ta' qabel, u prijoritajiet madwar l-UE għall-impjiegi u għat-tkabbir stabbiliti fl-Istħarriġ ta' Tkabbir Annwali tal-Kummissjoni(MEMO/12/910).

F'Marzu, l-Istati Membri qablu dwar il-ħames prijoritajiet proposti mill-Kummissjoni għall-2013: li jaħdmu għal konsolidazzjoni fiskali differenzjata favur it-tkabbir, ir-restawr tal-għoti normali tas-self lill-ekonomija, il-promozzjoni tat-tkabbir u tal-kompetittività, l-ittrattar tal-qgħad u tal-konsegwenzi soċjali tal-kriżi u l-immodernizzar tal-amministrazzjoni pubblika.

Ir-rakkomandazzjonijiet jiġu abbozzati mis-servizzi tal-Kummissjoni u adottati mill-Kulleġġ tal-Kummissarji. Dawn ġew abbozzati wara valutazzjoni profonda tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż tas-sena l-oħra, cdlimkien ma' analiżi dettaljata tal-programmi ta' riforma nazzjonali u l-programmi ta' stabbiltà jew konverġenza2 li l-Istati Membri ressqu f'April. Din l-analiżi tinsab fid-dokumenti ta' ħidma tal-persunal li jakkumpanjaw il-proposti.

Ir-rakkomandazzjonijiet ikopru firxa wiesgħa ta' kwistjonijiet, inklużi l-finanzi pubbliċi u r-riformi strutturali f'oqsma bħat-tassazzjoni, il-pensjonijiet, l-amministrazzjoni pubblika, is-servizzi, u s-suq tax-xogħol, speċjalment il-qgħad fost iż-żgħażagħ. Il-pajjiżi tal-programm (il-Greċja, il-Protugall, l-Irlanda u Ċipru) ma jirċevux RSP hekk kif il-konformità tagħhom mal-programmi ta' aġġustament makroekonomiċi tagħhom hija mmonitorjata taħt proċess separat u aktar intensiv.

Għal ħarsa ġenerali skont il-pajjiż, jekk jogħġbok żur.

  1. Deċiżjonijiet taħt il-Proċedura ta' Defiċit Eċċessiv (ara MEMO/13/463)

Illum il-Kummissjoni rrakkomandat li l-Kunsill iħassar il-Proċedura ta' Defiċit Eċċessiv (PDE) għal ħames pajjiżi: L-Ungerija, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja u r-Rumanija.

Il-Kummissjoni rrakkomandat ukoll li l-Kunsill jiftaħ PDE għal Malta.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni adottat Rakkomandazzjonijiet gaħll-Kunsill bil-għan li testendi d-dati ta' skadenza biex jiġi kkoreġut id-defiċit f'sitt pajjiżi: Spanja, Franza, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, il-Portugall u s-Slovenja.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni rrakkomandat li l-Kunsill jiddeċiedi l-Belġju ma ħaxazzjoni effettiva biex iwaqqaf id-defiċit eċċessiv u li l-Belġju jibgħat avviż lill-Belġju biex jieħu miżuri biex jikkoreġi d-defiċit eċċessiv.

Għal aktar tagħrif:

Ir-Rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi

http://ec.europa.eu/europe2020/index_mt.htm

Proċedura ta' Defiċit Eċċessiv:

http://ec.europa.eu/economy_finance/economic_governance/sgp/corrective_arm/index_en.htm

MEMO/13/458 2013 Rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż: Mistoqsijiet li jsiru frekwentament

MEMO/13/463 Il-Kummissjoni tieħu l-passi taħt il-Proċedura ta' Defiċit Eċċessiv

Persuni ta’ kuntatt:

Pia Ahrenkilde Hansen (+32 2 295 30 70)

Olivier Bailly (+32 2 296 87 17)

Sarah Collins (+32 2 296 80 76)

Simon O'Connor (+32 2 296 73 59)

Vandna Kalia (+32 2 299 58 24)

Audrey Augier (+32 2 297 16 07)

1 :

L-Ungerija, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, ir-Rumanija, Malta. Spanja, Franza, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, il-Portugall, is-Slovenja u l-Bejġju.

2 :

Il-programmi ta' stabbiltà jitressqu mill-Istati Membri taż-żona tal-euro, il-programmi ta' konverġenza mill-Istati Membri li mhumiex parti miż-żona tal-euro . Dawn jiddeskrivu l-pjanijiet għal finanzi pubbliċi sostenibbli. Il-programmi ta' riforma nazzjonali jippreżentaw miżuri ta' politika ewlenin biex isaħħu t-tkabbir u l-ħolqien tax-xogħol u biex jilħqu l-miri tal-Ewropa 2020.


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website